• Aħbarijiet
  • Min Aħna
    • L-Istorja Tal-Partit Laburista
    • Mexxej
    • Amministrazzjoni​
    • Grupp Parlamentari
    • MEPs
  • Malta Flimkien
  • Sħubija
  • Donazzjoni
  • KGA 2022
  • Lead
Partit Laburista
  • Aħbarijiet
  • Min Aħna
    • L-Istorja Tal-Partit Laburista
    • Mexxej
    • Amministrazzjoni​
    • Grupp Parlamentari
    • MEPs
  • Malta Flimkien
  • Sħubija
  • Donazzjoni
  • KGA 2022
  • Lead

aħbarijiet

April 23, 2023

“Nhar l-1 ta’ Mejju lkoll għandna ċans biex nuru fejn tħabbat il-qalb ta’ dawk ta’ rieda tajba.” – il-PM

“Ir-riżultati tiksibhom billi quddiem l-isfidi tkun hemm mal-ħaddiema u man-negozji. U x’inhuma l-ikbar riżultati li qed niksbu? Ix-xogħol fuq quddiem nett. Ix-xogħol li jfisser opportunitajiet aħjar għaż-żgħażagħ u l-familji Għawdxin u Maltin.” 

Dan qalu l-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista, Robert Abela fir-Rabat fejn esprima s-sodisfazzjon tiegħu għad-diversi laqgħat li kellu din il-ġimgħa ma’ ħaddiema fuq il-postijiet tax-xogħol.

“Kemm kien sabiħ nisma’ stejjer ta’ min beda jaħdem fl-inqas livelli tal-fabbrika, u baqa’ tiela ftit ftit sakemm sar manager. Dak hu l-ħolm li rridu nagħmlu realtà. Din hi l-mobbilta soċjali li nemmnu fiha. Dawk huma l-karrieri li nitkellmu dwarhom. Għalhekk m’għandna qatt nieqfu naħdmu biex noħolqu l-opportunitajiet ġodda.”

Dwar l-opportunitajiet ġodda, il-Prim Ministru semma wkoll investiment ta’ 12 -il miljun ewro f’fabbrika li ħabbar din il-ġimgħa fejn se ttejjeb l-effiċjenza, tipproduċi zero carbon bl-inqas impatt possibli fuq l-ambjent u aktar ħolqien ta’ mpjiegi. 

“Il-fiduċja li għandhom f’pajjiżna dawn l-investituri waslet biex issa se jkunu qed jinvestu disa’ miljuni oħra. Dan biex jipproduċu iktar u jsaħħu l-preżenza f’pajjiżna. Ifisser li se jimpjegaw iktar inġiniera, iktar tekniċi, iktar ħaddiema mħarrġa u joffrulhom karriera. Karrieri li rrid nara żgħażagħ Maltin lesti biex ikunu huma l-ewwel li joħduhom.”

Robert Abela qal ukoll kif l-għajnuna fl-enerġija għall-investituri fissret li jibqgħu għaddejjin bla skossi. Li minflok bħal ma ġara f’pajjiż oħra jaħsbu biex inaqqsu jew jagħlqu, minflok jibqgħu ffokati fuq kif se jikbru. Kif se jinvestu iktar u kif se jagħmlu l-qalba ambjentali u diġitali. 

Hawnhekk, il-Prim Ministru saqsa għaliex l-Oppożizzjoni ddikjarat li l-għajnuna għandha tieqaf mill-Gvern u bagħat messaġġ b’saħħtu dwar it-twemmin Laburista. 

“Jien se niddikjara hawn. Aħna nemmnu li fejn jidħol il-prezz tal-enerġija, id-dawl u l-ilma għandna nibqgħu ngħinu lill-familji u n-negozji. U jekk temmnu f’dan fl-1 ta’ Mejju, ingħaqdu magħna fil-Belt Valletta ħa nibagħtu messaġġ qawwi favur l-għajnuna lin-nies. Messaġġ qawwi li l-Gvern għandu jkun ta’ spalla għall-ħaddiema u n-negozji u mhux jitfa’ fuqhom il-piż kif għamlet u trid tagħmel l-Oppożizzjoni. Mhux mument li nistrieħu, għax dak li ksibna flimkien għall-familji għawdxin u Maltin, hawn min lest iħottu.”

Dwar ir-rata pożittiva ta’ tkabbir ekonomiku f’pajjiżna, Robert Abela qal kif il-President tal-Bank Ċentrali Ewropew, Christine Lagarde faħħret lil pajjiżna għall-mod kif it-tkabbir ekonomiku qed ilaħħaq rati straordinarji. 

“Ir-riżultati li għandna llum mhumiex ir-riżultati li kellna dejjem. Ir-riżultati li għandna llum huma frott ir-rieda tal-partit tal-ħaddiema, tal-partit tagħna, tal-moviment tagħna li fejn jara l-inġustizzja jġib ġustizzja.” 

Il-Prim Ministru saħaq kif sa ħames snin ilu, għal kull persuna b’diżabilita’ tirreġistra għax-xogħol, kien hawn erbgħa jaħdmu. Illum, għal kull persuna b’diżabilita’ tirreġistra għax-xogħol, hawn kważi għoxrin persuna b’diżabilita’ jaħdmu. 

“Dak hu r-riżultat meta jkollok il-kuraġġ li tidħol għar-riformi u twettaqhom. U dan il-gvern għandu ħafna iktar riformi xi jwettaq. Riformi li ħadd qabel ma kellu l-kuraġġ jidħol għalihom. Nidejna għall-konsultazzjoni pubblika ir-riforma fis-sistema tal-kumpilazzjoni u r-rinviji. Din waħda mill-akbar riformi fil-kamp tal-ġustizzja li se jkunu qatt saru. Riforma maħsuba biex tibda tnaqqas mid-dewmien żejjed.”

Robert Abela sostna li d-differenza netta hija li dan il-Gvern imur il-Parlament biex jipproponi u jressaq liġijiet li jagħmlu differenza pożittiva fil-ħajja tan-nies filwaqt li ħaddieħor imur il-Parlament biex jitkellem u x’ħin iħoss li tkellem biżżejjed, jitlaq ’il barra. 

“Telqu ‘l barra meta qed niddiskutu liġi dwar suġġett sensittiv bħal vjolenza domestika. U l-għada flok daħlu lura u skużaw ruħhom, daħlu jikkunstinjaw u jgħidu s-Segretarju Parlamentari tagħna li kienet qed tressaq din il-liġi – li għadha ħalib ommha fi sninha. Bħal li kieku għax żagħżugħa m’għandix id-dritt li tippromwovi l-bidla. Għemilhom jikxifihom dejjem. Ma jemmnux fiż-żgħażagħ. Aħna konna u nibqgħu l-moviment taż-żgħażagħ. Għalhekk dejjem ridna u se nieħdu iktar inizjattivi biex iż-żgħażagħ ikunu magħna fuq il-mejda tad-deċiżjonijiet.”

Il-Prim Ministru temm b’appell biex fl-ewwel ta’ Mejju, dawk kollha ta’ rieda tajba għandhom jingħaqdu mal-Partit Laburista fil-Belt Valletta. 

“Nhar l-ewwel ta’ Mejju lkoll għandna ċans biex nuru fejn tħabbat il-qalb ta’ dawk ta’ rieda tajba. Il-qalb tal-ħaddiema. Il-qalb ta’ min iħaddem. Il-qalb tal-pensjonant. Ejjew nibqgħu lkoll magħqudin ħalli l-elf proposta ta’ Malta Flimkien jibqgħu jsiru elf kisba ta’ dan il-poplu tagħna.   Żbalji għamilna imma qalbna tafu fejn qiegħda. Qiegħda magħkom. Għax aħna il-Gvern tagħkom. Il-Gvern tan-nies.Magħna taf fejn qiegħed.”

Comments Box SVG iconsUsed for the like, share, comment, and reaction icons
Partit Laburista
2 days ago
Partit Laburista
Fiduċja f’aktar investiment.

Messaġġ ta’ fiduċja lill-investituri li jridu jinvestu f’pajjiżna. ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 68
  • Shares: 40
  • Comments: 7

Comment on Facebook

Proset Priministru w Tim Malta 🇲🇹 ❤️ Ghal dak kollu li qed taghmlu ghal Pajjizna!

Prosit Prim Ministru

Proset

Korrott

View more comments

Partit Laburista
2 days ago
Partit Laburista
Grazzi tal-merbħa sabiħa fĦad-Dingli. 🔴

Grazzi tal-merbħa sabiħa f'Ħad-Dingli. 🔴 ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 90
  • Shares: 6
  • Comments: 5

Comment on Facebook

Organizzazjoni kriminali taghmel gathering 😎

View more comments

Partit Laburista
3 days ago
Partit Laburista
Robert Abela

Robert Abela ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 316
  • Shares: 41
  • Comments: 22

Comment on Facebook

GREAT, GREAT MAN VERY HANDSOME!!!

Keep up the good work!

Nixtieq naf why great man meta qiegħed naraw dan kollu??? Dawn il prezzijiet dawn il bini kollox lanqas tieħu n-nifs....tumur is-sptar ħlief Arab u barranin. Tafu meta titkellmu meta ikollok il mart serju fil familja. Kelli nihu il mara tieghjaj st James al kurra għax ċertu instrumenti għanda ix xur tistena u ghara matibilawx li Services Mater Dei. Hu Tal Malti. Rubbish sur prim ministru.

Have a wonderful day!

The best

Viva Robert

Viva Robert Viva il Labour ♥️

veru li il Ministru tal finanzi qal li ha nigu 800 elf ruh ? Mela vera tridu iddejqu lill Alla li halaqkhom

M andix dubju li se tikseb iktar .... Ghalik u ghal shabek 😁😁😁

Fiducja fpajjizma iva imma fil Bobby le

youtu.be/VFq3Ige0-3A

View more comments

Partit Laburista was live.
3 days ago
Partit Laburista
Diskors tal-Prim Ministru u Mexxej Laburista, Robert Abela f’Ħad-Dingli

Diskors tal-Prim Ministru u Mexxej Laburista, Robert Abela f’Ħad-Dingli ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 63
  • Shares: 87
  • Comments: 11

Comment on Facebook

Kburin Bik 👏❤️

Prosit am proud of you

Watching you good as always

Proset tassew kliem MIRQUM MIT TNEJN LI INTKOM ISAHHA LILKOM U INHARSU IL QUDDIEM ISAHHA ❤❤

Proset Prim dejjem tissoda.

Proset

Prosit lil kulhadd

Prosit Dr Josianne Cutajar

So proud 👍❤️

Proud I support Labour

View more comments

Partit Laburista
3 days ago
Partit Laburista
Prosit lil Team Malta. 🇲🇹

Prosit lil Team Malta. 🇲🇹 ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 541
  • Shares: 42
  • Comments: 115

Comment on Facebook

Great job 👍well done Malta team, you made us proud.

Proset keep up the good work

Viva Malta

Viva Malta

Viva Malta

Well done to all you were marvelous.viva Malta Grazzi.

Keep up the good work!

Keep up the good work!

Well done to all involed. Thank you so much.

Great job 👍

Great job 👍

Great job 👍

Great job 👍

Great job 👍

Proset lil Kullhadd Viva Malta 🌹🌹🌹

Well done!! MALTA

Well done!!

Well done, tks il kullhadd bravi, well organised,

Well done

Well done!!

Well done!!Malta🇲🇹🇲🇹🇲🇹

Well done!! Malta 🇲🇹🇲🇹

Well done!!

Well done

Well done!! Malta

View more comments

Load more

PQs

Ibgħat id-domanda parlamentari li tixtieq titressaq minn deputat tal-Partit Laburista.

Reġistru Elettorali

Biex tivvota trid tkun fir-reġistru elettorali. Iċċekja hawn jekk tinsabx fir-reġistru elettorali.

Media

Agħmel kuntatt mal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista billi tgħafas hawn.

Statut

Il-Partit Laburista huwa regolat minn statut. Ara kopja tal-istatut billi tgħafas fuq il-link hawn taħt.

Għin

lill-Partit Laburista

Sħubija

Donazzjoni

Merchandise

PQs

Ibgħat id-domanda parlamentari li tixtieq titressaq minn deputat tal-Partit Laburista.

Reġistru Elettorali

Biex tivvota trid tkun fir-reġistru elettorali. Iċċekja hawn jekk tinsabx fir-reġistru elettorali.

Media

Agħmel kuntatt mal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista billi tgħafas hawn.

Statut

Il-Partit Laburista huwa regolat minn statut. Ara kopja tal-istatut billi tgħafas fuq il-link hawn taħt.

Għin

lill-Partit Laburista

Sħubija

Donazzjoni

Merchandise

għin lill-Partit Laburista

Sħubija

Donazzjoni

Merchandise

  • Uffiċċju Elettorali
  • Manifest
  • Uffiċċju Elettorali
  • Manifest
logo

© Partit Laburista 2022

Agħti s-Suġġeriment Tiegħek

logo

© Partit Laburista 2022

Agħti s-Suġġeriment Tiegħek