• Aħbarijiet
  • Min Aħna
    • L-Istorja Tal-Partit Laburista
    • Mexxej
    • Amministrazzjoni​
    • Grupp Parlamentari
    • MEPs
  • Malta Flimkien
  • Sħubija
  • Donazzjoni
  • KGA 2022
  • Lead
Partit Laburista
  • Aħbarijiet
  • Min Aħna
    • L-Istorja Tal-Partit Laburista
    • Mexxej
    • Amministrazzjoni​
    • Grupp Parlamentari
    • MEPs
  • Malta Flimkien
  • Sħubija
  • Donazzjoni
  • KGA 2022
  • Lead

aħbarijiet

March 3, 2020

Partit Riformista u Gvern Riformista

“Partit riformista u gvern riformista… Dan hu dak li jiddistingwina. Ma tibżax tagħmel bidla. Tkun kuraġġuż fil-bidliet li jridu jsiru. Importanti li tkun fuq in-naħa t-tajba tal-bidla.”

 

Hekk qal il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista, Robert Abela f’attivita’ politika ġewwa n-Naxxar fejn tkellem dwar il-bidliet li jittieħdu biex inkomplu mexjin ‘il quddiem.

 

Fost l-oħrajn, il-Prim Ministru semma l-kwistjoni tal-kumpanija Steward Health Care li tmexxi numru ta’ sptarijiet f’pajjiżna u spjega kif id-deċiżjonijiet tiegħu jikkuntrastaw mid-deċiżjonijiet populisti tal-Kap tal-Oppożizzjoni.

 

“Kont ħabbart li twaqqaf kumitat biex janalizza l-kuntratti, rajna wkoll fejn hemm tajjeb u hemm ħafna tajjeb. Hemm ukoll aspetti li ma ssodisfawnix. Wara li llum għandna l-fatti kollha li nafuhom, l-ewwel deċiżjoni li ħadna din il-ġimgħa kienet illi Steward min-naħa tagħhom iridu jonoraw, jobdu u jimxu mal-kundizzjonijiet kollha li bihom huma marbutin. Minn hemm ‘il quddiem, inpoġġu madwar il-mejda u niddiskutu. Dan hu l-messaġġ li se nibqgħu nibagħtu. Gvern li jipproteġi l-interessi tal-pajjiż, jaf fejn sejjer, viżjoni ċara pero’ ma nitkellmux b’populiżmu. Stajt inkun aktar persuna populista u ngħid li ma kontx involut.” Minflok, Robert Abela fisser kif se jibqgħu jittieħdu l-aqwa deċiżjonijiet għas-saħħa tal-pazjenti tagħna.

 

Il-Prim Ministru laqa’ wkoll b’sodisfazzjon id-deċiżjoni tal-Oppożizzjoni li qablet mal-wegħda tal-Gvern li jżid il-parteċipazzjoni tan-nisa fil-Parlament. “Konna fuq quddiem li mexxejna din l-idea minkejja li kien hemm xettiċiżmu imma spjegajna u l-Oppożizzjoni qed tgħid kellkom raġun. Din il-wegħda għamilha Joseph Muscat u għidtha jien ukoll li fl-elezzjoni ġenerali li jmiss ikun hemm mekkaniżmu skattat li permezz tiegħu jiżdiedu numru ta’ siġġijiet biex jingħataw lis-sess l-anqas rappreżentat.” Robert Abela saħaq kif f’dawn l-isfidi, il-Gvern għandu l-kuraġġ li jindirizzahom. “Aħna ma nsegwux, we lead. Ma qgħadniex nistennew l-Oppożizzjoni. Kieku s’issa m’għamilna xejn.” Il-Prim Ministru semma l-laqgħa li kellu din il-ġimgħa mal-Kunsill Konsultattiv tal-LGBT fejn dan tal-aħħar faħħar ħidmet il-gvern dwar il-bidliet li wettaq fil-ħajja ta’ ħafna u ħafna nies.

 

Suġġett ieħor sensittiv li rrefera għalih il-Prim Ministru huwa l-prostituzzjoni. Robert Abela għamilha ċara li trid tiġi ndirizzata din l-inġustizzja. “Sal-lum għadna qed naċċettawhom. Minn għada m’aħniex se naċċettawhom iżjed. Il-prostituzzjoni f’pajjiżna ma tistax tibqa’ reat.”

 

Il-Prim Ministru rrefera wkoll għas-sitwazzjoni tal-bdiewa u r-residenti tal-Magħtab flimkien mal-problema tal-iskart. “Il-mod kif se nindirizzaw il-problema tal-iskart. Mhux biss illum iżda għas-snin li ġejjin. Realta’ ta’ bdiewa li jaħdmu f’kuntest diffiċli ħafna minħabba d-daqs ta’ pajjiżna, għelieqi żgħar u l-kompetizzjoni tal-prodott agrikolu. Sal-lum, soluzzjoni għall-problema tagħhom għad m’għandniex iżda inżilna magħhom, mort hemmhekk fil-post u tara l-ġenwinita’ tagħhom. Ħadd minnhom ma kien qed jipprotesta għax ried jagħmel ħsara lil xi ħadd… Ma waqafniex hemm. Irkibna mal-bdiewa fil-vetturi tagħhom. Għada filgħodu, il-ġurnata tisbaħ billi nkomplu nitkellmu u jekk hemm bżonn nerġgħu mmorru għandhom sakemm insibu s-soluzzjoni aċċettabli għal kulħadd. Dan hu l-mod kif jaħdem gvern li jħobb lin-nies.”

 

“Intom kollha n-nies tiegħi” – PM

  

Il-Prim Ministru tkellem dwar l-importanza tal-bidliet, bidliet li jeħtieġ li jsiru fuq livell ta’ pajjiż u anke fuq livell ta’ partit biex b’hekk nibqgħu ħajjin u relevanti.

 

“Intom kollha n-nies tiegħi. Kollha bla ebda distinzjoni. Fil-kappell ta’ Prim Ministru, il-pajjiż kollu huwa n-nies tiegħi. Ma nitkellimx dwar politika tal-blu jew l-aħmar iżda ta’ pajjiż wieħed li jgħaqqadna u nwarrbu dak li jifridna. “

 

Robert Abela rringrazzja lill-Kap Eżekuttiv uxxenti, Randolph De Battista tax-xogħol siewi li għamel fil-kariga tiegħu. “Nitbissem meta nara f’sezzjoni ta’ media li tkeċċa Randolph De Battista. Randolph nibda billi nirringrazzjah tal-ħidma li wettaq bħala Kap Eżekuttiv, ħidma li kien strumentali fiha biex biddel il-mod ta’ kif il-partit iħares lejn in-nies u jiffinanzja l-operat tiegħu u sinċerament nirringrazzjah għax kien strumentali. Jien ma nqisux bħala kapitlu magħluq iżda bħala avventura ġdida anke fil-Partit Laburista. Inħares ‘il quddiem biex flimkien miegħu nkomplu nsaħħu dan il-partit.”

 

Il-Prim Ministru awgura lill-George Azzopardi fil-ħidma ġdid tiegħu bħala Kap Eżekuttiv tal-Partit Laburista.

 

“Kulħadd qed jiġbed ħabel wieħed. Kulħadd qed jaħdem… Dan hu l-proġett tagħkom. Dan huwa l-proġett tagħna. Partit iffukat, jaf fejn sejjer b’direzzjoni ‘l quddiem. Ejjew ħalli flimkien inkomplu naħdmu. Ibqgħu warajna, ħdejna u quddiemna. Flimkien inżommu partit rebbieħ, pajjiż rebbieġ għall-interessi tal-Maltin u l-Għawdxin kollha.”

Comments Box SVG iconsUsed for the like, share, comment, and reaction icons
Partit Laburista
12 hours ago
Partit Laburista
RENEW – Attivita’ suċċess fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista.

Grazzi talli ngħaqadtu magħna! 💓

Robert Abela

RENEW – Attivita’ suċċess fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista.

Grazzi talli ngħaqadtu magħna! 💓

Robert Abela
... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 173
  • Shares: 20
  • Comments: 0

Comment on Facebook

Partit Laburista
17 hours ago
Partit Laburista
Kollox lest biex niftħu l-bibien taċ-Ċentru Nazzjonali Laburista. Ingħaqdu magħna.

Kollox lest biex niftħu l-bibien taċ-Ċentru Nazzjonali Laburista. Ingħaqdu magħna. ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 719
  • Shares: 64
  • Comments: 61

Comment on Facebook

Mhux hekk wara li armejtuna u taghituna b sieq .. Gej il bikki rega . Armi lemm qaziztu l alla tiklu wahidkom.

Grazzi tax xghol kollu li qijghad jghamel il partit pero isimghaw lilmenti tan nies gusti

Il-partit li jiġbed in-nies dejjem lejh. Qatt qabel ma kien hawn partit li żamm maġġoranza assoluta daqs illum. Grazzi għall-gvern u l-partit Laburista❤️🌹🇲🇹

Ara ma jigbdilkomx IL bieb mieghu GAHAN

Kien nofs t'nhar eccelenti. Prosit ta' l-innizjativa. U prosit lill-volontiera kollha.

Ahjar tifthu l bibien biex tiltaqu mal familjari tal vittmi tal konstruzjoni li tinsab bla kontroll.

Good morning ☀️

Good morning❤

Min Mmaqdar Rrid Jixtri Hommor

Mela l- kontra li qed jigri fil- Pieta 😆 🤣 😂

Minn hu armat u minn hu zarmat proset PL

Good morning ☀️

Good morning❤

Good morning❤

Well done!!

Good morning

Prosit u grazzi li tajtu din l-opportunita lil nies sabiex jigu l-CNL.

Suldati ta'l azzar fil kju

Tistaw tifthu il bieb tal bejd alija ghax qat mintom atarawni izjedd qass biex nerga nivota u tesera qas inhalasa iktar

Viva l Labour

Tistaw tifthu t twieqi ukoll ta ha tibdlu ftit larja ukoll. :)

Proset

Dawk laqas jivitaw darba ohra

Ma taghmilx differenza jifthu l.bibien

Grazzi u proset

View more comments

Partit Laburista
2 days ago
Partit Laburista
Open Day fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista

Iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista miftuħ għall-pubbliku s-Sibt li ġej mid-09:00 sas-13:00.

Ingħaqad magħna 🔴
... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 80
  • Shares: 107
  • Comments: 5

Comment on Facebook

Inizzjattiva sabiha li jinghata ktieb b xejn mal membership . U Dawk li hallsu online ?

XAXQA. KEM SE TITOLBUWOM DONEJXIJN?

jekk jogħġbok ħallili messaġġ fil-privat, għandi xi affarijiet xi ngħidilkom li jistgħu jkunu ta' interess għalik

View more comments

Partit Laburista
2 days ago
Partit Laburista

Photos from Partit Laburista's post ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 22
  • Shares: 6
  • Comments: 0

Comment on Facebook

Partit Laburista
3 days ago
Partit Laburista
Id-differenza bejn Robert Abela u Bernard Grech

Għal ħaddieħor, l-għajnuniet li jagħti l-Gvern mhumiex sostenibbli. Irid jipprova jaqtagħlek qalbek.

Id-direzzjoni tagħna hija ċara. Ingħaqad magħna.

Ċempel fuq 51602034 jew ibgħat SMS fuq 50619275 jew inkella ssieħeb onlajn fuq www.partitlaburista.org
... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 64
  • Shares: 41
  • Comments: 4

Comment on Facebook

God Bless

Haddiehor f' l- Opposiizzjoni kollox BABAW, Izda meta jkunu fit-TMEXXIJJA JKUNU HEMM BISS BIEX JIGU SERVUTI W MHUX BIEX JSERVU LIL POPLU MALTI.

The best

Load more

PQs

Ibgħat id-domanda parlamentari li tixtieq titressaq minn deputat tal-Partit Laburista.

Reġistru Elettorali

Biex tivvota trid tkun fir-reġistru elettorali. Iċċekja hawn jekk tinsabx fir-reġistru elettorali.

Media

Agħmel kuntatt mal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista billi tgħafas hawn.

Statut

Il-Partit Laburista huwa regolat minn statut. Ara kopja tal-istatut billi tgħafas fuq il-link hawn taħt.

Għin

lill-Partit Laburista

Sħubija

Donazzjoni

Merchandise

PQs

Ibgħat id-domanda parlamentari li tixtieq titressaq minn deputat tal-Partit Laburista.

Reġistru Elettorali

Biex tivvota trid tkun fir-reġistru elettorali. Iċċekja hawn jekk tinsabx fir-reġistru elettorali.

Media

Agħmel kuntatt mal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista billi tgħafas hawn.

Statut

Il-Partit Laburista huwa regolat minn statut. Ara kopja tal-istatut billi tgħafas fuq il-link hawn taħt.

Għin

lill-Partit Laburista

Sħubija

Donazzjoni

Merchandise

għin lill-Partit Laburista

Sħubija

Donazzjoni

Merchandise

  • Uffiċċju Elettorali
  • Manifest
  • Uffiċċju Elettorali
  • Manifest
logo

© Partit Laburista 2022

Agħti s-Suġġeriment Tiegħek

logo

© Partit Laburista 2022

Agħti s-Suġġeriment Tiegħek