Għin
lill-Partit Laburista
September 7, 2020
Sejħa suċċess għall-programm LEAD
Il-programm LEAD reġa’ ġibed l-interess ta’ diversi tfajliet u nisa minn oqsma differenti tal-ħajja. 37 persuna applikaw biex minn Ottubru li ġej ikunu parti minn dan il-programm tal-Partit Laburista maħsub biex ikompli jżid il-parteċipazzjoni tan-nisa fil-politika.
Il-Membru tal-Parlament Ewropew, Miriam Dalli, li hija wkoll il-koordinatriċi ta’ dan il-programm ikkummentat kif ir-riżultat pożittiv ta’ dan il-programm huwa frott l-impenn u r-rieda li teżisti biex fil-pajjiż issir il-bidla li twassal biex ikun hemm ugwaljanza wkoll fil-postijiet fejn jittieħdu d-deċiżjonijiet.
“L-interess qawwi f’sejħa oħra ta’ LEAD juri kemm il-Partit Laburista huwa moviment miftuħ għaċ-ċittadini kollha ta’ Malta u Għawdex. Permezz ta’ LEAD qed nuru bil-fatti li se nibqgħu naħdmu biex ikollna aktar nisa u tfajliet li jipparteċipaw b’mod attiv fil-politika.Konvinta li matul dan il-ħames programm se nkomplu nsibu aktar nisa determinati jwettqu bidla pożittiva. Dan l-interess ikompli jimlina bil-kuraġġ biex nibqgħu nagħmlu ħilitna ħalli nkunu l-moviment tal-opportunitajiet, il-moviment tal-bidla.”
Dan se jkun il-ħames grupp tal-programm LEAD li issa qed jinfetaħ għar-raba’ sena konsekuttiva.
Ibgħat id-domanda parlamentari li tixtieq titressaq minn deputat tal-Partit Laburista.
Biex tivvota trid tkun fir-reġistru elettorali. Iċċekja hawn jekk tinsabx fir-reġistru elettorali.
Agħmel kuntatt mal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista billi tgħafas hawn.
Il-Partit Laburista huwa regolat minn statut. Ara kopja tal-istatut billi tgħafas fuq il-link hawn taħt.