Għin
lill-Partit Laburista
May 13, 2020
Oppożizzjoni mifxula u mhux preparata
L-Oppożizzjoni Nazzjonalista tinsab għal darb’oħra mifxula u mhux preparata quddiem Gvern li b’konvinzzjoni hu lest biex ikompli jtejjeb l-Istituzzjonijiet Maltin, filwaqt li jsaħħaħ ir-reputazzjoni ta’ pajjżna fuq livell internazzjonali.
Wara li għal xhur sħaħ, esponenti ewlenin tal-Partit Nazzjonalista għamlu ħsara lir-reputazzjoni ta’ Malta barra minn xtutna, llum l-Oppożizzjoni qalet biss illi se tkun qed tistudja l-proposti li l-Gvern bgħat lill-Kummissjoni Venezja.
Pajjiżna jixraqlu Oppożizzjoni serja u li lesta toffri alternattiva serja għall-Gvern. Tal-lum hi konferma ta’ kemm f’Malta għandna Oppożizzjoni dagħjfa u xotta mill-ideat.
Il-Partit Laburista jtenni li l-Gvern għandu jkompli jisma’ x’għandhom xi jgħidu l-partijiet kollha intereressati, inkluż is-soċjeta’ ċivili. Dan sabiex imbgħad il-Gvern ikompli għaddej bir-riformi pjanati skont l-aħjar interess tal-pajjiż
Ibgħat id-domanda parlamentari li tixtieq titressaq minn deputat tal-Partit Laburista.
Biex tivvota trid tkun fir-reġistru elettorali. Iċċekja hawn jekk tinsabx fir-reġistru elettorali.
Agħmel kuntatt mal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista billi tgħafas hawn.
Il-Partit Laburista huwa regolat minn statut. Ara kopja tal-istatut billi tgħafas fuq il-link hawn taħt.