Għin
lill-Partit Laburista
March 26, 2020
Oppożizzjoni bla direzzjoni
Wara li fl-aħħar ġimgħat, l-għajta tal-Partit Nazzjonalista kienet li f’dan iż-żmien delikat isir lockdown mingħajr ma kien konxju tar-riperkussjonijiet li dan jista’ jġib miegħu, issa l-istess Oppożizzjoni ddeskriviet il-pakkett ta’ 1.8 biljun ewro f’miżuri għan-negozji u l-familji mħabbra mill-Prim Ministru bħala daħka fil-wiċċ.
Filwaqt li l-Partit Nazzjonalista jinġarr mal-kurrent u jfajjar miżuri mingħajr lanqas biss jikkalkula ċ-ċifri tagħhom, il-Gvern kommess li dan il-pakkett ambizzjuż u b’saħħtu mhux biss ikun ta’ għajnuna għan-negozji u l-familji iżda wkoll jiggarantixxi serħan il-moħħ u jipproteġi l-likwidita’ tan-negozji Maltin u Għawdxin u l-ħaddiema kollha li jaħdmu f’pajjiżna.
Ibgħat id-domanda parlamentari li tixtieq titressaq minn deputat tal-Partit Laburista.
Biex tivvota trid tkun fir-reġistru elettorali. Iċċekja hawn jekk tinsabx fir-reġistru elettorali.
Agħmel kuntatt mal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista billi tgħafas hawn.
Il-Partit Laburista huwa regolat minn statut. Ara kopja tal-istatut billi tgħafas fuq il-link hawn taħt.