Għin
lill-Partit Laburista
June 19, 2019
Miriam Dalli eletta Viċi-President tas-Soċjalisti u Demokratiċi
L-ewwel Maltija li qatt okkupat din il-kariga
Il-Kap tad-Delegazzjoni tal-Partit Laburista fil-Parlament Ewropew Miriam Dalli, għadha kif ġiet magħżula bħala Viċi-President tas-Soċjalisti u Demokratici fil-Parlament Ewropew. Miriam Dalli hija l-ewwel Maltija li qatt okkupat din il-kariga fil-Parlament Ewropew.
Miriam Dalli qalet li huwa ta’ unur li l-kollegi ewroparlamentari fil-grupp tal-S&D urew fiduċja fiha biex tmexxi ‘l quddiem politika progressiva u soċjali. Fil-fatt, Dr Dalli kisbet 101 vot minn 130.
Fl-ewwel kummenti tagħha wara din il-ħatra, Dalli qalet li se tmexxi politika li tgħaqqad dak li jiġri fil-livell Ewropew mar-realta` li jesperjenzaw il-familji u ċ-ċittadini fl-Istati Membri kollha nkluż Malta.
“Se naħdem biex insaħħu s-suċċessi li diġa għamilna flimkien u fl-istess waqt nibdlu l-isfidi li għandna quddiemna f’opportunitajiet. Irridu nagħtu mbuttatura lill-ekonomija ambjentali, nattiraw investiment ġdid, nsostnu ekonomiji ġodda, nipproteġu u nħejju lill-ħaddiema tagħna u nippreperaw lill-istudenti tagħna għall-karrieri tal-futur. Dan huwa dak li wegħdt li se naħdem fuqu u dan huwa dak li qed nimpenja ruħi li nwettaq,” qalet Miriam Dalli.
F’dawn il-jumejn, il-grupp tas-Soċjalisti u Demokratiċi fil-Parlament Ewropew għażel it-tmexxija tiegħu. Il-President tal-Grupp hija l-iSpanjola Iratxe Garcia Perez.
Miriam Dalli se tkun qed taħdem id f’id ma’ kabinett ta’ disa’ membri parlamentari Ewropej li flimkien se jkunu qed ifasslu l-politika fuq oqsma differenti.
Ibgħat id-domanda parlamentari li tixtieq titressaq minn deputat tal-Partit Laburista.
Biex tivvota trid tkun fir-reġistru elettorali. Iċċekja hawn jekk tinsabx fir-reġistru elettorali.
Agħmel kuntatt mal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista billi tgħafas hawn.
Il-Partit Laburista huwa regolat minn statut. Ara kopja tal-istatut billi tgħafas fuq il-link hawn taħt.