• Aħbarijiet
  • Min Aħna
    • L-Istorja Tal-Partit Laburista
    • Mexxej
    • Amministrazzjoni​
    • Grupp Parlamentari
    • MEPs
  • Malta Flimkien
  • Sħubija
  • Donazzjoni
  • KGA 2022
  • Lead
Partit Laburista
  • Aħbarijiet
  • Min Aħna
    • L-Istorja Tal-Partit Laburista
    • Mexxej
    • Amministrazzjoni​
    • Grupp Parlamentari
    • MEPs
  • Malta Flimkien
  • Sħubija
  • Donazzjoni
  • KGA 2022
  • Lead

aħbarijiet

June 14, 2020

Se titneħħa l-Emerġenza tas-Saħħa Pubblika – il-PM

Il-Prim Ministru Robert Abela ħabbar li b’effett minn ftit sigħat oħra se titneħħa d-dikjarazzjoni ta’ emerġenza ta’ Saħħa Pubblika wara l-kontroll assolut b’suċċess fuq it-tixrid tal-imxija tal-Covid-19.

 

Il-Prim Ministru Robert Abela ħabbar dan f’intervista mal-ġurnalisti minn diversi kmamar tal-aħbarijiet fuq ONE.

 

Il-Prim Ministru sostna li l-pubbliku xorta għandu jkun kawt u jimxi mal-miżuri tant effettivi li tħabbru mill-Awtoritajiet tas-Saħħa.

 

“Jien rakkomandazzjoni tiegħi huwa li nibqgħu nimxu mal-guidelines li saru b’mod tajjeb mill-Awtorijitajiet tas-saħħa Pubblika.”

 

Matul l-intervista tiegħu, il-Prim Ministru ħabbar ukoll reviżjonijiet ġodda fil-ftuħ tal-ajruporti madwar l-Ewropa.

 

Fil-fatt ħabbar li fl-1 ta’ Lulju żdiedu t-titjiriet lejn partijiet kbar mill-Italja, Franza, Spanja u l-Polonja. Dan filwaqt li l-ajruporti fil-Greċja u l-Kroazja se jiftħu fit-totalitá tagħhom. Dan sabiex umbagħad mill-15 ta’ Lulju l-ajruport se jkun qed jinfetaħ għall-bqija tal-destinazzjonijiet.

 

Mistoqsi dwar dawn id-deċiżjonijiet tant importanti mħabbra llum, il-Prim Ministru sostna li f’pajjiżna għanda biss 36 każ.

 

“Dan huwa l-punt ta’ tluq li rridu nitilqu minnu. Pajjiżna kkontrolla l-imxija tal-Coronavirus b’mod brillanti u li dan qed jirrikonoxxieh kulħadd. Rata ta’ mortalitá mill-aktar baxxa, jiġifieri ejja nitilqu minn dan il-punt ta’ tluq għaliex jekk aħna ser nibdew nippruvaw nallarmaw u nbeżżgħu lin-nies, tkun verament disservizz lejn in-nies stess.”

 

Huwa b’hekk li waqt l-intervista tiegħu l-Prim Ministru sostna l-importanza tal-midja. Fakkar kif Gvern Laburista wera l-impenn tiegħu lejn dan is-settur anke waqt il-pandemija.

 

“Saret talba mill-Gvern biex nagħtu sostenn lill-midja houses kollha biex nagħtu sostenn finanzjarju. Din it-talba ġiet milqugħa kif għamluha preċiżament il-media houses mingħajr ebda kundizzjoni. Jiġifieri l-Gvern saritlu talba u aċċetta biex jagħti sostenn finanzjarju.”

 

Tenna kif f’dawn l-aħħar ġimgħat kien hemm diskussjonijiet biex din l-għajnuna tkun ukoll estiża sa Settembru li ġej.

 

“Il-Gvern qal iva mill-ewwel mingħajr ma għamel l-ebda kundizzjonijiet…Nemmnu li ewlenija fost il-kredenzjali demokratiċi li għandu jkollna hija midja b’saħħitha. Midja li tiskrutinja lill-Gvern.”

 

 

“Pjan li jistimola l-ekonomija” – PM

 

“Dejjem tkellimna b’din in-narrattiva. Li nżommu n-negozji tagħna ħajjin biex malli tgħaddi din il-pandemija jerġgħu jaħarbu jiġru.”

 

Dwar il-Pjan ta’ Riġenerazzjoni Ekonomika li tħabbar it-Tnejn li għaddha, il-Prim Ministru Robert Abela fakkar kif dan il-pjan huwa targeted għal dan l-għan speċifiku.

 

Dan filwaqt li fl-istess ħin il-familji Maltin u Għawdxin gawdew minn ħemel ta’ miżuri. Fost oħrajn il-vouchers ta’ €100 ewro u t-traħħis fil-prezz tal-fjuwil.

 

“Il-miżuri filwaqt li l-għan primarju tagħhom huwa li jinċentivaw in-negozji tagħna minn naħa l-oħra gawdew faxxex oħra. Ma nistawx ninsew li aħna Gvern b’ruħ soċjalistá.”

 

Il-Prim Ministru tkellem ukoll dwar is-settur tal-kostruzzjoni u kif permezz tal-miżuri bħal dik tat-tnaqqis fit-taxxa tal-boll fuq l-ewwel xiri propjetá l-Gvern irnexxielu jsalva eluf ta’ konvenji li kienu kruċjali sabiex iżommu lil dan is-settur għaddej.

 

“It-trend inqalbet min illum għal għada hekk kif kellek nies li qed jippruvaw joħorġu mill-konvenju li kellhom.”

 

Robert Abela qal ukoll li fil-jiem li ġejjin ser jiġu mnehdija aktar miżuri biex in-nies ikomplu jidħlu fil-Belt Valletta sabiex jgħinu n-negozji tal-Belt Kapitali jirpiljaw.

 

“Fil-ġranet li ġejjin ser inkunu qed inniedu wkoll aktar miżuri biex in-nies jidħlu l-Belt…Li hu żgur li tlaqna minn principju wieħed li ma jintilfux l-impjiegi u n-negozji u rnexxielna.”

 

Fil-fatt il-Prim Ministru esprima s-sodisfazzjon tiegħu għall-kontroll li rnexxielu jżomm Gvern Laburista fuq ir-rata ta’ qgħad.

 

“F’pajjiżna, ir-rata ta’ qgħad tagħna fl-eqqel ta’ pandemija dan il-Gvern irnexxielu jżomm ir-rata ta’ qgħad f’nofs ir-rata ta’ qgħad li rnexxielu jżomm Gvern Nazzjonalista…In-numru korrett ta’ persuni li qed jirreġistraw huwa ta’ 4,400. Tajjeb li nkunu fattwali. Il-bidla fir-rata ta’ qgħad qalb il-Maltin u Għawdxin kien biss ta’ 1,600.”

 

Intant il-Prim Ministru tkellem dwar l-importanza tar-rapport tal-Moneyval fil-ġimgħat li ġejjin. Dan filwaqt li esprima s-sodisfazzjon tiegħu għan-nomina ta’ Angelo Gafa għall-kariga ta’ Kummissarju tal-Pulizija.

 

“Nistqarr li jekk wieħed iħares lejn in-numru ta’ prosekuzzjonijiet li saru dwar ‘money laundering’ miniex sodisfatt. Miniex sodisfatt għaliex jiena nemmen li kellu jkun hemm aktar prosekuzzjonijiet f’dan ir-rigward u għal daqstant qiegħed nistenna li malli l-Kummissarju tal-Pulizija ġdid jinħatar, jieħu l-kariga tiegħu, jrid jagħmel enfażi qawwija, ħidma qawwija f’dan is-settur. Mhux biss li jkompli jsiru l-investigazzjonijiet imma wkoll li jitressqu l-persuni…Miniex se nagħmel pressjoni fuq il-Korp tal-Pulizija u ma nistax nagħmilha dik il-pressjoni peró iva se nagħmel insistenza sħiħa fuq il-Korp tal-Pulizija li nara kulħadd jagħmel xogħlu, li kulħadd jagħmel l-investigazzjonijiet kollha minn aspett ta’ Pulizija u li jinħarġu l-akkużi.”

 

Fil-fatt il-Prim Ministru sostna l-importanza tas-sehem tal-Oppożizzjoni fil-proċess tal-ħatra tal-Kummissarju tal-Pulizija u li ma jabdikawx mir-responsabbiltajiet tagħhom.

 

“Din hija opportunitá li l-Oppożizzjoni ma tistax tabdika minnha u naħseb li jkun żball kbir li l-Oppożizzjoni tibbojkottja dan il-proċess.”

 

Dwar l-investigazzjonijiet fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, il-Prim Ministru sostna li jinsab sodisfatt li l-kumpilazzjoni miexja b’rittmu tajjeb. Xhieda tal-istituzzjonijiet li qed jaħdmu f’pajjiżna. Dan kollu qed jurina li llum verament għandna għada aħjar”, temm jgħid il-Prim Ministru.

 

“Illum sodisfatt li verament qed naraw għada aħjar mil-lum. Pitgħada li huwa aħjar minn għada u qed ngħixu mument li huwa verament sabiħ. Wara 3 xhur li kien hemm ħafna fejn raw il-qtiegħ il-qalb, illum qed naraw id-dawl, dawl li huwa b’saħħtu ħafna għall-futur ta’ pajjiżna. Ejja ħalli flimkien inkomplu naħdmu kif ħdimna f’dawn l-aħħar 3 xhur fi spirtu ta’ għaqda nazzjonali fi spirtu fejn verament inħobbu lil Malta u nħobbu lil Għawdex. Verament nemmen li hemm futur sabiħ għall-Maltin u l-Għawdxin kollha. Kuraġġ, tama u fiduċja.”

Comments Box SVG iconsUsed for the like, share, comment, and reaction icons
Partit Laburista
12 hours ago
Partit Laburista
RENEW – Attivita’ suċċess fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista.

Grazzi talli ngħaqadtu magħna! 💓

Robert Abela

RENEW – Attivita’ suċċess fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista.

Grazzi talli ngħaqadtu magħna! 💓

Robert Abela
... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 171
  • Shares: 19
  • Comments: 0

Comment on Facebook

Partit Laburista
16 hours ago
Partit Laburista
Kollox lest biex niftħu l-bibien taċ-Ċentru Nazzjonali Laburista. Ingħaqdu magħna.

Kollox lest biex niftħu l-bibien taċ-Ċentru Nazzjonali Laburista. Ingħaqdu magħna. ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 714
  • Shares: 64
  • Comments: 61

Comment on Facebook

Mhux hekk wara li armejtuna u taghituna b sieq .. Gej il bikki rega . Armi lemm qaziztu l alla tiklu wahidkom.

Grazzi tax xghol kollu li qijghad jghamel il partit pero isimghaw lilmenti tan nies gusti

Il-partit li jiġbed in-nies dejjem lejh. Qatt qabel ma kien hawn partit li żamm maġġoranza assoluta daqs illum. Grazzi għall-gvern u l-partit Laburista❤️🌹🇲🇹

Ara ma jigbdilkomx IL bieb mieghu GAHAN

Kien nofs t'nhar eccelenti. Prosit ta' l-innizjativa. U prosit lill-volontiera kollha.

Ahjar tifthu l bibien biex tiltaqu mal familjari tal vittmi tal konstruzjoni li tinsab bla kontroll.

Good morning ☀️

Good morning❤

Min Mmaqdar Rrid Jixtri Hommor

Mela l- kontra li qed jigri fil- Pieta 😆 🤣 😂

Minn hu armat u minn hu zarmat proset PL

Good morning ☀️

Good morning❤

Good morning❤

Well done!!

Good morning

Prosit u grazzi li tajtu din l-opportunita lil nies sabiex jigu l-CNL.

Suldati ta'l azzar fil kju

Tistaw tifthu il bieb tal bejd alija ghax qat mintom atarawni izjedd qass biex nerga nivota u tesera qas inhalasa iktar

Viva l Labour

Tistaw tifthu t twieqi ukoll ta ha tibdlu ftit larja ukoll. :)

Proset

Dawk laqas jivitaw darba ohra

Ma taghmilx differenza jifthu l.bibien

Grazzi u proset

View more comments

Partit Laburista
2 days ago
Partit Laburista
Open Day fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista

Iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista miftuħ għall-pubbliku s-Sibt li ġej mid-09:00 sas-13:00.

Ingħaqad magħna 🔴
... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 80
  • Shares: 107
  • Comments: 5

Comment on Facebook

Inizzjattiva sabiha li jinghata ktieb b xejn mal membership . U Dawk li hallsu online ?

XAXQA. KEM SE TITOLBUWOM DONEJXIJN?

jekk jogħġbok ħallili messaġġ fil-privat, għandi xi affarijiet xi ngħidilkom li jistgħu jkunu ta' interess għalik

View more comments

Partit Laburista
2 days ago
Partit Laburista

Photos from Partit Laburista's post ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 22
  • Shares: 5
  • Comments: 0

Comment on Facebook

Partit Laburista
3 days ago
Partit Laburista
Id-differenza bejn Robert Abela u Bernard Grech

Għal ħaddieħor, l-għajnuniet li jagħti l-Gvern mhumiex sostenibbli. Irid jipprova jaqtagħlek qalbek.

Id-direzzjoni tagħna hija ċara. Ingħaqad magħna.

Ċempel fuq 51602034 jew ibgħat SMS fuq 50619275 jew inkella ssieħeb onlajn fuq www.partitlaburista.org
... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 64
  • Shares: 41
  • Comments: 4

Comment on Facebook

God Bless

Haddiehor f' l- Opposiizzjoni kollox BABAW, Izda meta jkunu fit-TMEXXIJJA JKUNU HEMM BISS BIEX JIGU SERVUTI W MHUX BIEX JSERVU LIL POPLU MALTI.

The best

Load more

PQs

Ibgħat id-domanda parlamentari li tixtieq titressaq minn deputat tal-Partit Laburista.

Reġistru Elettorali

Biex tivvota trid tkun fir-reġistru elettorali. Iċċekja hawn jekk tinsabx fir-reġistru elettorali.

Media

Agħmel kuntatt mal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista billi tgħafas hawn.

Statut

Il-Partit Laburista huwa regolat minn statut. Ara kopja tal-istatut billi tgħafas fuq il-link hawn taħt.

Għin

lill-Partit Laburista

Sħubija

Donazzjoni

Merchandise

PQs

Ibgħat id-domanda parlamentari li tixtieq titressaq minn deputat tal-Partit Laburista.

Reġistru Elettorali

Biex tivvota trid tkun fir-reġistru elettorali. Iċċekja hawn jekk tinsabx fir-reġistru elettorali.

Media

Agħmel kuntatt mal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista billi tgħafas hawn.

Statut

Il-Partit Laburista huwa regolat minn statut. Ara kopja tal-istatut billi tgħafas fuq il-link hawn taħt.

Għin

lill-Partit Laburista

Sħubija

Donazzjoni

Merchandise

għin lill-Partit Laburista

Sħubija

Donazzjoni

Merchandise

  • Uffiċċju Elettorali
  • Manifest
  • Uffiċċju Elettorali
  • Manifest
logo

© Partit Laburista 2022

Agħti s-Suġġeriment Tiegħek

logo

© Partit Laburista 2022

Agħti s-Suġġeriment Tiegħek