Għin
lill-Partit Laburista
May 23, 2021
“Privileġġ li kellna war chest mimli għax konna bilgħaqal.” – Il-PM
“Fl-4 ta’ Ġunju ħa nkunu għalaqna sena mill-pjan ta’ riġenerazzjoni ekonomiku – pjan ta’ €900 miljun.”
Hekk qal il-Prim Ministru u Mexxej Laburista, Robert Abela waqt programm ta’ diskussjoni flimkien ma’ diversi persuni li ġejjin minn oqsma differenti tal-ħajja.
Il-Prim Ministru spjega kif fl-aħħar xhur, dan il-Gvern ta s-sostenn meħtieġ lis-setturi kollha li ntlaqtu b’mod negattiv.
“Daħħalna l-wage supplement – miżura kruċjali li bis-saħħa tagħna, il-qgħad mhux talli ma refax rasu imma talli żammejnih at pre-pandemic levels. Nedejna l-iskema tal-vouchers. Investejna 45 miljun ewro l-ewwel darba u did-darba 50 miljun ewro. Miżura li tinċentiva l-konsum. Skema li laqtet lis-setturi kollha f’Malta u Għawdex b’mod pożittiv.”
Robert Abela spjega kif huwa privileġġ li kellna war chest mimli għax konna bilgħaqal.
“Ħsibna u ġemmajna. Dawn l-injezzjonijiet fl-ekonomija ħaddieħor isejjaħu tberbiq. Meta taħdem man-nies u għan-nies, dan ma jiġix tberbiq iżda inċentiv importanti ħafna biex ma nħallu lil ħadd waħdu.”
Il-Prim Ministru spjega wkoll kif is-settur tal-manifattura, “Ħaddieħor trattah bħala settur tat-tieni klassi, settur li beda jmut u kellna telf ta’ impjiegi aktar mill-medja Ewropea. Is-sitwazzjoni bidilha dan il-Gvern fl-2013.” Fil-pandemija, it-tbassir kien li dan is-settur kien se jkun minn ta’ quddiem li jieħu daqqa. Għall-kuntrarju, “pajjiżna rreġistra żieda fl-impjiegi f’dan is-settur. Din hija l-istess viżjoni li rridu nħarsu għaliha ‘l quddiem… Aħna ma nissettjawx targets li huma faċli. Iż-żmien qed itina parir u l-mod kif qed naħdmu f’dan is-settur tant importanti huwa li nagħmlu u naslu f’dawn it-targets ambizzjużi.”
Il-prinċipju ewlieni ta’ Gvern riformista jibqa’ li ma tħallix in-nies waħedhom. “Kellna għażla, jew li mmorru għall-awsterita’ u nħallu lil kulħadd għal rieħu jew nagħmlu li qed nagħmlu u ninvestu dak kollu li għandu l-pajjiż fin-nies.”
L-istess fir-riforma tal-kera. Fejn ħaddieħor xeħet din il-problema taħt it-tapit, dan il-Gvern mhux biss indirizza din il-problema iżda kien onest magħhom. “Aħna ma dħaqniex bin-nies. Ħaddieħor qalilhom serrħu raskom għax ħadd mhu ħa jneħħikom. In-nies bdew jindunaw li l-amministrazzjoni Nazzjonalista daħket bihom. Aħna mxejna differenti… Fhimna li l-housing soċjali ma jistax jerfa’ l-problema s-sid privat. Is-support mill-Gvern lill-inkwilini u s-sidien se jilħaq l-10,000 ewro. Iżjed minn 800 fix-xahar mill-istat biex jagħti appoġġ lil min hu fil-bżonn. Dan hu l-mod kif tagħmel ġustizzja soċjali.
FL-aħħar nett, il-Prim Ministru temm jgħid li fil-jiem u l-ġimgħat li ġejjin, is-soluzzjoni ewlenija se tibqa’ l-vaċċin. Fil-jiem li ġejjin se nkunu tajna man-nofs miljun doża. Sodisfatt li għandna l-aqwa pjan ta’ tilqim u kruċjali li kulħadd jibqa’ jieħu l-vaċċin.”
Ibgħat id-domanda parlamentari li tixtieq titressaq minn deputat tal-Partit Laburista.
Biex tivvota trid tkun fir-reġistru elettorali. Iċċekja hawn jekk tinsabx fir-reġistru elettorali.
Agħmel kuntatt mal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista billi tgħafas hawn.
Il-Partit Laburista huwa regolat minn statut. Ara kopja tal-istatut billi tgħafas fuq il-link hawn taħt.