Għin
lill-Partit Laburista
April 12, 2020
Oppożizzjoni li ħadd m’għadu jieħu bis-serjeta’
Anke fuq temi sensittivi u f’mumenti straordinarji għad-dinja kollha, l-Oppożizzjoni Nazzjonalista jirnexxilha tkun partiġjana u distruttiva. Sal-punt li lanqas tinduna kemm qed iddur bħal pinnur fuq il-policies kollha li minn żmien għal żmien tiddeċiedi li titkellem fuqhom, inkluż l-immigrazzjoni, l-aqwa li tattakka lill-Gvern akkost ta’ kollox.
Filli riedet li Malta tkun ċentru ta’ salvataġġ għall-immigranti u filli kienet populista billi tbeżża’ n-nies b’kull barrani li jidħol, jgħix jew jaħdem f’Malta. Issa għax il-Gvern ħa pożizzjoni b’saħħitha dwar l-immigrazzjoni fi żmien bla preċedent fejn ir-riżorsi kollha ta’ pajjiżna qed jaħdmu lejl u nhar biex tingħeleb il-firxa tal-Covid-19, l-Oppożizzjoni reġgħet dawwret id-diska.
Mhux ta’ b’xejn li ħadd m’għadu jieħu din l-Oppożizzjoni bis-serjetà.
Filwaqt li l-Oppożizzjoni moħħha biss f’attakki partiġjani, fi żmien tant diffiċli bħala nazzjon fi ġlieda kontra pandemija, il-Gvern kellu jieħu deċiżjoni iebsa bl-istess mod kif għamel ma’ kull minn ġej lejn Malta mid-dinja kollha, anke b’mod legali, fosthom bl-għeluq tal-ajruport u l-portijiet.
Deċiżjonijiet fl-interess nazzjonali għandhom jittieħdu, mhux b’dilettantiżmu, popoliżmu jew razziżmu, imma b’maturita u b’għaqal.
Ibgħat id-domanda parlamentari li tixtieq titressaq minn deputat tal-Partit Laburista.
Biex tivvota trid tkun fir-reġistru elettorali. Iċċekja hawn jekk tinsabx fir-reġistru elettorali.
Agħmel kuntatt mal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista billi tgħafas hawn.
Il-Partit Laburista huwa regolat minn statut. Ara kopja tal-istatut billi tgħafas fuq il-link hawn taħt.