Skip to content

Dan il-Gvern wera li mhux biss joffri l-aqwa tmexxija ekonomika u soċjali, mhux biss huwa garanzija ta’ iktar drittijiet civili, imma huwa l-iktar forza politika kredibbli għal governanza tajba.

Ilbieraħ għaddew mill-Parlament sitt liġijiet li l-maġġoranza tagħhom, kellhom bżonn l-approvazzjoni taż-żewġ terzi tal-Kamra tar-Rappreżentanti minħabba li huma emendi Kostituzzjonali.

Il-bidla fil-ħatra tal-President tar-Repubblika, il-ħatra tal-ġudikanti, dixxiplina u t-tneħħija tal-ġudikanti, tisħiħ tal-uffiċċju tal-Ombudsman u skrutinju fuq deċiżjonijiet tal-Avukat Ġenerali

Liġi oħra li kellha bżonn maġġoranza sempliċi biex tgħaddi, tittratta l-ħolqien tal-Kummissjoni Permanenti kontra l-Korruzzjoni.

Dawn il-liġijiet tressqu wara li f’rapport dettaljat ix-xahar li għadda, il-Kummissjoni Venezja laqgħet prattikament ir-rakkomandazzjonijiet kollha tal-Gvern Malti fir-riformi fil-ġudikatura, tisħiħ fis-saltna tad-dritt u l-governanza t-tajba.

F’dawn l-aħħar snin, il-Partit Laburista fil-Gvern fost oħrajn:
• Neħħa l-protezzjoni tal-preskrizzjoni fuq politici li jwettqu reati ta’ koruzzjoni.
• Bil-liġi tal-whistleblowers ta l-protezzjoni liċ-ċittadini biex jikxfu reati ta’ korruzzjoni.
• Daħħal il-liġi dwar il-finanzjament tal-partiti politiċi biex kulħadd ikun jaf min jiffinanzja xiex.
• Ħatar għall-ewwel darba fl-istorja Kummissarju għall-Ħarsien tal-Istandards fil-Ħajja Pubblika.
• Beda joħroġ rapport annwali biex jagħti rendikont tal-progress li sar fuq rakkomandazzjonijiet tal-Awditur Generali.

Kellu jkun Gvern Laburista li jagħmel din ir-riforma fil-qasam tal-ġustizzja, wara li dawn il-liġijiet kienu ilhom fuq l-ixkaffa diversi snin.

Il-Partit Laburista issa jħares ‘il quddiem biex minn ħdanu stess iħeġġeġ lill-Gvern għal aktar riformi kostituzzjonali.

Aħna bil-fatti l-moviment tat-trasparenza u tas-saltna tad-dritt.

Huwa għalhekk li l-familji Maltin u Għawdxin jibqgħu jaraw fil-Partit Laburista l-aqwa għażla biex inkomplu mmexxu lil dan il-pajjiż ‘il quddiem.

Aqsam ma' ħaddieħor

Share on facebook
Share on twitter
Share on linkedin