Għin
lill-Partit Laburista
April 7, 2019
Politiku taħt pressjoni li jesaġera fin-negattività
Maħruġa mill-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista
Politiku taħt pressjoni li jesaġera fin-negattività
Id-diskors ta’ Adrian Delia llum reġa’ kien konferma li l-Kap tal-Oppożizzjoni tant jinsab taħt pressjoni li l-esaġerazzjoni fin-negattività hi l-aħħar arma li baqalgħu. Dan jurih f’diversi istanzi fosthom meta jgħid li l-gvern irid li l-anzjani jmutu anke jekk jaf li mhu jemmnu ħadd. Iktar minn hekk dan il-gvern żied b’miljuni kbar in-nefqa fuq il-pensjonijiet. Fost oħrajn, ma jemmnu ħadd anke meta jgħid li bis-surplus il-gvern ma sabx flus x’jinvesti fl-infrastruttura meta ddur fejn iddur hemm xogħol infrastrutturali għaddej.
B’dan ir-ritmu Delia qed jibqa’ mhux kredibbli anke fost dawk li jappoġġjaw lill-Partit Nazzjonalista u li jemmnu li l-partit ħaqqu aħjar, aħseb u ara l-pajjiż.
Uffiċċju Komunikazzjoni
Partit Laburista
Ibgħat id-domanda parlamentari li tixtieq titressaq minn deputat tal-Partit Laburista.
Biex tivvota trid tkun fir-reġistru elettorali. Iċċekja hawn jekk tinsabx fir-reġistru elettorali.
Agħmel kuntatt mal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista billi tgħafas hawn.
Il-Partit Laburista huwa regolat minn statut. Ara kopja tal-istatut billi tgħafas fuq il-link hawn taħt.