• Aħbarijiet
  • Min Aħna
    • L-Istorja Tal-Partit Laburista
    • Mexxej
    • Amministrazzjoni​
    • Grupp Parlamentari
    • MEPs
  • Malta Flimkien
  • Sħubija
  • Donazzjoni
  • KGA 2022
  • Lead
Partit Laburista
  • Aħbarijiet
  • Min Aħna
    • L-Istorja Tal-Partit Laburista
    • Mexxej
    • Amministrazzjoni​
    • Grupp Parlamentari
    • MEPs
  • Malta Flimkien
  • Sħubija
  • Donazzjoni
  • KGA 2022
  • Lead

aħbarijiet

June 7, 2020

“Nifhem is-sentiment ta’ rabja tal-poplu” – Il-PM

“Nifhem is-sentiment ta’ rabja tal-poplu Malti. Inħoss l-istess sentiment għaliex fl-aħħar erbgħin ġurnata, l-Unjoni Ewropea ħallietna waħedna biex nitrattaw kwistjoni kumplessa li mhix tagħna biss imma problema tal-Unjoni Ewropea.”

 

B’ton skjett u trasparenti, il-Prim Ministru Robert Abela qal li se jitkellem b’onestà kif dejjem għamel f’dawn l-aħħar ħames xhur. Spjega li lbieraħ kellha tittieħed deċiżjoni li tagħżel bejn il-popolarità jew tħares is-saħħa tal-Maltin li kienu abbord il-bastiment tal-Captain Morgan.

 

“L-eħfef għażla għalija kienet id-deċiżjoni popolari li nitilgħu fuq il-bastiment bl-Armata, nieħdu l-kontroll tal-bastiment u s-sitwazzjoni tieqaf hemmhekk però kien hemm sogru ta’ korrimenti, inċidenti u saħansitra mwiet. Sal-bieraħ ma kellna ebda ħsieb li ndaħħlu l-immigranti imma ġejna nfurmati mill-membri tal-ekwipaġġ li l-immigranti daħlu fil-kċina tal-bastiment, ħatfu numru ta’ skieken, bdew jheddu li se jisplodu ċilindru tal-gass u jaħarqu ż-żibel u din is-sitwazzjoni eskalat tant li kien mument li kien hemm bżonn intervent.”

 

Il-Prim Ministru spjega li din id-deċizjoni diffiċli ttieħdet fi ftit minuti hekk kif l-immigranti tawhom nofs siegħa ċans, inkella jaħtfu l-ekwipaġġ f’idejhom.

 

“Il-membri tal-ekwipaġġ bdew jikkomunikaw biex insalvawhom. Ħafna minnhom huma Maltin u ma nista’ qatt nissogra ċirkostanza fejn ikun hemm Malti wieħed, suldat wieħed, li nipperikolawlu ħajtu. Dawn huma kollha persuni li għandhom familja.”

 

Il-Prim Ministru tkellem dwar realtà oħra, dik ta’ sitwazzjoni ta’ persuni li kienu ilhom erbgħin jum fuq il-baħar, f’maltemp, xemx u xita. Qal li l-Unjoni Ewropea kienet konxja ta’ dan kollu imma għażlet li taħsel idejha, minkejja ħidma bla preċedent u diskussjonijiet fi żmien pandemija globali.

 

“Minħabba l-COVID-19, din is-sitwazzjoni eskalat u ħafna pajjiżi ma setgħux jgħinuna. Ir-realtà hi li l-Unjoni Ewropea taf li hemm aktar minn 400 immigrant ’il barra minn xtutna, imma baqgħet ma għamlet xejn. Illum, is-solidarjetà Ewropea fiex issarrfet? F’xejn. Konna aħna li għal darb’oħra erfajna l-obbligi tagħna mhux biss fejn jidħol koordinament ta’ salvataġġ, u pprovdejna l-bżonnijiet bażiċi tal-immigranti, imma kellna nkunu aħna li nerfgħu dan il-piż.”

 

Filwaqt li rrikonoxxa s-sens ta’ rabja tal-poplu, il-Prim Ministru fakkar fiż-żjara tiegħu fil-Libja. Qal li ħadd aktar ma mar fil-periklu tal-Libja, imma l-Gvern Malti ħass li kienet żjara meħtieġa. Spjega li ma setax isib ajruplan li jeħodhom għax ħadd ma ried jagħti l-assigurazzjoni minħabba l-periklu li kien hemm.

 

“Kien hemm żewġ sogri kbar barra li kien hemm total lockdown habba Covid. L-ewwel waħda hija dik li l-ajruplan, hu u tiela jew hu u nieżel, setgħu sparaw fuqu. Aħna ħadna bulletproof vest… Dawn huma deċiżjonijiet li konna qegħdin nieħdu, wahda wara l-oħra, sal-bieraħ stess, fl-istess waqt li ġew iffirmati denunzji li riedu jitfgħuna għomorna l-ħabs.”

 

Il-Prim Ministru spjega li mil-lum, se tintensifika l-ħidma biex l-immigranti li ddaħħlu f’pajjiżna jiġu rilokati.

 

“L-iskuża li kellha l-Kummissjoni u stati membri oħra li ma jgħinuniex jekk ma ndaħħluhomx, issa telqet. Illum l-immigranti ddaħħlu u nippretendi li l-wegħdiet tar-rilokazzjoni jimmaterjalizzaw. L-iskuża tal-COVID-19 ukoll telqet, u nippretendi li l kunċett tar-rilokazzjoni jieħu forma tanġibbli.”

 

Dr Abela fakkar li s-soluzzjoni mhix ir-rilokazzjoni, imma li tiġi indirizzata l-kriżi fix-xtut tal-Libja. Spjega wkoll li frott il-ħidma li saret mal-Gvern Libjan u l-Memorandum of Understanding li ġie ffirmat fl-aħħar jiem, twaqqfu elf u ħames mitt immigrant ieħor milli jersqu lejn xtutna.

 

 

Gvern iffukat b’direzzjoni ta’ fejn irid jasal

 

 

Lejlet jum li se jara t-tnedija ta’ dak deskritt mill-Prim Ministru bħala l-akbar pakkett ta’ stimolu ekonomiku, Robert Abela qal li dan kien possibbli għax ma morniex għal lockdown totali.

 

“Infakkar fl-insulti u l-attakki li kellna għax m’għamilniex lockdown totali. Jien irreżistejt lockdown totali għax dejjem emmint li l-mument ta’ għada se jasal u għada se nagħtu l-istimolu meħtieġ lin-negozji u lin-nies għax nixtieq li n-nies ikomplu jgawdu kif rajna mal-mument li rrilaxxajna l-miżuri.”

 

Appella lin-nies biex jirritornaw lejn in-normalità u jħallu l-problemi għall-Gvern, għaliex dan huwa Gvern iffukat, b’direzzjoni ta’ fejn irid jasal.

 

“Irridu ndaħħlu s-sens ta’ fiduċja, pożittività u ottimiżmu li kulħadd se jirċievi xi ħaġa biex flimkien inqajmu l-ekonomija u terġa’ taħrab tiġri.”

 

Il-Prim Ministru fakkar li mill-aspett mediku konna brillanti bħala pajjiż, u l-istess irid li jiġri fis-settur ekonomiku biex bħalma ġew salvati l-impjiegi, in-negozji jkomplu joperaw u jinvestu bħalma kienu qabel.

 

“Dan se jkun pakkett ta’ miżuri finanzjarji li jagħti. Aħna dejjem konna Gvern li jagħti, jistimola l-konsum, jinċentiva x-xogħol, u hekk se jkun il-pakkett ta’ għada.”

 

Dwar is-sitwazzjoni fl-Air Malta, wara li jumejn ilu ttieħdet id-deċiżjoni li jitkeċċew 69 bdot wara li l-unjin tal-bdoti nsistiet fuq talba mhux raġjonevoli ta’ €73 miljun għall-iskema tal-irtirar – ekwivalenti għal €700,000 għal kull pilota – il-Prim Ministru nnota b’dispjaċir li l-ALPA kienet l-unika unjin tal-Air Malta li ma riditx tadatta għar-realtà li ġabet magħha l-pandemija.

 

“Il-unjins l-oħra kollha kienu responsabbli u għarfu din ir-realtà ġdida li ġabet magħha l-pandemija u adattaw biex jiġi preservat l-għixien tal-kumpanija fit-tul… Ħadd ma jista’ jiċħad li l-episodji ta’ pika industrijali fost l-ALPA ilhom għaddejjin u b’mod konsistenti wasslu għal dewmien fit-titjiriet tan-nies… Jekk wieħed iħares lejn il-ftehim kollettiv tal-bdoti, għandu kundizzjonijiet li jiżbqu dawk tal-aqwa linji tal-ajru.”

 

Il-Prim Ministru spjega li din hija sitwazzjoni rikorrenti, li l-Air Malta għandha l-unjin tal-bdoti li minflok tinċentiva l-operat tajjeb tal-linja tal-ajru, tipprova tagħmel azzjoni industrijali ma’ kull ċans li jiġiha.

 

Spjega li l-pandemija tal-Coronavirus wasslet għal sitwazzjoni fejn id-dħul tal-linja tal-ajru waqaf ħesrem u kulħadd ried jadatta biex jiġu salvagwardjati l-impjiegi fl-istess waqt li tiġi mħarsa s-sostenibbiltà tal-kumpanija.

 

Robert Abela kellu appell ċar.

 

“Għadu mhux tard wisq. Id-deċiżjoni ttieħdet, ir-redundancies saru, imma l-ballun qiegħed f’saqajn l-ALPA. Il-Gvern ħa d-deċiżjoni tiegħu u mhux se jmur lura minnha, u issa wasal iż-żmien li l-ALPA tagħmel iċ-ċaqliqiet tagħha u toħroġ bi proposti li jagħmlu sens, li jimmiraw lejn linja tal-ajru kompetittiva li tissalvagwardja l-futur tal-kumpanija u l-impjiegi tal-ħaddiema kollha.”

 

 

“Xejn m’hu impossibbli jekk taħdem u tkun ambizzjuż” – Il-PM

 

 

Fil-ġimgħa li mmarkat tliet snin mindu Gvern Laburista reġa’ ġie fdat bit-tmexxija tal-pajjiż, il-Mexxej Laburista qal li huwa sodisfatt bil-ħidma li saret, fejn twettqu jew għaddej ix-xogħol biex jitwettqu 76% tal-miżuri fil-manifest elettorali, u tenna l-impenn tiegħu biex jitwettqu l-kumplament tal-24% tal-mizuri l-oħra.

 

“Il-mira tiegħi huwa li l-manifest elettorali jitwettaq kollu qabel immorru għall-elezzjoni ġenerali li jmiss. Aħna dak li nwiegħdu, inwettquh.”

 

Fakkar li s-sitwazzjoni politika ta’ pajjiżna f’Novembru ma ħallietx lill-Gvern jopera kif jixtieq, allura f’Jannar daħal b’impenn li jġib lura n-normalità f’pajjiżna.

 

“In-normalità li dħalt għaliha b’impenn f’Jannar ġibniha fi ftit ġranet. Dik l-istess ambizzjoni li kelli f’Jannar għadha l-istess illum. Xejn m’hu impossibbli, u jekk taħdem u tkun ambizzjuż biżżejjed tilħaq it-targets tiegħek, u tilħaqhom fi żmien qasir. Ejja nħarsu ’l quddiem b’sens ta’ ottimiżmu għaliex dan huwa Gvern iffukat, b’viżjoni u direzzjoni ċara. Dan se nkomplu nuruh fix-xhur li ġejjin, u Gvern Laburista dejjem se jibqa’ Gvern li jisma’ u jkun viċin in-nies, nikkoreġu fejn hemm bżonn, u mmexxu b’responsabilità għax tkun tħobb lil pajjiżek.”

Comments Box SVG iconsUsed for the like, share, comment, and reaction icons
Partit Laburista
2 days ago
Partit Laburista
Fiduċja f’aktar investiment.

Messaġġ ta’ fiduċja lill-investituri li jridu jinvestu f’pajjiżna. ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 70
  • Shares: 41
  • Comments: 7

Comment on Facebook

Proset Priministru w Tim Malta 🇲🇹 ❤️ Ghal dak kollu li qed taghmlu ghal Pajjizna!

Prosit Prim Ministru

Proset

Korrott

View more comments

Partit Laburista
3 days ago
Partit Laburista
Grazzi tal-merbħa sabiħa fĦad-Dingli. 🔴

Grazzi tal-merbħa sabiħa f'Ħad-Dingli. 🔴 ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 94
  • Shares: 6
  • Comments: 5

Comment on Facebook

Organizzazjoni kriminali taghmel gathering 😎

View more comments

Partit Laburista
3 days ago
Partit Laburista
Robert Abela

Robert Abela ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 318
  • Shares: 41
  • Comments: 23

Comment on Facebook

GREAT, GREAT MAN VERY HANDSOME!!!

Keep up the good work!

Nixtieq naf why great man meta qiegħed naraw dan kollu??? Dawn il prezzijiet dawn il bini kollox lanqas tieħu n-nifs....tumur is-sptar ħlief Arab u barranin. Tafu meta titkellmu meta ikollok il mart serju fil familja. Kelli nihu il mara tieghjaj st James al kurra għax ċertu instrumenti għanda ix xur tistena u ghara matibilawx li Services Mater Dei. Hu Tal Malti. Rubbish sur prim ministru.

Have a wonderful day!

The best

Viva Robert

Viva Robert Viva il Labour ♥️

veru li il Ministru tal finanzi qal li ha nigu 800 elf ruh ? Mela vera tridu iddejqu lill Alla li halaqkhom

M andix dubju li se tikseb iktar .... Ghalik u ghal shabek 😁😁😁

Fiducja fpajjizma iva imma fil Bobby le

youtu.be/VFq3Ige0-3A

View more comments

Partit Laburista was live.
3 days ago
Partit Laburista
Diskors tal-Prim Ministru u Mexxej Laburista, Robert Abela f’Ħad-Dingli

Diskors tal-Prim Ministru u Mexxej Laburista, Robert Abela f’Ħad-Dingli ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 63
  • Shares: 87
  • Comments: 11

Comment on Facebook

Kburin Bik 👏❤️

Prosit am proud of you

Watching you good as always

Proset tassew kliem MIRQUM MIT TNEJN LI INTKOM ISAHHA LILKOM U INHARSU IL QUDDIEM ISAHHA ❤❤

Proset Prim dejjem tissoda.

Proset

Prosit lil kulhadd

Prosit Dr Josianne Cutajar

So proud 👍❤️

Proud I support Labour

View more comments

Partit Laburista
4 days ago
Partit Laburista
Prosit lil Team Malta. 🇲🇹

Prosit lil Team Malta. 🇲🇹 ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 544
  • Shares: 42
  • Comments: 115

Comment on Facebook

Great job 👍well done Malta team, you made us proud.

Proset keep up the good work

Viva Malta

Viva Malta

Well done to all you were marvelous.viva Malta Grazzi.

Keep up the good work!

Keep up the good work!

Well done to all involed. Thank you so much.

Great job 👍

Great job 👍

Great job 👍

Great job 👍

Great job 👍

Proset lil Kullhadd Viva Malta 🌹🌹🌹

Well done!! MALTA

Well done!!

Well done, tks il kullhadd bravi, well organised,

Well done

Well done!!

Well done!!Malta🇲🇹🇲🇹🇲🇹

Well done!! Malta 🇲🇹🇲🇹

Well done!!

Well done

Well done!! Malta

Well done!!

View more comments

Load more

PQs

Ibgħat id-domanda parlamentari li tixtieq titressaq minn deputat tal-Partit Laburista.

Reġistru Elettorali

Biex tivvota trid tkun fir-reġistru elettorali. Iċċekja hawn jekk tinsabx fir-reġistru elettorali.

Media

Agħmel kuntatt mal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista billi tgħafas hawn.

Statut

Il-Partit Laburista huwa regolat minn statut. Ara kopja tal-istatut billi tgħafas fuq il-link hawn taħt.

Għin

lill-Partit Laburista

Sħubija

Donazzjoni

Merchandise

PQs

Ibgħat id-domanda parlamentari li tixtieq titressaq minn deputat tal-Partit Laburista.

Reġistru Elettorali

Biex tivvota trid tkun fir-reġistru elettorali. Iċċekja hawn jekk tinsabx fir-reġistru elettorali.

Media

Agħmel kuntatt mal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista billi tgħafas hawn.

Statut

Il-Partit Laburista huwa regolat minn statut. Ara kopja tal-istatut billi tgħafas fuq il-link hawn taħt.

Għin

lill-Partit Laburista

Sħubija

Donazzjoni

Merchandise

għin lill-Partit Laburista

Sħubija

Donazzjoni

Merchandise

  • Uffiċċju Elettorali
  • Manifest
  • Uffiċċju Elettorali
  • Manifest
logo

© Partit Laburista 2022

Agħti s-Suġġeriment Tiegħek

logo

© Partit Laburista 2022

Agħti s-Suġġeriment Tiegħek