Għin
lill-Partit Laburista
Il-Partit Laburista twieled fil-15 t’Ottubru, 1920 bl-isem “Camera del Lavoro”. Il-Fundaturi tal-Partit kienu tnax: Antonio Agius, Guliermo Arena, Ġanni Bencini, Robert Bencini, Carmelo Bonello, Gaetano Bonello, Mikiel Borg, Mikielanġ Borg, Agostino Matrenza, Antonio Schembri, Giacinto Tua, u Salvu Zammit Hammet.
Il-qagħda tal-poplu Malti dak iż-żmien xejn ma kienet waħda tajba minħabba l-ħakma kolonjali min-naħa tal-Ingilterra. Dan kien wassal għall-Irvellijiet tas-7 ta’ Ġunju, 1919. Kien ilu jinħass il-bżonn ukoll li jinħoloq partit politiku li jaqbeż għad-drittijiet tal-ħaddiema Maltin fi żmien meta kienet teżisti ħafna diskriminazzjoni soċjali fejn il-ġid nazzjonali kien jitgawda minn grupp żgħir ta’ nies u meta l-poplu kien jgħix fl-injuranza u l-miżerja. Qabel il-ħolqien tal-Partit Laburista kien tfaċċa Manuel Dimech (1860-1921) li pprova joħloq kuxjenza favur id-drittijiet ta’ min kien imkasbar fis-soċjeta` Maltija imma l-forzi reazzjonarji ħelsu minnu billi fl-1914 ġie deportat u miet fl-eżilju fl-1921.
Il-Partit Laburista kkontesta l-elezzjonijiet ġenerali li saru wara li Malta ngħatat gvern responsabbli permezz tal-Kostituzzjoni tal-1921. Fl-1921 u l-1924 rebaħ il-partit tal-Unione Politica Maltese. Peress li kien għadu partit politiku żgħir, il-Partit Laburista daħal f’koalizzjoni mal-UPM iżda din ma rnexxietx. Għalhekk, b’għaqal kbir fl-1926 daħal f’Compact mal-Partit Kostituzzjonali mmexxi minn Gerald Strickland. Permezz ta’ dan il-ftehim, il-Partit Laburista kellu jappoġġja lill-partit ta’ Strickland li min-naħa tiegħu kellu jwettaq miżuri soċjali meta jkun fil-gvern. L-ikbar kisbiet tal-Gvern tal-Compact (1927-32) kienu l-Workmen’s Compensation Act (1929), l-Urban Rent Regulation Act (1929), u l-bidu tal-bini tal-Isptar San Luqa (1930).
Kien ukoll il-Partit Laburista li fi żmien “il-Kwistjoni tal-Lingwa” dejjem irsista biex l-Ilsien Malti jingħata l-ġieħ u r-rispett li kien jistħoqqlu fi żmien meta l-ilsien nazzjonali kien imkasbar mir-rappreżentanti tal-Partit Nazzjonalista li fl-Assemblea Leġiżlattiva kienu jitkellmu bit-Taljan.
Minħabba l-Kwistjoni Politika-Reliġjuża tal-1928-32, il-Partit Laburista mar ħażin ħafna fl-Elezzjoni Ġenerali tal-1932 fejn eleġġa biss lill-Mexxej tiegħu, it-Tabib Pawlu Boffa. Boffa kien laħaq Mexxej fl-1928 wara li fl-ewwel snin tiegħu l-Partit Laburista kellu bħala Mexxejja lil William Savona u Michael Dundon. Kien żmien diffiċli għall-Partit Laburista, speċjalment fl-1933 meta seħħ l-hekk imsejjaħ “Każ tas-Sedizzjoni” meta tellgħu żgħażagħ Laburisti l-Qorti sempliċement għaliex kellhom letteratura fil-pussess tagħhom meqjusa sedizzjuża bħal xogħlijiet ta’ Tolstoy u Bernard Shaw. Fl-1933 ukoll, l-isem tal-partit sar “Il-Partit tax-Xogħol”.
Ftit ftit, il-Partit Laburista reġa’ beda jissaħħaħ u sab appoġġ mill-General Workers Union li twaqqfet fl-1943. Fl-Assemblea Nazzjonali tal-1945, kiseb id-dritt li n-nisa ‘l fuq minn 21 sena jkunu jistgħu jivvotaw huma wkoll bħall-irġiel fl-elezzjoni ġenerali. Il-Partit Laburista kien minn tal-ewwel li tħabat biex in-nisa jingħataw il-vot. Attivista Laburista, Liża Fenech, kienet diġa` qed tirsisti biex dan iseħħ fis-snin għoxrin. Fl-1946, l-edukazzjoni f’Malta saret ta’ bilfors fuq livell elementari. Din kienet xi ħaġa li l-Partit Laburista kien ilu jitħabat għaliha sa mit-twaqqif tiegħu.
Fl-1947, Malta ngħatat Kostituzzjoni ġdida li permezz tagħha kisbet is-“Self-Government”. Fl-Elezzjoni Ġenerali ta’ dik is-sena, il-Partit Laburista kiseb 59.9% tal-voti, jiġifieri 24 siġġu minn 40 possibbli. Pawlu Boffa sar l-ewwel Prim Ministru Laburista ta’ Malta. Is-Sinjorina Agatha Barbara saret l-ewwel mara eletta fl-Assemblea Leġiżlattiva. Boffa wiret pajjiż imfarrak mill-gwerra. Beda x-xogħol ta’ rikostruzzjoni u saru avvanzi kbar fl-oqsma tal-edukazzjoni u s-saħħa. Iddaħħlu l-Pensjoni tax-Xjuħ u l-Income Tax u l-pulizija issa kienu se jieħdu l-pensjoni wara 25 sena servizz.
Wara l-iSplit fi ħdan il-Partit Laburista, Duminku Mintoff sar il-Mexxej Laburista fis-16 ta’ Ottubru, 1949. Il-Malta Labour Party, kif kien sar jismu l-Partit issa, rebaħ l-Elezzjoni Ġenerali tal-1955 bl-għajta “Integration jew Self-Determination”. L-idea tal-integrazzjoni mar-Renju Unit kienet maħsuba biex il-Maltin jilħqu l-istess livell tal-Ingliżi fis-servizzi tas-saħħa, edukazzjoni u benefiċċji soċjali oħra kif ukoll biex l-ekonomija ta’ Malta tkun fis-sod. Dan ma seħħx minħabba diversi problemi li nqalgħu, fosthom it-theddida tas-sensji li wasslu għall-“Break with Britain Resolution” fl-1957 u r-riżenja tal-Gvern Laburista mmexxi mill-Perit Duminku Mintoff fl-1958. Dan il-gvern jibqa’ mfakkar għall-programm ta’ bini ta’ skejjel tant meħtieġa fiż-żmien meta s-Sinjorina Agatha Barbara kienet Ministru tal-Edukazzjoni, l-ewwel Ministru mara fl-istorja politika ta’ Malta.
Il-Partit Laburista issa beda jirsisti għall-Indipendenza. L-ewwel pass kienu l-Irvellijiet tat-28 t’April, 1958 meta l-partitarji Laburisti niżlu fit-toroq jiddefendu l-interess nazzjonali. Is-snin sittin kienu dominati minn kwistjoni politika-reliġjuża oħra li matulha l-Partit Laburista tilef l-elezzjonijiet ġenerali tal-1962 u l-1966 kawża tas-sanzjonijiet reliġjużi kontra tiegħu. Sadanittant, Malta saret indipendenti fil-21 ta’ Settembru, 1964.
Fl-1971, il-Partit Laburista rebaħ l-Elezzjoni Ġenerali u reġa’ kiseb il-poter. Il-partit dam fil-poter kważi sittax-il sena permezz ta’ rebħiet oħra fl-1976 u l-1981. Kienu snin tad-deheb li raw il-bini tal-Welfare State, il-ħolqien ta’ Malta Repubblika u l-vot ta’ tmintax fl-1974, u l-Ħelsien fl-1979 mill-bażi militari li kellha l-Ingilterra f’Malta sa dak iż-żmien.
Madankollu, inqala’ l-inkwiet politiku minħabba r-riżultat pervers tal-Elezzjoni Ġenerali tal-1981 fejn il-Partit Laburista ġab aktar siġġijiet mill-Partit Nazzjonalista iżda inqas voti. Dak iż-żmien il-Kostituzzjoni ta’ Malta kienet tgħid li jiggverna min ikollu l-iżjed siġġijiet. Sadanittant, lejn l-aħħar tal-1984, Dr Karmenu Mifsud Bonnici laħaq Prim Ministru ta’ Malta u, wara tibdil kostituzzjonali biex tiġi solvuta l-kwistjoni tar-riżultat pervers tal-1981, kien hu li mexxa lill-Partit Laburista fl-Elezzjoni Ġenerali tal-1987. Il-Partit Laburista tilef din l-elezzjoni kif ukoll dik tal-1992.
Fl-1992, Dr Alfred Sant laħaq Mexxej tal-Partit Laburista. Huwa kien strumentali biex il-Partit Laburista jkollu kwartieri ġodda fil-Ħamrun, iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista, kif ukoll il-ġurnal tiegħu, “Kullħadd”, u l-istazzjon televiżiv tiegħu. Dr Alfred Sant mexxa lill-Partit lejn rebħa elettorali fl-1996. Il-Gvern Laburista dam fil-poter tnejn u għoxrin xahar. Kellna l-ewwel Speaker mara tal-Kamra tar-Rappreżentanti, Dr Myriam Spiteri Debono. Kwistjonijiet interni fi ħdan il-Gvern Laburista wasslu għall-Elezzjoni Ġenerali bikrija tal-1998 li ntrebħet mill-Partit Nazzjonalista.
Il-bidu tas-seklu wieħed u għoxrin kien dominat mill-kwistjoni dwar is-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea. Il-Partit Laburista ħareġ tellief fl-Elezzjonijiet Ġenerali tal-2003 u l-2008 u wara r-riżenja ta’ Dr Alfred Sant, Dr Joseph Muscat kien elett Mexxej tal-Partit Laburista fis-6 ta’ Ġunju, 2008.
Taħt Dr Muscat, il-Partit bidel ismu għal “Partit Laburista” kif ukoll inbidlet l-emblema tiegħu. Il-partit sar wieħed inklussiv li jieħu ħsieb l-interessi mhux biss tal-ħaddiema iżda anke ta’ min iħaddem. Minn sempliċi partit politiku l-Partit Laburista nbidel f’moviment nazzjonali li għandu fi ħdanu nies minn kull livell soċjali, minn kull qasam tax-xogħol, b’opinjonijiet diversi u twemmin differenti. Fl-Elezzjoni Ġenerali tal-2013, il-Partit Laburista kiseb rebħa kbira meta ġab 54.83% tal-voti. Rebħa li ġiet ripetuta b’żieda ta’ voti fl-Elezzjoni Ġenerali tal-2017 fejn il-Partit Laburista kiseb 55.04% tal-voti. Bħala Mexxej tal-Partit Laburista, Dr Joseph Muscat rebaħ ukoll l-Elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew tal-2009 u l-2014 kif ukoll dawk tal-Kunsilli Lokali tul iż-żmien li ilu Mexxej, jiġifieri tal-2009, l-2012, l-2013 u l-2015.
Kemm ilu Prim Ministru ta’ Malta Dr Joseph Muscat, il-pajjiż ra bidla pożittiva fl-oqsma kollha tal-ħajja. L-ekonomija kibret biex saret waħda mill-aqwa fl-Ewropa. Il-problema tal-qgħad issolviet għal kollox, iddaħħlu diversi miżuri soċjali u sar aċċenn fuq id-drittijiet ċivili u l-ħarsien tad-drittijiet tal-minoranzi. Ingħatat ukoll importanza kbira lill-isforz biex in-nisa jkunu rappreżentati aħjar fil-ħajja pubblika. Rajna investiment barrani qawwi f’pajjiżna u Malta kisbet diversi suċċessi bħala membru tal-Unjoni Ewropea, partikolarment fil-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea bejn Jannar u Ġunju tal-2017. Fuq kollox, il-ġid nazzjonali li nħoloq mill-Gvernijiet Laburisti mmexxija minn Dr Joseph Muscat qed igawdi minnu kulħadd: it-tfal, iż-żgħażagħ, l-adulti maturi u l-anzjani f’kull saff soċjali.
Taħt it-tmexxija ta’ Dr Joseph Muscat, il-pajjiż ra bidla pożittiva fl-oqsma kollha tal-ħajja. L-ekonomija kibret biex saret waħda mill-aqwa fl-Ewropa. Il-problema tal-qgħad issolviet għal kollox, iddaħħlu diversi miżuri soċjali u sar aċċenn fuq id-drittijiet ċivili u l-ħarsien tad-drittijiet tal-minoranzi. Ingħatat ukoll importanza kbira lill-isforz biex in-nisa jkunu rappreżentati aħjar fil-ħajja pubblika. Rajna investiment barrani qawwi f’pajjiżna u Malta kisbet diversi suċċessi bħala membru tal-Unjoni Ewropea, partikolarment fil-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea bejn Jannar u Ġunju tal-2017. Fuq kollox, il-ġid nazzjonali li nħoloq mill-Gvernijiet Laburisti mmexxija minn Dr Joseph Muscat qed igawdi minnu kulħadd: it-tfal, iż-żgħażagħ, l-adulti maturi u l-anzjani f’kull saff soċjali.
Kemm ilu Prim Ministru ta’ pajjiżna, Robert Abela affaċċja ħidma bla preċedent. Mal-ewwel huwa skatta b’deċiżjonijiet f’waqthom li wasslu għal riformi kbar fil-qasam tas-saltna tad-dritt u l-governanza t-tajba. Riformi li saħansitra ġew imfaħħra anke mill-Kummissjoni Venezja.
Dan flimkien ma’ ħemel ta’ riformi oħra li komplew jikkonfermaw il-prinċipji progressivi u tal-ġustizzja soċjali li jħaddan il-Partit Laburista. Fost dawn kien hemm ir-riforma fil-liġi tal-kirijiet ta’ qabel l-1995, ir-riforma fil-liġi tal-Kannabis u dik li se tassigura ugwaljanzja bejn is-sessi fil-Parlament mill-Elezzjoni Ġenerali li jmiss.
Fl-istess żmien Robert Abela wkoll nnegozja l-akbar pakkett ta’ fondi Ewropej li qatt kiseb pajjiżna. Pakkett ta’ €2.27 biljun sabiex il-Gvern jkun jista’ jkompli jimplimenta l-ħidma tiegħu tul is-7 snin li ġejjin.
Dan u ħafna iktar sar fi sfond ta’ pandemija li għeżżet mhux biss lill-pajjiżna iżda lid-dinja kollha. Madankollu Robert Abela, b’għaqal u bil-polz tan-nies f’idu assigura li tul dan il-perjodu ta’ inċertezza kbira, is-saħħa tal-poplu tingħata l-ogħla prijorità. Fil-fatt f’pandemija Malta kienet fost l-inqas pajjiżi milquta fid-dinja b’fost l-inqas rati ta’ mwiet u infezzjonijiet. Dan flimkien ma’ waħda mill-ogħla rati ta’ testing għall-virus fid-dinja u issa anke l-aqwa rata ta’ tilqim tal-vaċċin fid-dinja.
Fl-istess waqt ġie assigurat li l-effetti ekonomiċi jiġu mitigati. Taħt it-tmexxija ta’ Robert Abela, Gvern Laburista nieda għadd ta’ pakketti ta’ għajnuna u Budgets tul l-2020 biex b’hekk ġie evitat li jintilfu 100,000 impjieg. Dan filwaqt li l-ħobża ta’ kuljum għall-ħaddiema Maltin u Għawdxin tibqa’ tiġi assigurata.
Din hija l-istorja tal-Partit Laburista. Partit li għadu u jibqa’ għaddej bil-proċess ta’ bidla għaliex huwa partit politiku dinamiku li jrid jibqa’ dejjem rilevanti f’dinja li qed tinbidel il-ħin kollu.
Il-Partit Laburista għadu u jibqa’ għaddej bil-proċess ta’ bidla għaliex huwa partit politiku dinamiku li jrid jibqa’ dejjem rilevanti f’dinja li qed tinbidel il-ħin kollu.
Photos from Partit Laburista's post ... See MoreSee Less
Għal ħaddieħor, l-għajnuniet li jagħti l-Gvern mhumiex sostenibbli. Irid jipprova jaqtagħlek qalbek.
Id-direzzjoni tagħna hija ċara. Ingħaqad magħna.
Ċempel fuq 51602034 jew ibgħat SMS fuq 50619275 jew inkella ssieħeb onlajn fuq www.partitlaburista.org
... See MoreSee Less
Haddiehor f' l- Opposiizzjoni kollox BABAW, Izda meta jkunu fit-TMEXXIJJA JKUNU HEMM BISS BIEX JIGU SERVUTI W MHUX BIEX JSERVU LIL POPLU MALTI.
1️⃣,2️⃣3️⃣6️⃣ membru ġdid jew li ġedded is-sħubija tiegħu mal-Partit Laburista f’jumejn.
Issieħeb magħna billi ċċempel fuq 51602034 jew ibgħat SMS fuq 50619275 jew inkella ssieħeb onlajn fuq www.partitlaburista.org
... See MoreSee Less
It-twemmin soċjalista tagħna qatt mhu se jħallina nkunu indifferenti. Għalhekk għandek tingħqad magħna s-Sibt li ġej fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista. ... See MoreSee Less
Well done prim
Proset Priministru w Tim Malta 🇲🇹 GHAL DAK KOLLU LI QED TAGHMLU GHAL Malta 🇲🇹 👌 GVERN Tar- RIFORMI, TA' VERU GHAX MA JIBZAX JEHODHOM.
Tajjeb
socjalista ??? din xi tkun dil kelma ?? grazzi rajtha qalbek
PAROLI FIL VOJT U FEJN THARES TARA L HBIP TAL HBIP.
Hadd ma jaqa lura imma malta waqet lura ghax mill hazin ghall ghar
Ghadu Partit Socjalista,fil Verita m ghadux..
Dr Abela il bank ghandu il policies tieghu jigiefiri u mhux ha jiehu riskju kbir biex issellef flus lil nies mhux daqsek stabli.
Ibgħat id-domanda parlamentari li tixtieq titressaq minn deputat tal-Partit Laburista.
Biex tivvota trid tkun fir-reġistru elettorali. Iċċekja hawn jekk tinsabx fir-reġistru elettorali.
Agħmel kuntatt mal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista billi tgħafas hawn.
Il-Partit Laburista huwa regolat minn statut. Ara kopja tal-istatut billi tgħafas fuq il-link hawn taħt.
lill-Partit Laburista