• Aħbarijiet
  • Min Aħna
    • L-Istorja Tal-Partit Laburista
    • Mexxej
    • Amministrazzjoni​
    • Grupp Parlamentari
    • MEPs
  • Malta Flimkien
  • Sħubija
  • Donazzjoni
  • KGA 2022
  • Lead
Partit Laburista
  • Aħbarijiet
  • Min Aħna
    • L-Istorja Tal-Partit Laburista
    • Mexxej
    • Amministrazzjoni​
    • Grupp Parlamentari
    • MEPs
  • Malta Flimkien
  • Sħubija
  • Donazzjoni
  • KGA 2022
  • Lead

aħbarijiet

October 11, 2020

“Nagħti garanzija li se nibqgħu Gvern viċin iż-żgħir u l-batut” – il-PM

 

“Nagħti garanzija lill-poplu Malti u Għawdxi kollu li se nibqgħu Gvern li jħares ir-ruħ soċjali tiegħu. Dan huwa wieħed mill-erba’ prinċipji ewlenin li fuqhom huwa msejjes il-Partit Laburista, u nagħti garanzija li se nibqgħu viċin iż-żgħir u viċin il-batut.”

 

Kliem il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista, Robert Abela, fl-ewwel attività politika li saret skont il-protokolli tal-awtoritajiet tas-saħħa f’Ħal Balzan, li matulha n-nies preżenti kellhom iċ-ċans jistaqsu l-mistoqsijiet tagħhom lill-Prim Ministru.

 

“Din il-garanzija se tingħata fid-19 t’Ottubru, bħal għada ġimgħa, meta se nħabbru l-baġit li waħda mit-temi ewlenin tiegħu hija l-ħarsien ta’ min jista’ l-inqas fis-soċjetà tagħna. Dak huwa dak li jiddefinixxi l-politika ta’ dan il-Gvern. Fl-istess waqt naħdmu man-negozji, naraw li l-ġid jinħoloq fuq u jgawdu t’isfel ukoll. Dawn huma prinċipji li meta tibdilhom f’realtà, ikollok politika sana ta’ ħafna ġid għall-pajjiż.”

 

Dwar il-ftuħ mill-ġdid tal-iskejjel, il-Prim Ministru fakkar li dan sar b’mod gradwali u qal li jifhem ġenituri li għadhom maħkuma mill-biża’, imma rrimarka li wara diskussjonijiet intensivi, intlaħaq bilanċ importanti bejn protokolli li jħarsu s-saħħa tal-istudenti u l-għalliema fl-istess waqt li t-tfal ma jitilfux l-edukazzjoni tagħhom.

 

Dwar it-turiżmu, il-Prim Ministru tkellem dwar il-ftuħ mill-ġdid tal-ajruport f’Lulju li għadda.

 

“X’inhi t-triq ’il quddiem? Li nagħlqu l-ajruport? Ir-risposta hija le, imma li jkollna vvjaġġar sigur. Dan nistgħu nagħmluh kif qed nagħmluh illum, b’sistema fejn naraw li kemm jista’ jkun ma jkollniex wasliet ta’ nies li jkun infettati. Id-direzzjoni fil-jiem li ġejjin hi li jkomplu jiżdiedu t-testijiet, ikollna sistema ta’ rapid testing, li naraw li dawk il-pajjiżi ta’ aktar sogru jkunu kif diġà huma obbligati bil-liġi llum li jkollhom test magħhom sa tnejn u sebgħin siegħa qabel li juri li huma negattivi. Dan huwa l-mod li rridu nħarsu lejh ’il quddiem.”

 

Robert Abela fakkar ukoll li l-finanzi tal-pajjiż ippermettew il-miżuri u l-iskemi t’għajnuna li ta l-Gvern tul l-imxija u qal li dawn se jiġu estiżi wkoll fil-budget għax urew li huma sostenibbli.

 

“Jien nemmen li l-ekonomija se tagħmel rebound. Għandna finanzi fis-sodd frott l-għaqal tal-Gvern li fl-aħħar seba’ snin kattar il-ġid. Jgħidulna li kellna ekonomija bla pjan. Kif stajna noħorġu b’miżura bħall-COVID Wage Supplement li kieku ma konniex nafu fejn sejra l-ekonomija? Tafu kemm hija miżura b’saħħitha? Iktar mill-paga minima nazzjonali. Il-Gvern qed jagħti lill-employers għal kull ħaddiem fis-setturi milquta, tmien mitt ewro fix-xahar, u l-employer iżid fuq dik is-somma. Din vera b’saħħitha, flimkien mal-vouchers, mar-rebate fuq il-kontijiet tad-dawl, ir-rebate fuq il-kirjiet, kollha maħsuba biex inżommu n-negozji b’saħħithom u n-nies fl-impjieg.”

 

Il-Prim Ministru qal li huwa kburi b’dak li sar fl-aħħar xhur, meta sab “ħadida tikwi” li ħasdet lid-dinja kollha, li ħalliet impatti ta’ saħħa u ekonomiċi kbar madwar id-dinja kollha, iżda nnota b’sodisfazzjon li filwaqt li n-normalità f’pajjiżi oħra kienet li n-nies jitilfu l-kuraġġ li jinvestu, f’Malta l-investituri komplew mexjin ’il quddiem bl-investimenti tagħhom.

 

“Qatt m’aċċettajt li nkun immexxi bi tbassir għax dejjem emmint li t-tbassir kapaċi jinqaleb ta’ taħt fuq bil-ħidma tagħna. Hekk għamilna u hekk se nkomplu nagħmlu.”

 

Robert Abela fakkar meta f’Lulju, il-Gvern innegozja bil-għaqal fi Brussell u rnexxielu jikseb pakkett finanzjarju li huwa d-doppju ta’ dak li nnegozjat amministrazzjoni preċedenti fl-elfejn u tnax. Dan, qal il-Prim Ministru, huwa riżultat ta’ min ma jistħix jgħid li hu Malti u jkun kburi b’pajjiżu u bil-poplu tiegħu.

 

“Grazzi lill-poplu Malti u Għawdxi ta’ kemm f’dawn l-aħħar xhur sibt poplu li japprezza. Sibt warajja poplu li f’mumenti ta’ qtigħ il-qalb, tana l-kuraġġ u mmotivana biex nibqgħu nieħdu d-deċiżjonijiet kollha meħtieġa fl-interess tal-poplu Malti u Għawdxi… ix-xogħol f’pajjiżna se jibqa’, l-investiment barrani se jibqa’ ġej f’pajjiżna, se jsiru aktar proġetti infrastrutturali, nagħti serħan il-moħħ lill-ħaddiema kollha f’pajjiżna li l-għixien tagħhom se jibqa’ garantit, il-kwalità tal-ħajja se tibqa’ garantita biex ikollkom iktar flus f’idejkom. Grazzi ta’ kemm kontu magħna, inwiegħdkom ħidma bla waqfien u b’lealtà biex nara li pajjiżna joħroġ minn dan il-mument b’suċċess. Poplu b’saħħtu u reżiljenti, verament kburi bikom.”

 

Preżenti għal din l-attività politika kien hemm ukoll id-Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Partit Laburista, Daniel Micallef u l-President tal-Partit Laburista, Ramona Attard.

 

Ġranet biss ’il bogħod qabel ma l-Partit Laburista jiċċelebra l-mitt sena mit-twaqqif tiegħu, Daniel Micallef qal li dan il-Partit ipoġġi l-politika fiċ-ċentru tal-ħidma tiegħu u semma l-laqgħat kontinwi li qed isiru mal-imsieħba soċjali u diversi għaqdiet u entitajiet, fosthom bħala parti mill-Policy Fora, biex il-Partit Laburista jkompli jkun miftuħ għall-ideat li jagħtu relevanza lil kwalunkwe partit politiku.

 

L-għada tal-ġurnata li fakkret l-importanza ta’ aktar għarfien dwar is-saħħa mentali, Ramona Attard saħqet li se tibgħat lit-tifla l-iskola mhux biss minħabba t-tagħlim akkademiku, imma wkoll b’risq is-saħħa mentali ta’ bintha għaliex huwa importanti li t-tfal imorru l-iskola u jkomplu bil-vjaġġ edukattiv u soċjali tagħhom. Saħqet ukoll fuq l-importanza tal-indipendenza ekonomika tal-mara, biex iż-żewġ ġenituri jkunu responsabbli indaqs ta’ uliedhom.

 

Comments Box SVG iconsUsed for the like, share, comment, and reaction icons
Partit Laburista
2 days ago
Partit Laburista
Fiduċja f’aktar investiment.

Messaġġ ta’ fiduċja lill-investituri li jridu jinvestu f’pajjiżna. ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 70
  • Shares: 41
  • Comments: 7

Comment on Facebook

Proset Priministru w Tim Malta 🇲🇹 ❤️ Ghal dak kollu li qed taghmlu ghal Pajjizna!

Prosit Prim Ministru

Proset

Korrott

View more comments

Partit Laburista
3 days ago
Partit Laburista
Grazzi tal-merbħa sabiħa fĦad-Dingli. 🔴

Grazzi tal-merbħa sabiħa f'Ħad-Dingli. 🔴 ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 91
  • Shares: 6
  • Comments: 5

Comment on Facebook

Organizzazjoni kriminali taghmel gathering 😎

View more comments

Partit Laburista
3 days ago
Partit Laburista
Robert Abela

Robert Abela ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 317
  • Shares: 41
  • Comments: 23

Comment on Facebook

GREAT, GREAT MAN VERY HANDSOME!!!

Keep up the good work!

Nixtieq naf why great man meta qiegħed naraw dan kollu??? Dawn il prezzijiet dawn il bini kollox lanqas tieħu n-nifs....tumur is-sptar ħlief Arab u barranin. Tafu meta titkellmu meta ikollok il mart serju fil familja. Kelli nihu il mara tieghjaj st James al kurra għax ċertu instrumenti għanda ix xur tistena u ghara matibilawx li Services Mater Dei. Hu Tal Malti. Rubbish sur prim ministru.

Have a wonderful day!

The best

Viva Robert

Viva Robert Viva il Labour ♥️

veru li il Ministru tal finanzi qal li ha nigu 800 elf ruh ? Mela vera tridu iddejqu lill Alla li halaqkhom

M andix dubju li se tikseb iktar .... Ghalik u ghal shabek 😁😁😁

Fiducja fpajjizma iva imma fil Bobby le

youtu.be/VFq3Ige0-3A

View more comments

Partit Laburista was live.
3 days ago
Partit Laburista
Diskors tal-Prim Ministru u Mexxej Laburista, Robert Abela f’Ħad-Dingli

Diskors tal-Prim Ministru u Mexxej Laburista, Robert Abela f’Ħad-Dingli ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 63
  • Shares: 87
  • Comments: 11

Comment on Facebook

Kburin Bik 👏❤️

Prosit am proud of you

Watching you good as always

Proset tassew kliem MIRQUM MIT TNEJN LI INTKOM ISAHHA LILKOM U INHARSU IL QUDDIEM ISAHHA ❤❤

Proset Prim dejjem tissoda.

Proset

Prosit lil kulhadd

Prosit Dr Josianne Cutajar

So proud 👍❤️

Proud I support Labour

View more comments

Partit Laburista
4 days ago
Partit Laburista
Prosit lil Team Malta. 🇲🇹

Prosit lil Team Malta. 🇲🇹 ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 543
  • Shares: 42
  • Comments: 115

Comment on Facebook

Great job 👍well done Malta team, you made us proud.

Proset keep up the good work

Viva Malta

Viva Malta

Well done to all you were marvelous.viva Malta Grazzi.

Keep up the good work!

Keep up the good work!

Well done to all involed. Thank you so much.

Great job 👍

Great job 👍

Great job 👍

Great job 👍

Great job 👍

Proset lil Kullhadd Viva Malta 🌹🌹🌹

Well done!! MALTA

Well done!!

Well done, tks il kullhadd bravi, well organised,

Well done

Well done!!

Well done!!Malta🇲🇹🇲🇹🇲🇹

Well done!! Malta 🇲🇹🇲🇹

Well done!!

Well done

Well done!! Malta

Well done!!

View more comments

Load more

PQs

Ibgħat id-domanda parlamentari li tixtieq titressaq minn deputat tal-Partit Laburista.

Reġistru Elettorali

Biex tivvota trid tkun fir-reġistru elettorali. Iċċekja hawn jekk tinsabx fir-reġistru elettorali.

Media

Agħmel kuntatt mal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista billi tgħafas hawn.

Statut

Il-Partit Laburista huwa regolat minn statut. Ara kopja tal-istatut billi tgħafas fuq il-link hawn taħt.

Għin

lill-Partit Laburista

Sħubija

Donazzjoni

Merchandise

PQs

Ibgħat id-domanda parlamentari li tixtieq titressaq minn deputat tal-Partit Laburista.

Reġistru Elettorali

Biex tivvota trid tkun fir-reġistru elettorali. Iċċekja hawn jekk tinsabx fir-reġistru elettorali.

Media

Agħmel kuntatt mal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista billi tgħafas hawn.

Statut

Il-Partit Laburista huwa regolat minn statut. Ara kopja tal-istatut billi tgħafas fuq il-link hawn taħt.

Għin

lill-Partit Laburista

Sħubija

Donazzjoni

Merchandise

għin lill-Partit Laburista

Sħubija

Donazzjoni

Merchandise

  • Uffiċċju Elettorali
  • Manifest
  • Uffiċċju Elettorali
  • Manifest
logo

© Partit Laburista 2022

Agħti s-Suġġeriment Tiegħek

logo

© Partit Laburista 2022

Agħti s-Suġġeriment Tiegħek