• Aħbarijiet
  • Min Aħna
    • L-Istorja Tal-Partit Laburista
    • Mexxej
    • Amministrazzjoni​
    • Grupp Parlamentari
    • MEPs
  • Malta Flimkien
  • Sħubija
  • Donazzjoni
  • KGA 2022
  • Lead
Partit Laburista
  • Aħbarijiet
  • Min Aħna
    • L-Istorja Tal-Partit Laburista
    • Mexxej
    • Amministrazzjoni​
    • Grupp Parlamentari
    • MEPs
  • Malta Flimkien
  • Sħubija
  • Donazzjoni
  • KGA 2022
  • Lead

aħbarijiet

November 11, 2019

Il-PN inkonsistenti dwar l-istituzzjonijiet

L-Oppożizzjoni m’għandhiex idea ta’ xi tfisser konsistenza anke meta tiġi biex titkellem dwar l-istituzzjonijiet. Iddikjara dan il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista, Joseph Muscat, f’kollegament telefoniku fuq ONE Radio.

“Tbiddel il-pożizzjoni tagħha kull ġimgħa jew kull tliet ijiem. Għandna oppożizzjoni li l-ewwel tgħid li l-istituzzjonijiet huma hijacked mill-gvern imbagħad tirrinunzja r-rappreżentanza tagħha mill-istess istituzzjonijiet biex iżżomm il-gvern responsabbli u bi trasparenza,” qal il-Prim Ministru li rrefera kif rappreżentata tal-Oppożizzjoni qalet li se tirriżenja mill-Awtorità tal-Ippjanar u r-rappreżentant fl-Awtorità tal-Artijiet kien qal li jrid jibqa’.

“Ġimagħtejn wara jibdlu l-pożizzjoni,” qal Joseph Muscat li nnota kif il-ġustifikazzjoni għal dan tkun deċiżjoni li issa ilha li ttieħdet xhur. “Jidher ċar li hemm kontradizzjonijiet,” qal il-Prim Ministru.

Anke dwar il-Qrati l-Oppożizzjoni hi inkonsistenti. “L-ewwel tikkritika l-qrati meta ma tiddeċidiex favurihom u tfaħħarhom meta tiddeċiedi favuriha. Għandna oppożizzjoni li l-ewwel tgħid li l-qrati huma hijacked imbagħad toħroġ tieħu pjaċir b’deċiżjoni tal-istess qrati li skont hi tiġġustifika l-kritika tagħha. Din hi n-nuqqas ta’ konsistenza li jekk xejn mhux toħloq problema lill-istituzzjonijiet, iżda toħloq problema għall-Oppożizzjoni,” żied il-Prim Ministru li tenna kif il-gvern se jibqa’ għaddej bir-riformi.

“Dan hu l-inqas gvern li għandu setgħa fuq l-istituzzjonijiet. Prim Ministri ta’ qabel setgħu jaħtru Imħallfin li riedu huma. Jien bħala Prim Ministru rrid noqgħod fuq parir li jiġi mgħoddi lili,” qal il-Prim Ministru li fakkar kif din hi Kummissjoni magħmula minn nies indipendenti mill-gvern.

Il-Prim Ministru qal li dan hu gvern li mhux se jissupervja u se jkompli jaħdem biex ikun hemm iktar riformi. “Illum indunajna li jekk ma jagħmilhomx dan il-gvern il-bidliet ma jagħmilhom ħadd,” kompla Joseph Muscat li fakkar kif il-kritika hi dwar liġijiet li ilhom fis-seħħ minn żmien l-Indipendenza.

Il-K.E. tapprova l-pjan tal-gvern Malti

Mistoqsi dwar it-tbassir tal-Ħarifa tal-Kummissjoni Ewropea, Joseph Muscat innota kif dan qed jgħid li għas-sentejn li ġejjin, Malta se jkollha t-tieni l-ikbar tkabbir fl-Unjoni Ewropea.

“Hija l-Kummissjoni Ewropea li qed tgħid li l-pjan ekonomiku ta’ dan il-gvern qiegħed jirnexxi u se nkomplu mexjin biex dan ikompli jirnexxi. Ikompli jirnexxi billi noħolqu iktar xogħol, li x-xogħol ikun jista’ jħallas iktar, li n-nies ikun jista’ jkollhom kwalità ta’ ħajja aħjar, li neqirdu għal kollox il-faqar, li nżidu l-pensjonijiet u nżidu s-servizzi soċjali. Dawn huma għanijiet li nistgħu nilħquhom jekk l-ekonomija tibqa’ mixja ‘l quddiem,” spjega l-Prim Ministru li żied li dan fl-istess ħin li rridu nifhmu l-isfidi l-ġodda.

Fost oħrajn tkellem dwar il-bżonn li tkun indirizzata l-isfida bejn il-pagi tan-nisa u tal-irġiel. “Fis-servizz pubbliku għandna sitwazzjoni prattikament ta’ ugwaljanza, irridu naraw x’inhuma s-sitwazzjonijiet f’setturi oħra li mhux iwasslu għall-ugwaljanza,” qal il-Prim Ministru li rrefera għad-diskussjoni fil-parlament dwar il-liġi tal-ugwaljanza.

Il-Prim Ministru irrefera għal ftehimiet ma’ pajjiżi oħra tal-Unjoni Ewropea f’każi ta’ immigrazzjoni u żied li l-gvern Malti dejjem josserva l-obbligi internazzjonali tiegħu. “Din il-ġimgħa stess kellna t-tluq ta’ tliet gruppi ta’ immigranti li telqu lejn tliet pajjiżi differenti… irrid infakkar li prattikament aħna l-uniku gvern fl-Unjoni Ewropea li rnexxielna nagħmlu ftehimiet bħal dawn,” qal Joseph Muscat.

Tkellem ukoll dwar kif f’Għawdex u l-Kottonera l-gvern wera kif l-investiment mhux biss għal naħa waħda tal-pajjiż. “F’Għawdex hemm lok ta’ investiment teknoloġiku,” qal Joseph Muscat li nnota kif il-fabbrika tal-ħalib inbidlet f’lok li qed jiġbed l-aqwa kumpaniji fis-settur. “Fil-Kottonera urejna kif irridu kif l-iżvikupp ekonomiku u l-iżvilupp soċjali jkunu kumplimentari għal xulxin,” qal il-Prim Ministru li rrefera għal ċerti problemi ambjentali fil-Kottonera li l-gvern irid jindirizza fosthom it-tankijiet ta’ Rikażli.

Comments Box SVG iconsUsed for the like, share, comment, and reaction icons
Partit Laburista
4 hours ago
Partit Laburista
1️⃣,2️⃣3️⃣6️⃣ membru ġdid jew li ġedded is-sħubija tiegħu mal-Partit Laburista f’jumejn. 

Issieħeb magħna billi ċċempel fuq 51602034 jew ibgħat SMS fuq 50619275 jew inkella ssieħeb onlajn fuq www.partitlaburista.org

1️⃣,2️⃣3️⃣6️⃣ membru ġdid jew li ġedded is-sħubija tiegħu mal-Partit Laburista f’jumejn.

Issieħeb magħna billi ċċempel fuq 51602034 jew ibgħat SMS fuq 50619275 jew inkella ssieħeb onlajn fuq www.partitlaburista.org
... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 57
  • Shares: 61
  • Comments: 1

Comment on Facebook

Partit Laburista
11 hours ago
Partit Laburista
RENEW

Ingħaqad magħna! ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 51
  • Shares: 62
  • Comments: 0

Comment on Facebook

Partit Laburista
1 day ago
Partit Laburista
Ir-ruħ soċjali tal-Partit Laburista

It-twemmin soċjalista tagħna qatt mhu se jħallina nkunu indifferenti. Għalhekk għandek tingħqad magħna s-Sibt li ġej fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista. ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 58
  • Shares: 46
  • Comments: 7

Comment on Facebook

Proset Priministru w Tim Malta 🇲🇹 GHAL DAK KOLLU LI QED TAGHMLU GHAL Malta 🇲🇹 👌 GVERN Tar- RIFORMI, TA' VERU GHAX MA JIBZAX JEHODHOM.

Tajjeb

socjalista ??? din xi tkun dil kelma ?? grazzi rajtha qalbek

PAROLI FIL VOJT U FEJN THARES TARA L HBIP TAL HBIP.

Hadd ma jaqa lura imma malta waqet lura ghax mill hazin ghall ghar

Ghadu Partit Socjalista,fil Verita m ghadux..

Dr Abela il bank ghandu il policies tieghu jigiefiri u mhux ha jiehu riskju kbir biex issellef flus lil nies mhux daqsek stabli.

View more comments

Partit Laburista
1 day ago
Partit Laburista
Robert Abela

Robert Abela ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 119
  • Shares: 93
  • Comments: 3

Comment on Facebook

Great picture Alfred Sant

Partit Laburista
2 days ago
Partit Laburista
Robert Abela

Robert Abela ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 639
  • Shares: 144
  • Comments: 50

Comment on Facebook

Prosit lil prim ministru, li qed jaghmel xoghol tajjeb hafna, imma nahseb minnu l isfel, hemm bzonn li jistmaw iktar lil min dejjem kien wara l partit biex illum jinsabu fejn qedin, ghax mid dehera, qed jonqsu l membri. U din se tirrifletti l quddiem.

Tinsewx toruhom ir raba sular

Well done to our Prime minister Robert Abela 👏👏❤️❤️

Kif tiskadili t tessera ma nergax ingeddida zgur li le ! Morru aqdu lin Nazzjonalisti kif ghamiltu qabel lelezzjoni ha tigbru l voti min hemm.

Luana Borg nies jihdu flats ,min partit ihor juru ic cwivet

Ajma hej. Kic gidep bhas soltu. Gidep. Anke l ihor Bendu ta. Gidep bis min Boby u Bendu. Hxejtuwh pajis. Zewg partijti tahxu lil Malta u lin nis.

Prosit lil mexxej Dr Robert Abela, lill-Amministrazzjoni tal-Partit u lil volontiera kollha.

Well done 👍

Issa jhallass lil min qdejtu mil koxxa. Hadd wara hadd tasal ta kullhadd. Jien meta fittixt lajnuna ma sibt lil hadd. Titnejku bin nies min ghalikom tridu.iggifuli lemm

done

Dak li gralkom hallejtu lil l-isviluppaturi jaghlu li ir-riedu mintoff biss hu hatt ghall haddiem

Prosit

Iridu jkeċċu nies mi djar, u jriduna nhallsu tessera. No

Prosit

Ghal hbieb tal hbieb biss!!!

Re New = Abort

Ara jistghux flok flus jghatu bottijiet u fliexken tal-plastik. Mhux fil-magni imma... Minn hemm. Kulhadd jiġi bil-boroz tal-fliexken u bottijiet...

Prosit dr abela u team tieghu

Prosit

ghandhom bzonn il flus ghax naqsulhom il bhahen

Proset Priministru w Tim Malta 🇲🇹 GHAL BIDLA TA' RIFORMI KBAR LI WETTAQTU.

Proset

Arani fuq quddim se nkun

Erfawli post quddiem.

Proset

View more comments

Load more

PQs

Ibgħat id-domanda parlamentari li tixtieq titressaq minn deputat tal-Partit Laburista.

Reġistru Elettorali

Biex tivvota trid tkun fir-reġistru elettorali. Iċċekja hawn jekk tinsabx fir-reġistru elettorali.

Media

Agħmel kuntatt mal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista billi tgħafas hawn.

Statut

Il-Partit Laburista huwa regolat minn statut. Ara kopja tal-istatut billi tgħafas fuq il-link hawn taħt.

Għin

lill-Partit Laburista

Sħubija

Donazzjoni

Merchandise

PQs

Ibgħat id-domanda parlamentari li tixtieq titressaq minn deputat tal-Partit Laburista.

Reġistru Elettorali

Biex tivvota trid tkun fir-reġistru elettorali. Iċċekja hawn jekk tinsabx fir-reġistru elettorali.

Media

Agħmel kuntatt mal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista billi tgħafas hawn.

Statut

Il-Partit Laburista huwa regolat minn statut. Ara kopja tal-istatut billi tgħafas fuq il-link hawn taħt.

Għin

lill-Partit Laburista

Sħubija

Donazzjoni

Merchandise

għin lill-Partit Laburista

Sħubija

Donazzjoni

Merchandise

  • Uffiċċju Elettorali
  • Manifest
  • Uffiċċju Elettorali
  • Manifest
logo

© Partit Laburista 2022

Agħti s-Suġġeriment Tiegħek

logo

© Partit Laburista 2022

Agħti s-Suġġeriment Tiegħek