Għin
lill-Partit Laburista
May 14, 2019
Nappellaw għall-appoġġ bl-għaqda u mhux bil-firda
F’Ħal Luqa, il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista, Joseph Muscat, tkellem dwar kif il-konklużjonijiet tal-inkjesta Egrant huma ċari u l-kumplament tar-rapport, kif saħansitra qal il-Kap tal-Oppożizzjoni nnifsu, ma jista’ jbiddel xejn minnhom.
Minkejja dan, qal il-Prim Ministru, huwa determinat li r-rapport jiġi ppubblikat kollu kemm hu. Peró dan irid isir b’rispett lejn il-parir tal-Avukat Ġenerali li m’għandux jgħaġġel u jippubblika xi ħaġa li tista’ tfixkel l-investigazzjonijiet. Fakkar kif kien hemm min iffalsifika dokumenti. “L-interess mhux tiegħi b’vendikazzjoni b’ġustizzja li dawn il-persuni jinqabdu,” qal il-Prim Ministru.
Għamel referenza għal dikjarazzjoni tal-eks Kap tal-Oppożizzjoni biex il-Prim Ministru ma joqgħodx jilgħabha tal-vittma. Joseph Muscat qal li jawgura lil eks Kap tal-Oppożizzjoni ma jgħaddix minn dak li għadda hu.
“Is-saħħa li ngħidlu hekk tiġi mis-serenità li hemm ġo fina. Mill-unur li għandili mmexxi dan il-poplu,” qal il-Prim Ministru.
Il-Prim Ministru u l-Mexxej tal-Partit Laburista Joseph Muscat sostna li min jappella għall-voti billi jifred ikun qed juża t-tattika ta’ min qiegħed jippanikja. Saħaq li aħna nappellaw għal dak illi jgħaqqad. Malta f’qalbna tfisser li rridu nħobbu lill Malta kollha, b’qalbna kollha u l-ħin kollhu.
Dr Muscat qal li l-iktar ħaġa li tifridna hija l-mod ta’ kif inħarsu lejn l-affarijiet, li aħna nħarsu lejn pajjiżna u l-poplu b’mod pożittiv. Sostna li meta tara din id-differenza tibda tifhem għaliex ħaddieħor għafas il-buttuna tal-paniku u reġa’ għal darboħra ivvinta issues li kulħadd jaf li ma jeżistux. Saħaq li minflok aħna nitkellmu dwar id-differenza li teżisti bejn min huwa pożittiv u jrid issedaq l-għaqda u min huwa negattiv u l-unika mod li għandu quddiemu hu li jiżra’ l-firda.
“Ħafna drabi tkun kelma ta’ mument li tikxef l-istat ta’ moħħ, ta’ ħsieb ta’ persuna jew moviment. Ħassejtni maħsud meta rajt dak li kellhu xi jgħid il-Kap tal-Oppożizzjoni ftit tal-jiem ilu meta liż-żgħażagħ, li nifhem li marru biex jappoġjawh, qalilhom kemm hu rrabjat, kemm ġie bl-aptit li jgħajjat, kemm ma jistax jifhimhom. Onestament ma nafx għal-liema żgħażagħ kien qed jirreferi, għax iż-żgħażagħ li naf jien narahom ta’ kuljum fix-xogħol u l-iskejjel tagħhom jieħdu interess fl-ambjent u fil-lokalita’tagħna, nammirahom għax nara rieda li fil-ħin liberu tagħhom jaħdmu għal kawża li jemmnu fiha. Timmaġinaw xi kawża nazzjonali li fiha ma kinux ż-żgħażagħ fuq quddiem nett. Jien kuntent ħafna biż-żgħażagħ u ngħidilhom grazzi talli intom ir-ruħ u l-qalb li taħbat ta’ dan il-pajjiż” sostna Dr Muscat.
Ibgħat id-domanda parlamentari li tixtieq titressaq minn deputat tal-Partit Laburista.
Biex tivvota trid tkun fir-reġistru elettorali. Iċċekja hawn jekk tinsabx fir-reġistru elettorali.
Agħmel kuntatt mal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista billi tgħafas hawn.
Il-Partit Laburista huwa regolat minn statut. Ara kopja tal-istatut billi tgħafas fuq il-link hawn taħt.