Għin
lill-Partit Laburista
November 19, 2023
Nippjanaw, inħabbru iżda fuq kollox inwettqu
“Biex tippjana, tħabbar u twettaq, trid bażi soda. U l-bażi soda hija l-ekonomija għax fuq hekk bnejna l-aktar miżuri b’saħħithom tal-budget għas-sena d-dieħla.”
Il-Prim Ministru emfasizza fin-Naxxar kif ir-realta’ bħalissa tixhed kemm huwa mument importanti li nibqgħu niffukaw fuq it-tmexxija ekonomika tal-pajjiż. Hawnhekk, Robert Abela semma kif fl-aħħar jiem, Moody’s bidlet l-outlook tal-Istati Uniti għal wieħed negattiv filwaqt li l-Kummissjoni Ewropea rrevediet ’l isfel it-tkabbir ekonomiku li mistennija jkollha l-Unjoni Ewropea. Irrevediet bin-nofs.
“U filwaqt li għaddej dan kollu, hawn f’Malta x’inhu jiġri.Il-Kummissjoni Ewropea irrevediet ukoll it-tbassir ekonomiku għal Malta. Diġà kellna l-ogħla tkabbir, imma xorta l-esperti Ewropej ddeċidew li jirreveduh ‘il fuq aktar.Għax dak ifisser l-għaqal fit-tmexxija tal-pajjiż. Il-Kummissjoni Ewropea tbassar li Malta se jkollha l-ikbar tkabbir ekonomiku fl-Unjoni Ewropea s-sena d-dieħla. Erba’ fil-mija tkabbir ekonomiku. Se nikbru erba’ darbiet il-medja Ewropea b’mod konsistenti,” qal il-Prim Ministru.
Aċċena wkoll għall-importanza tal-politika ta’ stabbiltà fil-prezzijiet tal-enerġija. “Meta jkollna nies jilagħbuha li jifhmu fil-Partit Nazzjonalista jgħidulna mhux sostenibbli, risposta waħda għandna x’nagħtuhom. Ħarsu lejn kif qed nitqabblu ma’ pajjiżi oħra fl-Unjoni Ewropea u taraw li Malta l-aqwa.”
Il-Kummissjoni Ewropea bassret ukoll li pajjiżna se jkollu l-inqas rata ta’ qgħad. Bassret ukoll li Malta se tkun fost dawk bl-aqwa żieda fil-produttività.
“Dik hi l-kompetenza li nitkellmu fuqha. Kompetenza għax għandna Grupp Parlamentari b’saħħtu. Imma kompetenza wkoll li ġejja mill-pjan Malta Flimkien.”
Il-Prim Ministru sostna wkoll kif dan il-Gvern se jibqa’ jsaħħaħ il-kundizzjonijiet tal-ħaddiema. Inkluż tal-għalliema. Saħaq li t-triq responsabbli tibqa’ mal-mejda tad-diskuszjonijiet u fuq kif m’għandhomx ibatu t-tfal mingħajr ebda ħtija meta fil-verita’ hemm diġa’ proposta b’saħħitha bit-titjib sostanzjali mwiegħed mill-Gvern. “Nerġa’ nirrepeti, jekk verament l-għan hu l-edukaturi, mela konvint li nistgħu naslu.
“M’hemm ebda raġuni li tista’ tagħti x’jifhem lil xi ħadd li dan il-Gvern li żied il-pagi ta’ tant ħaddiema ma jridx jagħmel l-istess mal-għalliema. Staqsu intom li qed isegwu; x’sens kien jagħmel li naslu mal-pulizija u l-infermiera, fost oħrajn, iżda mhux mal-għalliema? It-tweġiba ta’ din id-domanda hija r-risposta ta’ kemm irridu nżommu kelmtna hawn ukoll. Ma konniex xħaħ ma sezzjonijiet oħra ta’ ħaddiema u bl-istess mod m’aħniex xħaħ mal-għalliema. Iva, irridu ntejbu l-kundizzjonijiet tal-għalliema u hemm għandna naslu.”
Dawn il-prinċipji huma l-istess prinċipji li f’kull deċiżjoni li tittieħed, jispirawk biex ittejjeb il-qagħda tal-familji Għawdxin u Maltin kollha.
Il-Prim Ministru semma l-inkompetenza tal-Oppożizzjoni li tipprova tnaqqas l-importanza tal-kisbiet li jkunu saru. “Jgħidu li dan budget more of the same. “Xi ħaġa konsistenti vera hemm.Ilna nagħtu l-ġid lill-familji u negozji għaxar snin. U hekk se nkomplu nagħmlu.”
Il-Prim Ministru temm b’messaġġ ċar ta’ Gvern iffukat u li se jibqa’ miexi ’l quddiem.
“Irridu nibqqħu konvinti. Fi żmien bħal dan pajjiżna għandu bżonn tim kompetenti. Għalhekk hu biss il-Partit Laburista li jista jagħti s-soluzzjonijiet. Huwa biss dan il-Gvern li jista jieħu d-deċiżjonijiet. Biex insaħħu lil pajjiżna. Biex niksbu prosperita’ ġdida. Biex ikollna Malta Ġusta.”
Ibgħat id-domanda parlamentari li tixtieq titressaq minn deputat tal-Partit Laburista.
Biex tivvota trid tkun fir-reġistru elettorali. Iċċekja hawn jekk tinsabx fir-reġistru elettorali.
Agħmel kuntatt mal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista billi tgħafas hawn.
Il-Partit Laburista huwa regolat minn statut. Ara kopja tal-istatut billi tgħafas fuq il-link hawn taħt.