• Aħbarijiet
  • Min Aħna
    • L-Istorja Tal-Partit Laburista
    • Mexxej
    • Amministrazzjoni​
    • Grupp Parlamentari
    • MEPs
  • Malta Flimkien
  • Sħubija
  • Donazzjoni
  • KGA 2022
  • Lead
Partit Laburista
  • Aħbarijiet
  • Min Aħna
    • L-Istorja Tal-Partit Laburista
    • Mexxej
    • Amministrazzjoni​
    • Grupp Parlamentari
    • MEPs
  • Malta Flimkien
  • Sħubija
  • Donazzjoni
  • KGA 2022
  • Lead

aħbarijiet

May 21, 2023

“Se nibqgħu l-Partit tal-bidla. Partit b’viżjoni ta’ fejn irid jieħu lill-pajjiż. Gvern li jibqa’ jieħu d-deċiżjonijiet.” – il-PM

“Pajjiżna baqa’ l-iktar pajjiż li qed joħloq xogħol. U x-xogħol ifisser dinjità. Twelidna bħala l-partit tal-ħaddiema u nibqgħu l-partit tax-xogħol. Għalkemm illum rridu nitkellmu dwar karrieri iktar minn kollox. Karrieri ta’ kwalità.”

F’Marsaxlokk, il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista, Robert Abela sostna dan ftit jiem wara li l-Kummissjoni Ewropea reġgħet ikkonfermat is-saħħa ekonomika ta’ pajjiżna.

“L-investiment li ħloqna se nibqgħu nsaħħuħ. Kienu jgħidulna l-ħin kollu għax jibnu skola kull sena. Aħna bħalissa għaddejjin bi skejjel ġodda u xogħolijiet kbar, fir-Rabat Malta u r-Rabat Għawdex, l-Imsida, Ħal Għaxaq, Santa Luċija u Nadur fost oħrajn. Inlestu dawn u nibdew oħrajn għax irridu nilħqu livelli ogħla. U nistgħu nitkellmu dwar dan it-tip ta’ investiment għax pajjiżna sejjer tajjeb. Imma għax nafu wkoll li se jmur aħjar.”

Hawnhekk, il-Prim Ministru sostna kif dawn ir-riżultati jinkisbu għax il-Gvern jinvesti fin-nies. Id-differenza netta bejn il-Gvern u l-Oppożizzjoni.

“Jekk żammejna l-kontijiet irħas, l-Oppożizzjoni qalulna li mhux sostenibbli. Jekk tajna ċ-ċekk biex nippremjaw il-bżulija, qalulna li ma kienx hemm bżonnu. Lill-Oppożizzjoni ngħidilha dan Gvern li ma daħħalx taxxi ġodda, anzi naqqashom. Dan hu Gvern li wiegħed li se jkompli jnaqqas it-taxxi u hekk se ngħamlu meta nimplimentaw il-pjan tagħna.  Pjan li vvota għalih dan il-poplu u li rridu nwettquh.”

Dwar is-Summit fl-Iżlanda bejn il-Mexxejja Ewropej aktar kmieni din il-ġimgħa, Robert Abela semma kif Mexxejja ta’ pajjiżi Ewropej oħra saqsew kif Malta rnexxielha terġa’ tiġi l-ewwel fil-lista tad-drittijiet għall-persuni LGBTIQ. “Jien kont sodisfatt ngħidilhom li dakinhar stess, filwaqt li konna hemm qed nitkellmu, konna qed inniedu strateġija ġdida għall-ħames snin li ġejjin. Għax daqskemm irridu nibdlu fejn seta’ sar aħjar, irridu nibnu fuq it-tajjeb kbir li għamilna. It-tajjeb li għandna nkunu kburin bih. Pajiżna huwa leader f’dan il-qasam.”

Fil-qasam tal-enerġija, din il-ġimgħa waqt laqgħa minn 9 pajjiżi tal-Unjoni Ewropea li jmissu mal-Mediterran, il-Gvern mbotta l-idea li r-reġjun Mediterranju jkun hub ta’ enerġija nadifa li jista’ jixpruna l-impenn tal-Unjoni Ewropea lejn Ewropa dekarbonizzata, b’settur tal-enerġija indipendenti. “U jekk issa stabilixxejna t-twemmin li l-Mediterran ikun il-leader. Nista’ nagħtikom il-kelma tiegħi li fil-Mediterran, se tkun Malta l-pajjiż leader bi proġetti inovattivi u ambizzjużi li se nressqu ‘l quddiem fiż-żmien li ġej.”

Robert Abela qal kif dan hu l-mod kif inkomplu ntejbu l-ambjent ta’ pajjiżna. Ilbieraħ daħlet fis-seħħ parti oħra tar-riforma tal-qbiela. Esperti fis-settur ddeskrivewha fost l-aktar deċiżjonijiet kuraġġużi li qatt ra s-settur agrikolu. Hekk hu. Għax aħna għandna l-prijoritajiet tajbin u d-deċiżjonijiet ma nibżgħux noħduhom. Dawn huma l-kisbiet li rridu niffokaw fuqhom u jagħmluna kburin b’pajjiżna.

Bħalma se jagħmluna kburin l-atleti li l-ġimgħa d-dieħla fil-logħob tal-pajjiżi ż-żgħar. “Ejja nkunu warajhom. Naf li se nkunu warajhom. Għax aħna kull fejn naraw il-bajda u l-ħamra ningħaqdu. Atleti minn pajjiżi minn madwar l-Ewropa kollha se nospitawhom hawn. F’dan il-pajjiż sabiħ. Ġo faċilitajiet li nvestejna fihom u li se jitgawdew minn uliedna mhux biss għal dan il-logħob iżda għall-futur.”

Filwaqt li rridu niftaħru u nkunu kburin b’dak kollu li huwa tajjeb, il-Prim Ministru sostna li l-poplu jaf fejn qiegħed miegħu għax fejn naraw affarijiet li setgħu saru aħjar, irridu u se nagħmluhom aħjar.

“Għax jekk ma jsirx hekk inkun qed nikser il-kelma li tajtkom meta sirt Mexxej. Jekk ma jsirx hekk inkunu qed niksru l-kelma mal-poplu Malti meta sena ilu tana mandat tant b’saħħtu biex immexxu lil pajjiżna ‘l quddiem. Ir-rapport tal-Awditur Ġenerali din il-ġimgħa dwar il-kwistjoni tal-isptarijiet huwa prova ċara ta’ kemm prattikajna dak li qed ngħid. F’Ħal Qormi, fl-ewwel attivita politika wara li nħtart mexxej semmejt il-kwistjoni tal-isptarijiet. Kont għidt mill-ewwel li dik kienet kwistjoni li ridt li l-Gvern iħares lejha b’mod aħjar. U hekk għamilna. Jixhed ir-rapport tal-Awditur Ġenerali. Mhux se nintilef fi spjegazzjonijiet tekniċi dalgħodu. Imma l-messaġġ kostanti kien ċar dejjem, wara li qisna kollox. Lil Steward għidnilhom onoraw l-obbligi tagħkom. U r-rapport tal-Awditur Ġenerali wera dan. U x’ironija ux? L-estremisti tal-Oppożizzjoni mbagħad ma kinux lesti biex jilqgħu t-talba tagħna u jiddiskutuh. Ma ridux jiddiskutuh ukoll għax jafu li l-Gvern qiegħed iħares b’kull mod l-interessi ta’ pajjiżna. Qed nieħdu kull pass. F’Malta u anke barra minn Malta. U jafu li meta jgħidu li l-Gvern ma ħa ebda azzjoni ma jkunux qed jgħidu l-verità. U allura dwar l-isptarijiet iffokati u ċari ħafna. Illum bl-isptarijiet f’idejna nibqgħu nsostnu u nsaħħu s-servizz, inħarsu l-ħaddiema, iżda fuq kollox nippjanaw għall-ġejjieni. Dak talab mingħandna l-poplu Malti s-sena li għaddiet u dak li se nkunu qed nagħmlu.”

Il-Prim Ministru temm b’messaġġ ċar dwar kif f’dinja bi sfidi kbar quddiemha, il-Gvern se jkun iffukat biex jibdilhom f’opportunitajiet.

“Hekk jixraqilhom il-familji Għawdxin u Maltin. Li jkollhom Gvern li jibqa ffukat fuq il-bżonnijiet tagħhom. Li jkompli jibni futur isbaħ għalihom u għal uliedhom. Fix-xhur li ġejjin se nkunu qed nibdew ħafna aktar proġetti ta’ fejda għal pajjiżna. Qed ninvestu pakkett ta’ fondi Ewropej li dan il-Gvern innegozja, li hu l-ikbar li qatt kiseb pajjiżna. Issa niffokaw iktar ħidma għall-budget li ġej. It-tieni minn ħamsa. Li se jibni fuq dak li ħabbarna s-sena li għaddiet u jkompli jwettaq l-elf proposta tal-manifest tagħna. Iva, sfidi se jibqa jkollna. Waħda akbar minn oħra. Imma sakemm nibqgħu naħdmu lkoll flimkien, bl-interess ta’ pajjiżna l-ewwel u qabel kollox, konvint li se naslu. Għax dan jibqa l-uniku moviment tal-ideat f’pajjiżna. L-uniku moviment kommess li jtejjeb il-ħajja tal-familji.Grazzi tal-appoġġ tagħkom. Tas-saħħa li dejjem tatu lili u lil sħabi.Se nkomplu naħdmu għalikom. Se nkomplu naħdmu għal pajjiżna. Din hija l-kelma tiegħi. Il-kelma tagħna. U kelmitna nżommuha dejjem għax għandna fiduċja f’pajjiżna.”

Comments Box SVG iconsUsed for the like, share, comment, and reaction icons
Partit Laburista
2 days ago
Partit Laburista
Fiduċja f’aktar investiment.

Messaġġ ta’ fiduċja lill-investituri li jridu jinvestu f’pajjiżna. ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 70
  • Shares: 41
  • Comments: 7

Comment on Facebook

Proset Priministru w Tim Malta 🇲🇹 ❤️ Ghal dak kollu li qed taghmlu ghal Pajjizna!

Prosit Prim Ministru

Proset

Korrott

View more comments

Partit Laburista
3 days ago
Partit Laburista
Grazzi tal-merbħa sabiħa fĦad-Dingli. 🔴

Grazzi tal-merbħa sabiħa f'Ħad-Dingli. 🔴 ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 91
  • Shares: 6
  • Comments: 5

Comment on Facebook

Organizzazjoni kriminali taghmel gathering 😎

View more comments

Partit Laburista
3 days ago
Partit Laburista
Robert Abela

Robert Abela ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 317
  • Shares: 41
  • Comments: 23

Comment on Facebook

GREAT, GREAT MAN VERY HANDSOME!!!

Keep up the good work!

Nixtieq naf why great man meta qiegħed naraw dan kollu??? Dawn il prezzijiet dawn il bini kollox lanqas tieħu n-nifs....tumur is-sptar ħlief Arab u barranin. Tafu meta titkellmu meta ikollok il mart serju fil familja. Kelli nihu il mara tieghjaj st James al kurra għax ċertu instrumenti għanda ix xur tistena u ghara matibilawx li Services Mater Dei. Hu Tal Malti. Rubbish sur prim ministru.

Have a wonderful day!

The best

Viva Robert

Viva Robert Viva il Labour ♥️

veru li il Ministru tal finanzi qal li ha nigu 800 elf ruh ? Mela vera tridu iddejqu lill Alla li halaqkhom

M andix dubju li se tikseb iktar .... Ghalik u ghal shabek 😁😁😁

Fiducja fpajjizma iva imma fil Bobby le

youtu.be/VFq3Ige0-3A

View more comments

Partit Laburista was live.
3 days ago
Partit Laburista
Diskors tal-Prim Ministru u Mexxej Laburista, Robert Abela f’Ħad-Dingli

Diskors tal-Prim Ministru u Mexxej Laburista, Robert Abela f’Ħad-Dingli ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 63
  • Shares: 87
  • Comments: 11

Comment on Facebook

Kburin Bik 👏❤️

Prosit am proud of you

Watching you good as always

Proset tassew kliem MIRQUM MIT TNEJN LI INTKOM ISAHHA LILKOM U INHARSU IL QUDDIEM ISAHHA ❤❤

Proset Prim dejjem tissoda.

Proset

Prosit lil kulhadd

Prosit Dr Josianne Cutajar

So proud 👍❤️

Proud I support Labour

View more comments

Partit Laburista
4 days ago
Partit Laburista
Prosit lil Team Malta. 🇲🇹

Prosit lil Team Malta. 🇲🇹 ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 543
  • Shares: 42
  • Comments: 115

Comment on Facebook

Great job 👍well done Malta team, you made us proud.

Proset keep up the good work

Viva Malta

Viva Malta

Well done to all you were marvelous.viva Malta Grazzi.

Keep up the good work!

Keep up the good work!

Well done to all involed. Thank you so much.

Great job 👍

Great job 👍

Great job 👍

Great job 👍

Great job 👍

Proset lil Kullhadd Viva Malta 🌹🌹🌹

Well done!! MALTA

Well done!!

Well done, tks il kullhadd bravi, well organised,

Well done

Well done!!

Well done!!Malta🇲🇹🇲🇹🇲🇹

Well done!! Malta 🇲🇹🇲🇹

Well done!!

Well done

Well done!! Malta

Well done!!

View more comments

Load more

PQs

Ibgħat id-domanda parlamentari li tixtieq titressaq minn deputat tal-Partit Laburista.

Reġistru Elettorali

Biex tivvota trid tkun fir-reġistru elettorali. Iċċekja hawn jekk tinsabx fir-reġistru elettorali.

Media

Agħmel kuntatt mal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista billi tgħafas hawn.

Statut

Il-Partit Laburista huwa regolat minn statut. Ara kopja tal-istatut billi tgħafas fuq il-link hawn taħt.

Għin

lill-Partit Laburista

Sħubija

Donazzjoni

Merchandise

PQs

Ibgħat id-domanda parlamentari li tixtieq titressaq minn deputat tal-Partit Laburista.

Reġistru Elettorali

Biex tivvota trid tkun fir-reġistru elettorali. Iċċekja hawn jekk tinsabx fir-reġistru elettorali.

Media

Agħmel kuntatt mal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista billi tgħafas hawn.

Statut

Il-Partit Laburista huwa regolat minn statut. Ara kopja tal-istatut billi tgħafas fuq il-link hawn taħt.

Għin

lill-Partit Laburista

Sħubija

Donazzjoni

Merchandise

għin lill-Partit Laburista

Sħubija

Donazzjoni

Merchandise

  • Uffiċċju Elettorali
  • Manifest
  • Uffiċċju Elettorali
  • Manifest
logo

© Partit Laburista 2022

Agħti s-Suġġeriment Tiegħek

logo

© Partit Laburista 2022

Agħti s-Suġġeriment Tiegħek