Għin
lill-Partit Laburista
December 16, 2019
Prim Ministru li m’għandux x’jaħbi
Il-Prim Ministru, Joseph Mucat, se jkun qed jerġa’ jżomm kelmtu hekk kif ta direzzjoni ċara li r-rapport tal-inkjesta Egrant irid ikun ippubblikat. Fl-aħħar xhur il-Prim Ministru ħalla l-kors tal-ġustizzja jieħu l-ħin tiegħu wara li kien il-Kap tal-Oppożizzjoni li għażel li jiftaħ proċeduri fuq din il-materja.
Issa li l-każ il-Qorti huwa magħluq il-Prim Ministru iddikjara li qed jgħażel li jżomm l-impenn politiku tiegħu u jippubblika l-inkjesta b’mod sħiħ b’mod li ma jippreġudikax l-investigazzjonijiet u d-dettalji ta’ min m’għandux x’jaqsam mal-każ investigat. Dan anke jekk il-Qorti ma qalitx li għandu jsir dan.
Kien il-Prim Ministru li talab din l-inkjesta. U meta tlestiet uriet li l-qlajja li Egrant kienet tal-familja tiegħu kienet l-ikbar frame up politiku fl-istorja. Dan urewh il-konklużjonijiet li fi kliem Adrian Delia stess jirriflettu dak li hemm fil-kumplament tal-inkjesta.
Fil-fatt, ladarba jaqra l-inkjesta, Adrian Delia se jkollu jgħidilna ux se jerġa’ jipprova jieħu passi kontra min għamel tiegħu din il-gidba. Għax issa m’hux se jibqgħalu skużi biex ma jwettaqx dan.
Adrian Delia għandu jgħid ukoll jekk ux se jitlob inkjesta dwar l-allegazzjonijiet serji li hemm imndendlin fuqu.
Ibgħat id-domanda parlamentari li tixtieq titressaq minn deputat tal-Partit Laburista.
Biex tivvota trid tkun fir-reġistru elettorali. Iċċekja hawn jekk tinsabx fir-reġistru elettorali.
Agħmel kuntatt mal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista billi tgħafas hawn.
Il-Partit Laburista huwa regolat minn statut. Ara kopja tal-istatut billi tgħafas fuq il-link hawn taħt.