• Aħbarijiet
  • Min Aħna
    • L-Istorja Tal-Partit Laburista
    • Mexxej
    • Amministrazzjoni​
    • Grupp Parlamentari
    • MEPs
  • Malta Flimkien
  • Sħubija
  • Donazzjoni
  • KGA 2022
  • Lead
Partit Laburista
  • Aħbarijiet
  • Min Aħna
    • L-Istorja Tal-Partit Laburista
    • Mexxej
    • Amministrazzjoni​
    • Grupp Parlamentari
    • MEPs
  • Malta Flimkien
  • Sħubija
  • Donazzjoni
  • KGA 2022
  • Lead

aħbarijiet

May 12, 2019

Risposta lil min irid jerġa’ jqajjem il-gidba Egrant fil-25 ta’ Mejju

Maħruġa mill-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista  

 

Risposta lil min irid jerġa’ jqajjem il-gidba Egrant fil-25 ta’ Mejju

 

Il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista, Joseph Muscat innota kif għax l-Oppożizzjoni tinsab darha mal-ħajt qed terġa’ ttella fuq l-aġenda l-ikbar gidba li qatt ivvintat.

“Itellgħu mill-ġdid l-ikbar qlajjiet li jistgħu jivvintaw,” qal il-Prim Ministru fil-Mosta li rrefera għal dikjarazzjonijiet ta’ min ma jiddispjaċihx tal-gidba fuqu u fuq martu dwar il-kumpanija Egrant.

“Jien la nistenna li jiddispjaċihom, la nistenna apoloġija jien, għax dak li għaddejna minnu jien u familti jien naf x’iġifieri… l-apoloġija lill-poplu Malti u Għawdxi tridu tagħtuha. U min fuq gidba bħal din jipprovaw joħorġu bir-raġun,” qal il-Prim Ministru li reġa’ tenna kif hu jrid jippubblika r-rapport sħiħ iżda jsegwi wkoll il-parir tal-Avukat Ġenerali. “L-Avukat Ġenerali qed jgħid li jekk tippubblika dan ir-rapport issa min qed jiġi investigat ikollu vantaġġ,” qal Joseph Muscat li nnota kif dan jista’ jfixkel l-investigaturi. Innota kif meta Adrian Delia mar għand il-pulizija għax qal li xi ħadd iffalisfikalu l-firem u l-ġurnalisti qalulu ħa narawha hu rrifjuta. “Qalilhom ma tarax. Jekk nippubblika, nippreġudikaw l-investigazzjonijiet,” qal Joseph Muscat li nnota kif l-intenzjoni politika tiegħu tibqa’ li dan ir-rapport jiġi ppubblikat. “Hekk wgħedt u hekk se ngħamel,” qal Joseph Muscat li spjega kif il-kwistjoni hija l-meta u l u li ma jkunx hemm indħil fix-xogħol tal-Avukat Ġenerali u l-investigaturi. Tkellem kif lil min għamel dan is-set up u tefa’ l-pajjiż f’inċertezza jxtieq jara li ssir ġustizzja magħhom. Iżda, minkejja l-weġgħat personali iħalli l-istituzzjonijiet jagħmlu huma x-xogħol tagħhom. “Imma ħaġa oħra nista’ nagħmel. Ir-risposta għal min irid jerġa’ jqajjem din il-gidba. Lil min din il-gidba għamilha tiegħu. Lil min din il-gidba qal li ma jiddispjaċihx għaliha… jien se nagħtiha u nistedinkom biex tagħtuha miegħi fil-25 ta’ Mejju li ġej,” qal il-Prim Ministru.

 

Għamilna f’sitt snin dak li ħaddieħor għamel f’25 sena

 

Fil-Mosta wkoll il-Prim Ministru qal li l-kwalità tal-ħajja tista’ tkun prijorità tal-gvern għax għandna l-ekonomija b’saħħitha.

“Meta nżommu dan il-punt f’moħħna iktar naraw l-iskop tagħna u jekk ux qed nilħqu dan l-iskop,” qal il-Prim Ministru li tkellem dwar kif kull min irid jaħdem għandu jkollu l-opportunitá biex jagħmel dan.

“Tlaqna b’iktar minn 7,000 ruħ jirreġistraw għax-xogħol… 7,000 ruħ li kienu qegħdin jiżdiedu kull ħin u kull mument… tlieta minn kull erba’ min-nies jirreġistraw għax-xogħol meta dħalna fil-gvern illum sabu xogħol. Iktar minn hekk sabu x-xogħol iż-żgħażagħ u n-nisa li daħlu għall-ewwel darba fid-dinja tax-xogħol,” sostna l-Prim Ministru.

Tkellem ukoll dwar il-faqar li hija realtà li rridu niġġieldulha permezz tax-xogħol u l-edukazzjoni. “Tnejn minn kull tliet persuni li writnihom fil-faqar illum neħħejnihom. Xorta fadal 14,000 persuna li qed jgħixu f’kundizzjonijiet inaċettabbli… aħna dan ma naħbuhx, anżi npoġġuh fuq nett tal-aġenda għax mhux se nistireħu qabel ma jifdal lanqas persuna waħda fil-faqar,” qal il-Prim Ministru li tkellem dwar kif ix-xogħol jibqa’ l-kejl il-kbir tal-ekonomija.

Hawn tkellem fuq il-miri li ħoloq il-gvern.

Ħaddieħor bejn l-1987 u l-2012, ħoloq 56,500 post tax-xogħol. “Aħna f’sitt snin ħloqna 66,000 post tax-xogħol… dak li ħaddieħor ħoloq f’25 sena aħna qbiżnih f’ħames snin biss,” qal il-Prim Ministru li tkellem kif dan iwassal biex in-nies irabbu l-fiduċja u l-prijoritajiet bdew jinbidlu u jiżviluppaw. “Illum il-poplu Malti u Għawdxi moħħu mistrieħ mill-ekonomija,” tenna l-Prim Ministru li dan hu x-xogħol ta’ tim magħqud.

Għalhekk il-prijoritajiet tal-familji tagħna qed jinbidlu, fejn in-nies illum huma ffukati fuq sfidi marbuta mal-kwalità tal-ħajja u fisser kif issa rridu mmorru pass ieħor ‘il quddiem. “L-ikbar kejl tal-kwalità tal-ħajja huwa l-ħin,” qal il-Prim Ministru li tenna kif din hija l-prijorità l-kbira għaż-żmien li ġej bl-enfasi issa hija l-infrastruttura, l-inklużjoni u l-innovazzjoni.

“Għandna l-prinċipji u l-ideat tagħna ċari. Nistgħu nieħdu deċiżjonijiet li jkunu mdawwlin minn dawn il-prinċipji,” qal il-Prim Ministru li tkellem dwar medda enormi ta’ art li f’Ta’ Qali  kienet fabbrika mitluqa. “Bħalissa għandna ħemel kumpaniji li għandhom bżonn fabbrika f’pajjiżna… kien hemm it-tentazzjoni li post bħal dan nistgħu noħolqu mijiet ta’ impjiegi oħra,” qal il-Prim Ministru li spjega kif minflok ittieħdet id-deċiżjoni li din l-art u toroq oħra mhux użati l-park nazzjonali f’Ta’ Qali se jkun id-doppju. Fisser kif din mhix biss inizjattiva waħda u ttieħdu deċiżjonijiet simili f’Birżebbuġa u fiċ-ċentru ta’ Malta bil-mini ta’ Santa Venera se jissaqfu u jinħoloq spazju miftuħ. F’dawn il-proġetti fejn se jkunu miżrugħa 100,000 siġra.

Il-Prim Ministru fisser kif il-gvern qed juri wkoll ir-ruħ soċjali tiegħu fejn  minn pjan fejn kien se jkollna 1,000 post tal-housing ġdid, issa permezz ta’ bidla, fi ftit tax-xhur oħra se jkollna 1,700 post ġdid. Settur fejn il-gvern se jagħmel bidliet oħra.

“Dan hu gvern li ma jistriehx fuq is-suċċessi tiegħu… m’aħniex se nistrieħu fuq dawn is-suċċessi,” qal il-Prim Ministru li semma l-investiment li se jsir fiċ-ċentru tal-ortopedija u l-investiment li qed isir f’San Vincenz De Paul, anke f’sezzjoni fejn jħixu ż-żgħażagħ.

Hawn irrimarka l-importanza li x-xogħol jinħoloq, biex jinħoloq il-ġid biex imbagħad jintuża għall-ġustizzja soċjali u l-mobbilta soċjali. “Għalhekk ħbieb tiegħi, jien kuntent ħafna li matul dan il-kampanja li diġa’ għaddiet nofsha u fi 13 –il jum li fadal qed nitkellmu dwar it-temi li jaffetwaw il-ħajja tan-nies. La noqgħodu ninħlew inbeżżgħu, la noqgħodu ninħlew nattakkaw… nitkellmu dwar dak li jgħodd fil-ħajja tan-nies,” sostna l-Prim Ministru li tkellem dwar kif kulħadd jista’ jara d-differenza. “Ħaddieħor għadu ma fehemx x’inhuma l-prinċipji tiegħu u għalhekk dak li jgħid ikun kontradittorju. Waħda tmur kontra l-oħra. Prijorità li tmur kontra prijorità oħra,” qal il-Prim Ministru li nnota l-kontradizzjonijiet li ħerġin fid-deher u għalhekk jibdew l-istess kantalieni ta’ min hu dahru mal-ħajt.

 

 

Uffiċċju Komunikazzjoni

Partit Laburista

 

Comments Box SVG iconsUsed for the like, share, comment, and reaction icons
Partit Laburista
6 hours ago
Partit Laburista
RENEW

Ingħaqad magħna! ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 31
  • Shares: 51
  • Comments: 0

Comment on Facebook

Partit Laburista
23 hours ago
Partit Laburista
Ir-ruħ soċjali tal-Partit Laburista

It-twemmin soċjalista tagħna qatt mhu se jħallina nkunu indifferenti. Għalhekk għandek tingħqad magħna s-Sibt li ġej fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista. ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 51
  • Shares: 43
  • Comments: 7

Comment on Facebook

Proset Priministru w Tim Malta 🇲🇹 GHAL DAK KOLLU LI QED TAGHMLU GHAL Malta 🇲🇹 👌 GVERN Tar- RIFORMI, TA' VERU GHAX MA JIBZAX JEHODHOM.

Tajjeb

socjalista ??? din xi tkun dil kelma ?? grazzi rajtha qalbek

PAROLI FIL VOJT U FEJN THARES TARA L HBIP TAL HBIP.

Hadd ma jaqa lura imma malta waqet lura ghax mill hazin ghall ghar

Ghadu Partit Socjalista,fil Verita m ghadux..

Dr Abela il bank ghandu il policies tieghu jigiefiri u mhux ha jiehu riskju kbir biex issellef flus lil nies mhux daqsek stabli.

View more comments

Partit Laburista
1 day ago
Partit Laburista
Robert Abela

Robert Abela ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 108
  • Shares: 87
  • Comments: 3

Comment on Facebook

Great picture Alfred Sant

Partit Laburista
2 days ago
Partit Laburista
Robert Abela

Robert Abela ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 572
  • Shares: 139
  • Comments: 40

Comment on Facebook

Prosit lil prim ministru, li qed jaghmel xoghol tajjeb hafna, imma nahseb minnu l isfel, hemm bzonn li jistmaw iktar lil min dejjem kien wara l partit biex illum jinsabu fejn qedin, ghax mid dehera, qed jonqsu l membri. U din se tirrifletti l quddiem.

Tinsewx toruhom ir raba sular

Well done to our Prime minister Robert Abela 👏👏❤️❤️

Kif tiskadili t tessera ma nergax ingeddida zgur li le ! Morru aqdu lin Nazzjonalisti kif ghamiltu qabel lelezzjoni ha tigbru l voti min hemm.

Proset Priministru w Tim Malta 🇲🇹 GHAL BIDLA TA' RIFORMI KBAR LI WETTAQTU.

Ajma hej. Kic gidep bhas soltu. Gidep. Anke l ihor Bendu ta. Gidep bis min Boby u Bendu. Hxejtuwh pajis. Zewg partijti tahxu lil Malta u lin nis.

Well done 👍

done

Prosit

Prosit lil mexxej Dr Robert Abela, lill-Amministrazzjoni tal-Partit u lil volontiera kollha.

Iridu jkeċċu nies mi djar, u jriduna nhallsu tessera. No

Prosit

Ara jistghux flok flus jghatu bottijiet u fliexken tal-plastik. Mhux fil-magni imma... Minn hemm. Kulhadd jiġi bil-boroz tal-fliexken u bottijiet...

Prosit dr abela u team tieghu

Prosit

ghandhom bzonn il flus ghax naqsulhom il bhahen

Proset

Arani fuq quddim se nkun

Erfawli post quddiem.

Proset

Thanks for being there for us Dr Abela❤️❤️❤️

Proset

Qbadtu it triq ta nizla biex qed titkarrbu

Tghid ser ikun hemm xi haga fuq il-qtil ta Lino Cauchi!!!!!!

Vera se tkun esebizzjoni gwappa tal hmieg u l koruzzjoni li ghamiltu

View more comments

Partit Laburista
3 days ago
Partit Laburista
Grazzi tal-merħba sabiħa f’Birkirkara.

Grazzi tal-merħba sabiħa f’Birkirkara. ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 286
  • Shares: 8
  • Comments: 2

Comment on Facebook

Proset

Proset B,Kara

Load more

PQs

Ibgħat id-domanda parlamentari li tixtieq titressaq minn deputat tal-Partit Laburista.

Reġistru Elettorali

Biex tivvota trid tkun fir-reġistru elettorali. Iċċekja hawn jekk tinsabx fir-reġistru elettorali.

Media

Agħmel kuntatt mal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista billi tgħafas hawn.

Statut

Il-Partit Laburista huwa regolat minn statut. Ara kopja tal-istatut billi tgħafas fuq il-link hawn taħt.

Għin

lill-Partit Laburista

Sħubija

Donazzjoni

Merchandise

PQs

Ibgħat id-domanda parlamentari li tixtieq titressaq minn deputat tal-Partit Laburista.

Reġistru Elettorali

Biex tivvota trid tkun fir-reġistru elettorali. Iċċekja hawn jekk tinsabx fir-reġistru elettorali.

Media

Agħmel kuntatt mal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista billi tgħafas hawn.

Statut

Il-Partit Laburista huwa regolat minn statut. Ara kopja tal-istatut billi tgħafas fuq il-link hawn taħt.

Għin

lill-Partit Laburista

Sħubija

Donazzjoni

Merchandise

għin lill-Partit Laburista

Sħubija

Donazzjoni

Merchandise

  • Uffiċċju Elettorali
  • Manifest
  • Uffiċċju Elettorali
  • Manifest
logo

© Partit Laburista 2022

Agħti s-Suġġeriment Tiegħek

logo

© Partit Laburista 2022

Agħti s-Suġġeriment Tiegħek