Għin
lill-Partit Laburista
January 6, 2020
Proċess ġust skont l-istatut u r-regoli maqbula
Il-Kummissjoni Elettorali tal-Partit Laburista tirreferi għar-rapport ippubblikat fil-faċċata tat-Times of Malta llum.
Rapport li fih numru ta’ asserzjonijiet żbaljati, fosthom li kien qed isir inputting tad-data minn kanvassers ta’ xi kandidat. Dak allegat mhux talli ma seħħx, talli s-sistema hija ddisinjata b’mod li ma tippermettix li xi ħaġa bħal din isseħħ.
Il-Kummissjoni Elettorali tal-Partit Laburista kkomunikat dejjem il-pożizzjonijiet u t-tweġibiet uffiċjali tagħha lill-persuni li jitolbu xi kjarifika jew jippreżentaw ilment uffiċjali tul il-proċess elettorali.
Il-proċess elettorali li se jwassal għall-ħatra ta’ Mexxej ġdid għandu numru ta’ livelli ta’ checks and balances u qed isir b’kollaborazzjoni mill-qrib mar-rappreżentanti tal-kandidati u l-kandidati nfushom.
Filwaqt li kien hemm ċirkostanzi li ġew indirizzati tul il-proċess, il-Kummissjoni Elettorali tista’ tassigura li l-proċess huwa wieħed ġust u diliġenti u li l-ipproċessar tal-informazzjoni b’relazzjoni mal-eliġibbiltà tal-votanti qed issir skont l-istatut tal-partit u r-regoli maqbula mal-partijiet konċernati.
Ibgħat id-domanda parlamentari li tixtieq titressaq minn deputat tal-Partit Laburista.
Biex tivvota trid tkun fir-reġistru elettorali. Iċċekja hawn jekk tinsabx fir-reġistru elettorali.
Agħmel kuntatt mal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista billi tgħafas hawn.
Il-Partit Laburista huwa regolat minn statut. Ara kopja tal-istatut billi tgħafas fuq il-link hawn taħt.