Skip to content

Il-Partit Nazzjonalista qed jifraħ b’rapport miktub minn membru tal-familja politika tagħhom. Rapport li mimli ineżatezzi u li b’mod kurjuż ħafna d-draft tiegħu inħareġ f’ġimgħa fejn se ssir elezzjoni.

Intant, il-Maltin u l-Għawdxin jafu li r-realtà f’pajjiżna hi ferm differenti minn dik li jipprova jpinġi l-Partit Nazzjonalista, anke permezz tal-alleati politiċi tiegħu.

Il-poplu Malti issa għandu ċans biex nhar is-Sibt jagħti sinjal ċar lil min fl-aħħar snin ħadem kemm felaħ biex ħammeġ ir-reputazzjoni ta’ pajjiżna. Pajjiżna jixraqlu rappreżentanti fl-Unjoni Ewropea li jitkellmu għalih u mhux jaġixxu kontrih.

 

Aqsam ma' ħaddieħor

Share on facebook
Share on twitter
Share on linkedin