• Aħbarijiet
  • Min Aħna
    • L-Istorja Tal-Partit Laburista
    • Mexxej
    • Amministrazzjoni​
    • Grupp Parlamentari
    • MEPs
  • Malta Flimkien
  • Sħubija
  • Donazzjoni
  • KGA 2022
  • Lead
Partit Laburista
  • Aħbarijiet
  • Min Aħna
    • L-Istorja Tal-Partit Laburista
    • Mexxej
    • Amministrazzjoni​
    • Grupp Parlamentari
    • MEPs
  • Malta Flimkien
  • Sħubija
  • Donazzjoni
  • KGA 2022
  • Lead

aħbarijiet

January 31, 2021

“Nimxu ’l quddiem biss jekk inżommu spirtu ta’ tim – Tim Malta” – il-PM Robert Abela

“Il-pandemija kienet l-aqwa eżempju ta’ kif l-ostakli negħlbuhom jekk naħdmu flimkien, u jekk irridu nimxu ’l quddiem, irridu nżommu spirtu ta’ tim… Tim Malta.”

 

Dan kien il-messaġġ ewlieni ta’ għaqda nazzjonali li spikka fid-diskors tal-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista, Robert Abela meta l-Ħadd filgħodu tkellem f’Tas-Sliema.

 

Hekk kif għaddiet ġimgħa oħra mill-kampanja “Gvern għan-Nies”, il-Prim Ministru qal li dan il-Gvern jaħdem għan-nies u l-enerġija tiegħu jeħodha mill-aspirazzjonijiet taċ-ċittadini.

 

“Qegħdin hawnhekk biex inwettqu. Qegħdin hawnhekk biex intejbu lil dan il-pajjiż. Qegħdin hawnhekk biex flimkien naħdmu għal Malta tagħna li qed tħares ’il quddiem b’ottimiżmu. Din hija sena li fiha jrid jispikka l-ispirtu ta’ nazzjon wieħed magħqud u l-ispirtu ta’ tim… Tim Malta huwa miftuħ għal dawk kollha li għandhom għal qalbhom l-interessi ta’ din il-pajjiż. Il-kulur ma jagħmilx differenza. Aħna Gvern konvint mill-importanza li nkunu Gvern tal-Għawdxin u tal-Maltin kollha u Gvern li qiegħed hemmhekk biex iservi lin-nies.”

 

Robert Abela tenna l-impenn tiegħu li jibqa’ jieħu d-deċiżjonijiet u appella għas-sehem ta’ kull wieħed u waħda minna, b’mod partikolari fejn tidħol id-dixxiplina mill-aspett tal-imxija imma mhux biss.

 

“Il-familji huma l-qalb ta’ Tim Malta u rridu nieħdu ħsieb saħħithom biex il-qalb tibqa’ tħabbat, iżda n-negozji huma l-mutur u rridu nibqgħu nsostnuhom biex jibqgħu joħolqu x-xogħol ħalli nħarsu wkoll il-livell tal-għajxien tal-familji. Nimxu ’l quddiem biss jekk inżommu spirtu ta’ tim. Ħa nkun ċar, dan ma jgħoddx biss għall-pandemija imma jgħodd ukoll għall-aspetti l-oħra kollha tal-ħajja anki l-ekonomija.”

 

Il-Prim Ministru qal li wasal il-mument li ningħaqdu iktar ukoll fuq temi ta’ ġid għall-pajjiż. Hawnhekk irrefera għall-programm ta’ ċittadinanza b’investiment, meta anki f’nofs pandemija, saru bidliet biex sar aħjar.

 

“Is-sistemi tajbin ta’ due dilligence li diġà kellna, saħħaħnihom, u ħarisna lejn miżuri li jżidu t-trasparenza għax dan huwa Gvern li ma jibżax mir-riforma u mill-iskrutinju. Il-fondi li daħlu minn dan il-programm kienu u se jibqgħu essenzjali biex nibqgħu nagħtu s-sapport meħtieġ, imma biex tqassam irid ikollok minn fejn, u konna bilgħaqal li f’dawn l-aħħar snin ġemmajna għall-ġurnata meta seta jkollna l-maltemp. Ħadd ma ħaseb li dak il-maltemp kellu jiġi daqshekk malajr imma dan ġie fl-2020 u meta ġie sabna lesti biex nipproteġu lin-negozji u lill-familji.”

 

Robert Abela appella li fejn jidħol l-għajxien tal-familji Maltin u Għawdxin, m’għandux ikun hemm partiġġjaniżmu, u tenna l-bżonn ta’ vuċi waħda fuq kwistjonijiet bħall-immigrazzjoni.

 

“Bħala Prim Ministru naf li meta niġbdu ħabel wieħed nistgħu naslu saħansitra aktar. L-immigrazzjoni hija sfida enormi li pajjiżna ilu jaffaċċja għal diversi snin u li mhi se titilqu qatt. Sodisfatt ħafna b’dak li dan il-Gvern għamel fl-aħħar xhur. Naqqasna l-wasliet u żidna n-numri ta’ rilokazzjoni fejn sa din il-ġimgħa stess marru lejn pajjiżi Ewropej oħra 120 persuna. Fl-istess waqt, qed nieħu wkoll miżuri biex nipprovaw negħlbu l-isfida kbira tar-ritorn għal min m’għandux dritt protezzjoni.”

 

Ftit iktar minn sena wara li ħa t-tmun tal-pajjiż u tal-Partit Laburista, Robert Abela qal li meta jħares lura lejn l-aħħar tnax-il xahar, l-akbar sodisfazzjon għalih huma r-riformi li twettqu, li saħansitra ġew imfaħħra minn istituzzjonijiet internazzjonali.

 

“Qed nistennew l-ewwel deċiżjonijiet min-naħa tal-Moneyval biex fil-ġimgħat u x-xhur li ġejjin ikollna d-deċiżjonijiet finali dwar dan is-suġġett fejn hemm ukoll importanza li naffrontawh flimkien bħala pajjiż wieħed. Dan hu eżami li għal pajjiżna kruċjali li ngħadduh u ninsab kunfidenti li nistgħu ngħadduh għax ħdimna, mhux biss b’mod kożmetiku, imma għax verament urejna li dan il-pajjiż irid itella’ l-istandards tiegħu.”

 

Il-Prim Ministru appella biex nogħlew ’il fuq mill-partiġġjaniżmu u nwettqu dak li verament jagħmel differenza għan-nies.

 

“Hemm ir-rieda li ntejbu l-livelli u dik ir-rieda għandu jħossha kulħadd u jkun kburi biha kulħadd għax Tim Malta jrid jibqa’ jilgħab fl-aqwa livelli…Ejja nistaqsu fejn irridu mmorru iżda fuq kollox nagħtu t-tweġibiet. L-istess kif komplejna nuru li għandna t-tweġibiet fuq l-industrija tal-bini u l-kostruzzjoni, fil-kuntest ta’ pajjiż wieħed magħqud li jrid ambjent aħjar għall-ġenerazzjonijiet li ġejjin. Li flimkien naslu għal Malta ħielsa mill-karbonju sal-2050. Li nagħtu serħan il-moħħ u kwalità ta’ ħajja aħjar. Dan hu Gvern li jaf fejn irid jasal, iżda rridu wkoll lil kull min hu nvolut biex jieħu sehem u jagħti s-suġġerimenti tiegħu. Meta ngħid kull min hu involut, infisser kulħadd.”

 

Robert Abela qal li dan se jibqa’ Gvern miftuħ għad-diskussjoni biex jittieħdu deċiżjonijiet politiċi xprunati mill-opinjonijiet tan-nies.

 

“Aħna ma mmorrux għand in-nies u nidħku bihom. Kelma hija kelma. Jekk għidna lin-nies li se noħorġu l-vouchers, il-vouchers se joħorġu. Inutli li jkollok Deputat tal-Oppożizzjoni li jgħid li l-vouchers gimmick, u issa jgħidilna biex noħorġuhom. Il-vouchers se joħorġu, dik hija l-kelma li tajna lin-nies u se nżommuha ma’ timeline li jkun jagħmel sens mal-pandemija mill-aspett mediku għax irridu li meta nqassmu l-vouchers ikun fil-mument indikat biex ikunu jistgħu jiggwadanjaw minnhom is-setturi kollha li skont l-iskema jikkwalifikaw. Ma rridux inkunu aħna bħala Gvern li nagħmlu deċiżjoni kontro-sens li filwaqt li nappellaw għal attitudni kawta, fl-istess waqt nieħdu deċiżjonijiet f’direzzjoni oħra. Inserraħ ras kulħadd li ġaladarba aħna nagħtu kelma, aħna nimxu magħha, fuq kull kwistjoni. Il-kelma għal dan il-Gvern hija kelma, magħna taf fejn qiegħed. ”

 

Comments Box SVG iconsUsed for the like, share, comment, and reaction icons
Partit Laburista
7 hours ago
Partit Laburista
1️⃣,2️⃣3️⃣6️⃣ membru ġdid jew li ġedded is-sħubija tiegħu mal-Partit Laburista f’jumejn. 

Issieħeb magħna billi ċċempel fuq 51602034 jew ibgħat SMS fuq 50619275 jew inkella ssieħeb onlajn fuq www.partitlaburista.org

1️⃣,2️⃣3️⃣6️⃣ membru ġdid jew li ġedded is-sħubija tiegħu mal-Partit Laburista f’jumejn.

Issieħeb magħna billi ċċempel fuq 51602034 jew ibgħat SMS fuq 50619275 jew inkella ssieħeb onlajn fuq www.partitlaburista.org
... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 57
  • Shares: 61
  • Comments: 1

Comment on Facebook

Partit Laburista
14 hours ago
Partit Laburista
RENEW

Ingħaqad magħna! ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 51
  • Shares: 62
  • Comments: 0

Comment on Facebook

Partit Laburista
1 day ago
Partit Laburista
Ir-ruħ soċjali tal-Partit Laburista

It-twemmin soċjalista tagħna qatt mhu se jħallina nkunu indifferenti. Għalhekk għandek tingħqad magħna s-Sibt li ġej fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista. ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 58
  • Shares: 46
  • Comments: 7

Comment on Facebook

Proset Priministru w Tim Malta 🇲🇹 GHAL DAK KOLLU LI QED TAGHMLU GHAL Malta 🇲🇹 👌 GVERN Tar- RIFORMI, TA' VERU GHAX MA JIBZAX JEHODHOM.

Tajjeb

socjalista ??? din xi tkun dil kelma ?? grazzi rajtha qalbek

PAROLI FIL VOJT U FEJN THARES TARA L HBIP TAL HBIP.

Hadd ma jaqa lura imma malta waqet lura ghax mill hazin ghall ghar

Ghadu Partit Socjalista,fil Verita m ghadux..

Dr Abela il bank ghandu il policies tieghu jigiefiri u mhux ha jiehu riskju kbir biex issellef flus lil nies mhux daqsek stabli.

View more comments

Partit Laburista
2 days ago
Partit Laburista
Robert Abela

Robert Abela ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 119
  • Shares: 93
  • Comments: 3

Comment on Facebook

Great picture Alfred Sant

Partit Laburista
2 days ago
Partit Laburista
Robert Abela

Robert Abela ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 639
  • Shares: 144
  • Comments: 50

Comment on Facebook

Prosit lil prim ministru, li qed jaghmel xoghol tajjeb hafna, imma nahseb minnu l isfel, hemm bzonn li jistmaw iktar lil min dejjem kien wara l partit biex illum jinsabu fejn qedin, ghax mid dehera, qed jonqsu l membri. U din se tirrifletti l quddiem.

Tinsewx toruhom ir raba sular

Well done to our Prime minister Robert Abela 👏👏❤️❤️

Kif tiskadili t tessera ma nergax ingeddida zgur li le ! Morru aqdu lin Nazzjonalisti kif ghamiltu qabel lelezzjoni ha tigbru l voti min hemm.

Luana Borg nies jihdu flats ,min partit ihor juru ic cwivet

Ajma hej. Kic gidep bhas soltu. Gidep. Anke l ihor Bendu ta. Gidep bis min Boby u Bendu. Hxejtuwh pajis. Zewg partijti tahxu lil Malta u lin nis.

Prosit lil mexxej Dr Robert Abela, lill-Amministrazzjoni tal-Partit u lil volontiera kollha.

Well done 👍

Issa jhallass lil min qdejtu mil koxxa. Hadd wara hadd tasal ta kullhadd. Jien meta fittixt lajnuna ma sibt lil hadd. Titnejku bin nies min ghalikom tridu.iggifuli lemm

done

Dak li gralkom hallejtu lil l-isviluppaturi jaghlu li ir-riedu mintoff biss hu hatt ghall haddiem

Prosit

Iridu jkeċċu nies mi djar, u jriduna nhallsu tessera. No

Prosit

Ghal hbieb tal hbieb biss!!!

Re New = Abort

Ara jistghux flok flus jghatu bottijiet u fliexken tal-plastik. Mhux fil-magni imma... Minn hemm. Kulhadd jiġi bil-boroz tal-fliexken u bottijiet...

Prosit dr abela u team tieghu

Prosit

ghandhom bzonn il flus ghax naqsulhom il bhahen

Proset Priministru w Tim Malta 🇲🇹 GHAL BIDLA TA' RIFORMI KBAR LI WETTAQTU.

Proset

Arani fuq quddim se nkun

Erfawli post quddiem.

Proset

View more comments

Load more

PQs

Ibgħat id-domanda parlamentari li tixtieq titressaq minn deputat tal-Partit Laburista.

Reġistru Elettorali

Biex tivvota trid tkun fir-reġistru elettorali. Iċċekja hawn jekk tinsabx fir-reġistru elettorali.

Media

Agħmel kuntatt mal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista billi tgħafas hawn.

Statut

Il-Partit Laburista huwa regolat minn statut. Ara kopja tal-istatut billi tgħafas fuq il-link hawn taħt.

Għin

lill-Partit Laburista

Sħubija

Donazzjoni

Merchandise

PQs

Ibgħat id-domanda parlamentari li tixtieq titressaq minn deputat tal-Partit Laburista.

Reġistru Elettorali

Biex tivvota trid tkun fir-reġistru elettorali. Iċċekja hawn jekk tinsabx fir-reġistru elettorali.

Media

Agħmel kuntatt mal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista billi tgħafas hawn.

Statut

Il-Partit Laburista huwa regolat minn statut. Ara kopja tal-istatut billi tgħafas fuq il-link hawn taħt.

Għin

lill-Partit Laburista

Sħubija

Donazzjoni

Merchandise

għin lill-Partit Laburista

Sħubija

Donazzjoni

Merchandise

  • Uffiċċju Elettorali
  • Manifest
  • Uffiċċju Elettorali
  • Manifest
logo

© Partit Laburista 2022

Agħti s-Suġġeriment Tiegħek

logo

© Partit Laburista 2022

Agħti s-Suġġeriment Tiegħek