Skip to content

Maħruġa mill-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista

 

Minn mediċini out of stock għal stabbilta’ bl-aqwa riżorsi provduti

 

F’konferenza tal-aħbarijiet,illum il-Partit Nazzjonalista korrettament qalu li x-xiri ta’ mediċini mhux qisu x-xiri ta’ siġġijiet. Tajjeb infakkru lill-Partit Nazzjonalista illi x-xiri tal-medicini mhuwiex ukoll bhal xiri tal-pizelli. Tant hu hekk,illi dan il-gvern solva problema li kien ħallawarajh il-PN, dik tal-medicini out of stock.
Min-naħa l-oħra, il-Partit Laburistafil-Gvern wera biċ-ċar li jaf ben tajjeb li x-xiri tal-mediċini la tista’ tikkumparah mal-piżelli u lanqas mas-siġġijiet, u huwa għalhekk li llum ngħixu f’pajjiż fejn li jkollok il-mediċini out of stock lanqas għadha tissemma għax lanqas għadha teżisti.
Il-Partit Nazzjonalista llum prova jidher li fis-saħħa jaf xi jrid. Iżda l-poplu jaf dak kollu li kien imċaħħad minnu f’dan il-qasam taħt il-Partit Nazzjonalista. Xhieda ta’ dan huma l-budgets tas-saħħa taħt amministrazzjoni Nazzjonalista u taħt amministrazzjoni Laburista. Fl-2012, il-budget tas-saħħa kien ta’ €365,132 miljun, filwaqt li llum huwa ta’ €685,808 miljun.
Iżda aktar minn hekk, il-Partit Nazzjonalista iffoka l-konferenza tal-aħbarijiet li għamlu llum fuq medicini tal-ADHD, waqt li lanqas biss kienu konxji li dalgħodu stess, qabel il-konferenza tal-aħhbarijiet, il-gvern kien diġa’ħabbar miżuri fuq dan is-suġġett.

 

 

Uffiċċju Komunikazzjoni

Partit Laburista

 

Aqsam ma' ħaddieħor

Share on facebook
Share on twitter
Share on linkedin