• Aħbarijiet
  • Min Aħna
    • L-Istorja Tal-Partit Laburista
    • Mexxej
    • Amministrazzjoni​
    • Grupp Parlamentari
    • MEPs
  • Malta Flimkien
  • Sħubija
  • Donazzjoni
  • KGA 2022
  • Lead
Partit Laburista
  • Aħbarijiet
  • Min Aħna
    • L-Istorja Tal-Partit Laburista
    • Mexxej
    • Amministrazzjoni​
    • Grupp Parlamentari
    • MEPs
  • Malta Flimkien
  • Sħubija
  • Donazzjoni
  • KGA 2022
  • Lead

aħbarijiet

February 3, 2020

Nieħdu deċiżjonijiet fl-aqwa interess ta’ pajjiżna

Wara l-kritika li għamel il-Kap tal-Oppożizzjoni lbieraħ fuq il-ftehim dwar l-isptarijiet tagħna, il-Prim Ministru wieġeb lill-Kap tal-Oppożizzjoni, “dak li inti mingħalik lgħabt karta li se trebbħek, telfitek għax filwaqt li Adrian Delia lili stedinni u qalli ara x’ħa tagħmel, jien ngħidlu li ili li rajt x’ħa nagħmel mal-mument li nħtart Prim Ministru fejn waħda mill-ewwel deċiżjonijiet li ħadna kienet li ħtarna kumitat.

F’attivita’ politika ġewwa Ħal Qormi, il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista, Robert Abela tenna li hemm bżonn “inkunu nafu l-fatti kollha biex inkunu nistgħu nieħdu deċiżjoni.”

Il-Prim Ministru tenna li dan huwa l-mod ta’ kif pajjiż serju jieħu deċiżjonijiet. Deċiżjoni skont l-aqwa interess tas-saħħa f’pajjiżna. L-integrota’, l-onesta’ u t-trasparenza f’kull deċiżjoni li se tittieħed. Dan filwaqt li emfasizza l-ħtieġa li l-poplu jkun jaf b’kull ftehim għax jemmen li din hi l-viżjoni li trid tieħu l-pajjiż ‘il quddiem.

Filwaqt li l-Kap tal-Oppożizzjoni abdika mir-responsabbiltajiet tiegħu anke dwar il-ħatra tar-Regolatur fil-programm taċ-ċittadinanza b’investiment, il-Prim Ministru qal li d-deċiżjoni xorta waħda se jeħodha. “It-tneħħija ta’ dan il-programm ma tkunx fl-aqwa interess tal-pajjiż. Programm li tant bidel lil pajjiżna. Se nkunu qed insaħħu r-regolamenti.”

Robert Abela sostna li l-messaġġ għandu jkun wieħed ta’ pożittivita’. “Kellna credit rating b’saħħtu mid-DBRS li qegħdin jaraw ekonomija li tkompli tikber u tirreġistra surplus. Dan hu l-ottimiżmu għax hijal-ekonomija li fl-aħħar mill-aħħar tagħtina s-saħħa biex inkomplu nagħmlu l-bidliet.”

 

“Wara l-maltemp jiġi l-bnazzi”

“Wara l-maltemp jiġi l-bnazzi…Dik l-għaqda li f’dawn l-aħħar jiem tant ikkaratterizzat lil pajjiżna. Pajjiż li bis-saħħa t’hekk mal-ewwel ġibna l-istabilita’. Dak huwa l-messaġġ b’saħħtu tan-normalita’ li ġibna fil-pajjiż. Is-serħan il-moħħ ma daħalx biss għall-Partit Laburista jew il-Partit Nazzjonalista. Daħal għand kulħadd. Aħna rridu nimxu ‘l quddiem bħala poplu wieħed magħqud.”

Robert Abela fisser kif bid-deċiżjonijiet li ttieħdu, dan il-pajjiż huwa dixxiplinat u ġust. Ġust ma’ kulħadd għax jagħti opportunitajiet indaqs lil kulħadd.

Il-Prim Ministru saħaq li s-sigriet wara dan kollu hu li tibqa’ dejjem saqajk mal-art. Fl-ewwel żjara uffiċċjali barra l-pajjiż, “il-Presidenti tal-Istituzzjonijiet Ewropej kellhom reazzjonijiet mill-aktar inkoraġġanti għal pajjiżna… Innutaw l-ewwel bidliet li għamilna. Qed jaslu l-messaġġi tal-bidliet, l-impenn tal-gvern li dan hu gvern serju. Gvern li jemmen fis-saltna tad-dritt u l-governanza tajba.”

Minkejja dan, Robert Abela kellu diżappunt wieħed. Diżappunt fejn offra l-id tal-ħbiberija u ressaq proposta li jiltaqa’ f’darba mad-delegazzoni Maltija tal-Membri Parlamentari Ewropej magħmula minn sitt rappreżentanti. Saħaq li r-rappreżentanti tal-Partit Nazzjonalista ma ridux jiltaqgħu mar-rappreżentanti tal-Partit Laburista. “Dan ma jawgurax tajjeb għal pajjiżna,” kompla l-Prim Ministru.

Għalkemm ir-rappreżentanti Ewropej tal-Partit Nazzjonalista rrifjutaw il-proposta tal-Prim Ministru, “ir-rispota tiegħi kienet li jien xorta lest niltaqa’ magħkom waħedkom. Iltqajt magħhom u ddiżżapuntani l-messaġġ li waslu. Messaġġ ta’ negattivita;. Lest li nilqa’ kull kritika u lest li naħdem ma’ kull mi jaħdem favur pajjiżna u hawnhekk tara l-kuntrast fil-laqgħa li kelli mar-rappreżentanti Ewropej tal-Partit Laburista. Jgħidulek it-tajjeb, il-ħażin imma jħarsu ‘l quddiem biex isaħħu isem pajjiżna barra minn xtutna.”

 

Partit relevanti u jkompli jissaħħaħ

Il-Prim Ministru awgura lil Catherine Fenech li ħadet post Lydia Abela bħala S-Segretarju tal-Eżekuttiv Nazzjonali tal-Partit Laburista.

“Il-persuna li ħadet dan l-irwol kienet persuna li biha ridna nibagħtu l-messaġġ ta’ x’għandna fil-pjanijiet għal dan il-partit. Ħarist lejn il-karatteristika ewlenija. Inqarrbu l-partit lura lejn l-għeruq biex dan il-partit jibqa’ relevanti u jkompli jissaħħaħ.”

Robert Abela saħaq ukoll il-valur tal-parteċipazzjoni tan-nisa fil-ħajja pubblika. “Għandna sitwazzjoni li m’inix kuntent biha… Pero’ ma nistgħux nitkellmu biss. Dan qed jissarraf f’deficit demokratiku. Mill-elezzjoni ġenerali li jmiss be ħsiebna nkomplu naħdmu biex dan il-mekkaniżmu jseħħ u jiżgura bilanċ.”

Il-Prim Ministru saħaq kemm hu importanti li l-Partit jibqa’ organu viċin in-nies.

“Illum għandna l-obbligu li rroddu lura din il-fiduċja lin-nies billi nibqgħu viċin tagħhom… Għandna żmien sabiħ ġej quddiemna, ambizzjonijiet kbar, pożittivita’ kbira għal pajjiżna. Ejja ħa nibqgħu naħdmu flimkien. Magħqudin flimkien, pożittivi ħalli nkomplu nġibu riżultati b’saħħithom għal pajjiżna, għal Malta u Għawdex li tant inħobbu.”

 

 

Comments Box SVG iconsUsed for the like, share, comment, and reaction icons
Partit Laburista
8 hours ago
Partit Laburista
1️⃣,2️⃣3️⃣6️⃣ membru ġdid jew li ġedded is-sħubija tiegħu mal-Partit Laburista f’jumejn. 

Issieħeb magħna billi ċċempel fuq 51602034 jew ibgħat SMS fuq 50619275 jew inkella ssieħeb onlajn fuq www.partitlaburista.org

1️⃣,2️⃣3️⃣6️⃣ membru ġdid jew li ġedded is-sħubija tiegħu mal-Partit Laburista f’jumejn.

Issieħeb magħna billi ċċempel fuq 51602034 jew ibgħat SMS fuq 50619275 jew inkella ssieħeb onlajn fuq www.partitlaburista.org
... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 57
  • Shares: 61
  • Comments: 1

Comment on Facebook

Partit Laburista
15 hours ago
Partit Laburista
RENEW

Ingħaqad magħna! ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 51
  • Shares: 62
  • Comments: 0

Comment on Facebook

Partit Laburista
1 day ago
Partit Laburista
Ir-ruħ soċjali tal-Partit Laburista

It-twemmin soċjalista tagħna qatt mhu se jħallina nkunu indifferenti. Għalhekk għandek tingħqad magħna s-Sibt li ġej fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista. ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 58
  • Shares: 46
  • Comments: 7

Comment on Facebook

Proset Priministru w Tim Malta 🇲🇹 GHAL DAK KOLLU LI QED TAGHMLU GHAL Malta 🇲🇹 👌 GVERN Tar- RIFORMI, TA' VERU GHAX MA JIBZAX JEHODHOM.

Tajjeb

socjalista ??? din xi tkun dil kelma ?? grazzi rajtha qalbek

PAROLI FIL VOJT U FEJN THARES TARA L HBIP TAL HBIP.

Hadd ma jaqa lura imma malta waqet lura ghax mill hazin ghall ghar

Ghadu Partit Socjalista,fil Verita m ghadux..

Dr Abela il bank ghandu il policies tieghu jigiefiri u mhux ha jiehu riskju kbir biex issellef flus lil nies mhux daqsek stabli.

View more comments

Partit Laburista
2 days ago
Partit Laburista
Robert Abela

Robert Abela ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 119
  • Shares: 93
  • Comments: 3

Comment on Facebook

Great picture Alfred Sant

Partit Laburista
2 days ago
Partit Laburista
Robert Abela

Robert Abela ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 639
  • Shares: 144
  • Comments: 50

Comment on Facebook

Prosit lil prim ministru, li qed jaghmel xoghol tajjeb hafna, imma nahseb minnu l isfel, hemm bzonn li jistmaw iktar lil min dejjem kien wara l partit biex illum jinsabu fejn qedin, ghax mid dehera, qed jonqsu l membri. U din se tirrifletti l quddiem.

Tinsewx toruhom ir raba sular

Well done to our Prime minister Robert Abela 👏👏❤️❤️

Kif tiskadili t tessera ma nergax ingeddida zgur li le ! Morru aqdu lin Nazzjonalisti kif ghamiltu qabel lelezzjoni ha tigbru l voti min hemm.

Luana Borg nies jihdu flats ,min partit ihor juru ic cwivet

Ajma hej. Kic gidep bhas soltu. Gidep. Anke l ihor Bendu ta. Gidep bis min Boby u Bendu. Hxejtuwh pajis. Zewg partijti tahxu lil Malta u lin nis.

Prosit lil mexxej Dr Robert Abela, lill-Amministrazzjoni tal-Partit u lil volontiera kollha.

Well done 👍

Issa jhallass lil min qdejtu mil koxxa. Hadd wara hadd tasal ta kullhadd. Jien meta fittixt lajnuna ma sibt lil hadd. Titnejku bin nies min ghalikom tridu.iggifuli lemm

done

Dak li gralkom hallejtu lil l-isviluppaturi jaghlu li ir-riedu mintoff biss hu hatt ghall haddiem

Prosit

Iridu jkeċċu nies mi djar, u jriduna nhallsu tessera. No

Prosit

Ghal hbieb tal hbieb biss!!!

Re New = Abort

Ara jistghux flok flus jghatu bottijiet u fliexken tal-plastik. Mhux fil-magni imma... Minn hemm. Kulhadd jiġi bil-boroz tal-fliexken u bottijiet...

Prosit dr abela u team tieghu

Prosit

ghandhom bzonn il flus ghax naqsulhom il bhahen

Proset Priministru w Tim Malta 🇲🇹 GHAL BIDLA TA' RIFORMI KBAR LI WETTAQTU.

Proset

Arani fuq quddim se nkun

Erfawli post quddiem.

Proset

View more comments

Load more

PQs

Ibgħat id-domanda parlamentari li tixtieq titressaq minn deputat tal-Partit Laburista.

Reġistru Elettorali

Biex tivvota trid tkun fir-reġistru elettorali. Iċċekja hawn jekk tinsabx fir-reġistru elettorali.

Media

Agħmel kuntatt mal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista billi tgħafas hawn.

Statut

Il-Partit Laburista huwa regolat minn statut. Ara kopja tal-istatut billi tgħafas fuq il-link hawn taħt.

Għin

lill-Partit Laburista

Sħubija

Donazzjoni

Merchandise

PQs

Ibgħat id-domanda parlamentari li tixtieq titressaq minn deputat tal-Partit Laburista.

Reġistru Elettorali

Biex tivvota trid tkun fir-reġistru elettorali. Iċċekja hawn jekk tinsabx fir-reġistru elettorali.

Media

Agħmel kuntatt mal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista billi tgħafas hawn.

Statut

Il-Partit Laburista huwa regolat minn statut. Ara kopja tal-istatut billi tgħafas fuq il-link hawn taħt.

Għin

lill-Partit Laburista

Sħubija

Donazzjoni

Merchandise

għin lill-Partit Laburista

Sħubija

Donazzjoni

Merchandise

  • Uffiċċju Elettorali
  • Manifest
  • Uffiċċju Elettorali
  • Manifest
logo

© Partit Laburista 2022

Agħti s-Suġġeriment Tiegħek

logo

© Partit Laburista 2022

Agħti s-Suġġeriment Tiegħek