• Labour’s LGBTIQ+ Rights Legacy
  • Aħbarijiet
  • Min Aħna
    • L-Istorja Tal-Partit Laburista
    • Mexxej
    • Amministrazzjoni​
    • Grupp Parlamentari
    • MEPs
  • Malta Flimkien
  • Sħubija
  • Donazzjoni
  • KGA 2022
  • Lead
Partit Laburista
  • Labour’s LGBTIQ+ Rights Legacy
  • Aħbarijiet
  • Min Aħna
    • L-Istorja Tal-Partit Laburista
    • Mexxej
    • Amministrazzjoni​
    • Grupp Parlamentari
    • MEPs
  • Malta Flimkien
  • Sħubija
  • Donazzjoni
  • KGA 2022
  • Lead

aħbarijiet

July 29, 2023

Sinerġija bejn il-viżjoni tal-Gvern u l-imsieħba soċjali

Djalogu tajjeb immens fuq is-settur tal-enerġija u dak li rridu għal pajjiżna 

“Il-forum tal-MCESD, fejn ipoġġu l-imsieħba soċjali, dan il-Gvern jagħtih importanza enormi. Dejjem hekk għamilt kemm ilni Prim Ministru u hekk se nibqa’ nagħmel għaż-żmien li ġej. Speċjalment meta qed nitkellmu fuq kwistjonijiet nazzjonali, sfidi kbar bħal mhi l-bidla fil-klima.”

Dan qalu l-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista, Robert Abela f’intervista fuq ONE Radio fejn spjega kif matul din il-laqgħa, saru diskussjonijiet tekniċi, daqskemm politiċi dwar pjanijiet studjati, dettaljati u li nafu kemm jiswew u kif se jitwettqu. 

Dan wassal għal deċiżjoni biex is-sena d-dieħla minflok se ninvestu €15 -il miljun, se jiġu nvestiti d-doppju – €30 miljun. 

“Issa meta nsemmi dawn iċ-ċifri xi jfissru. Ifissru ċentri ta’ distribuzzjoni ġodda u nkabbru oħrajn, il-bini ta’ għexieren ta’ substations ġodda u nżidu kilometri ta’ cables li jkomplu jagħmlu s-sistema iktar robusta.”

Robert Abela sostna wkoll li mal-MCESD ilbieraħ, spjega kif iċ-ċirkostanzi preżenti jitolbu li dawn il-miżuri nwettquhom iktar malajr u nżidu magħhom. 

“U dan il-pjan, li lbieraħ qsamna mal-imsieħba soċjali fid-dettall u ntlaqa’ b’mod pożittiv. Hu pjan li ftaħnih għad-diskussjoni għax konvinti mill-ħtieġa ta’ dak li qed nagħmlu u miftuħin għal iktar ideat.”

Tema oħra importanti li ġiet diskussa fil-laqgħa tal-bieraħ kienet l-isfida tal-bidla fil-klima. Il-Prim Ministru emfasizza kif bħala pajjiż irridu nibqgħu fuq quddiem nett fl-inizjattivi kontra l-bidla fil-klima. “U kien għalhekk li ħabbart awtorità ffokata fuq hekk. Awtorità li x-xogħol fuqha ilu li beda u li jrid ikollha rwol importanti biex tqajjem kuxjenza dwar is-suġġett, iżda wkoll tindirizza u tipproponi ideat biex intejbu l-qagħda f’pajjiżna. Żgħir kemm hu żgħir pajjiżna lest jagħmel il-parti tiegħu.”

Min-naħa l-oħra, Robert Abela saħaq kif il-Partit Nazzjonalista dejjem jagħżel it-triq tal-partiġġjaniżmu. 

“Il-Partit Nazzjonalista dejjem jagħżel it-triq tal-partiġjaniżmu. Affari tiegħu. Li nista’ ngħid b’ċertezza hi ħaġa waħda. Fl-enerġija mal-Partit Nazzjonalista żewġ affarijiet ċerti dejjem; kontijiet ogħla u inkonsistenza.Kontijiet ogħla għaliex jipproponu x’jipproponu jduru ma’ sistemi li jħallu kollox f’idejn is-suq, ta’ jekk jgħolew barra jgħolew Malta. U l-istess reġgħu għamlu. Li jgħidulna li l-għajnuna mhux sostenibbli. Hemm ma naqblux. Biex ninvestu m’għandniex għalfejn nsallbu n-nies kif għamlu huma.”

Trasparenza sħiħa fil-proċess tal-inkjesta Maġisterjali dwar il-każ Jean Paul Sofia 

“Il-pubblikazzjoni tal-inkjesta Maġisterjali kienet pass ieħor fil-bżonn, li dwar dan il-każ toħroġ il-verità kollha. U biex titqajjem kuxjenza dwar ċerti każi. Għall-ġejjieni, l-importanti, ir-riformi li qed inwettqu. Li nieħdu t-tgħalimiet bħala pajjiż.”

Hekk sostna l-Prim Ministru dwar l-atitudni li mexa biha l-Gvern f’dan il-każ, turija oħra bil-fatti li rridu atitudni differenti u nieħdu t-tagħlimiet. 

“U bħala Gvern bdejna proċessi li jżidu s-serjeta’ fis-settur. Qed indaħħlu regoli fejn ma kienx hemm u rridu nżidu l-infurzar. Din il-ġimgħa stess ħabbarna konsultazzjoni dwar regoli l-ġodda għal-liċenzjar tal-bennejja, li se jkunu qegħdin jikkumplimentaw ir-regolamenti l-ġodda li daħħalna, dwar l-obbligu tal-liċenzjar tal-kuntratturi tat-twaqqigħ, skavar u kostruzzjoni. Hija riforma li se twassal biex nkomplu ngħollu l-livell fis-settur. Dan settur fejn m’għandux ikun hemm kompromessi mal-kwalita’ u s-saħħa u s-sigurtà tan-nies.”

Ħidma mdawwra mal-aspirazzjonijiet tan-nies

“M’hawnx suċċess mingħajr bidla. U aħna dik il-bidla lesti biex nagħmluha flimkien.”

Robert Abela semma dan f’kuntest ta’ tmexxija ta’ pajjiż li ma jiddejjaqx jaffaċċja fejn illum jista’ jsir differenti għax pajjiż b’saħħtu hu dak li jwieġeb għar-realtajiet ġodda. 

“Fil-Parlament Ewropew, il-Partit Laburista għandu erba’ rappreżentanti li qed jagħmlu xogħol tajjeb ħafna. Xogħol favur Malta. Bħalma wara kollox għandu fil-parlament malti. Jien kburi bix-xogħol tal-grupp parlamentari kollu. 

Fl-istess ħin qed  nippreparaw għall-elezzjoni tas-sena d-dieħla, inkluż bl-approvazzjoni ta’ kandidati ġodda li magħhom jiżdiedu oħrajn fiż-żmien li ġej. Approvajna tliet kandidati din il-ġimgħa, Marie Elise, Daniel u Maria Sara. Persuni, nista’ ngħidilhom żgħażagħ anke jekk għandhom esperjenza politika u professjonali, li għandhom esperjenzi differenti fil-ħajja u ħafna enerġija li se jagħtu kontribut importanti ħafna fil-ħidma li rridu nagħmlu.”

Il-Prim Ministru sellem ukoll il-memorja ta’ Ray Mahoney, ikona fil-qasam letterarju u li ta kontribut enormi fl-istazzjonijiet ONE. 

Comments Box SVG iconsUsed for the like, share, comment, and reaction icons
Partit Laburista
10 hours ago
Partit Laburista
€441,530 f’donazzjonijiet għall-Partit Laburista. Grazzi!

€441,530 f’donazzjonijiet għall-Partit Laburista. Grazzi! ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 105
  • Shares: 21
  • Comments: 25

Comment on Facebook

Prosit 👏🏽👏🏽

Great 👍

Well done

Well done 👍

Proset

Prosit PL 🌹

A Big Well done 👏 ✔

Proset.

Prosit 👏👏

Grazzi poplu Malti u Għawdxi ❤️

Proset

Proset

Prosit poplu

PROSET

Well done

Well done

Gabra tajba imma qumu minhemm ghax is-somma naqset hafna jekk tqabbel ma li kemm kien jingabar qabel.

Prosit

Prosrt

Proset u Grazzi lil min ta donazzjoni.

View more comments

Partit Laburista
18 hours ago
Partit Laburista
Ġbir ta' Fondi.

Ma jinbidlu qatt. ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 32
  • Shares: 24
  • Comments: 19

Comment on Facebook

😁😁😁😁😁

Pulcenel gideb hamallu

June il pn ha gieb it 3 siggu

Please people from the pn relax because you got long time in the opposition 😋😋😋😋😋😥😥😥😥🤣🤣🤣🤣

XEJN SEW LIL DAN BENDU U IL PN ZDINGAT TRIJDU IMMEXU LIL MALTA DAK IS SALVAGISMU KOLLU KIKU JIBATUNA MITT SENA LURA FIZMIEN IL QAMEL

Hu hallinan l akbar partit korrot fl istorja ta pajjizna Vera mahmugin mafia ghawa min tat taljani imma dejjem li is sewwa jirbah zgur

Veru ma jinbidlu qatt ghax hlif kurruzjomi ma hawnx.

Faċli titmejlu b'oppożizzjoni tal-qamel. Intom inbdiltu imma, għax tgħallimtu kif taħxu pajjiż sa ruħ ommu. 'Qas Lorry Sant ma wasal fejn wasaltu llum. Prosit.

Warbu your tern is over u stahbew

Irrangajtuha l Airmalta!! Hekk wkoll qamet fuq saqajha!! U mbghad twahhlu f haddiehor, mela ghala pridkajtu u weghdtu li se tibda taghmel il profitti!! Ghandkhom biex tizzufjettaw b haddiehor!!!

Hlief demm, giddeb u korruzzjoni ma hemm xejn surra fil partit laburista. Rega wasal anniversarju ta Daphne Caruana Galizia. Gew arrestati l hut iz zghir u l gustizja mal kbar meta ha ssir :)))

Tradituri saqsi lii Eddie fejnu il pn

Qed taghjru lil PN li ma jinbidlu QATT ghara inthom imbdiltu ghax minn partit tal h adiema sirtu partit tal MAFJUZI ghax hlief serq u korruzjoni ma ghamiltux fdawn lahar 10 snien

Ha gibuna nitkarbu taf kemm hemm dejn lanqas jekk tamel l ahhar 10 snin taht gonzi ma tella daqsekk dejn €9 biljuni dejn u plus et inhalsu €4 miljuni dejn imax fil gima interesi Ara kif ha gibuna 4 tijiem ohra 😡

View more comments

Partit Laburista
22 hours ago
Partit Laburista
Il-ftuħ tal-Konferenza Ġenerali tal-Partit Laburista. 

Ingħaqdu magħna għall-Maratona Ġbir ta’ Fondi minn hawn u ftit minuti oħra. 

#insaħħumaltatagħna

Il-ftuħ tal-Konferenza Ġenerali tal-Partit Laburista.

Ingħaqdu magħna għall-Maratona Ġbir ta’ Fondi minn hawn u ftit minuti oħra.

#insaħħumaltatagħna
... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 140
  • Shares: 25
  • Comments: 3

Comment on Facebook

nice photos

💯💯💯

Prosit

Partit Laburista was live.
23 hours ago
Partit Laburista
Q&A mal-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista, Robert Abela

Q&A mal-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista, Robert Abela ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 45
  • Shares: 59
  • Comments: 5

Comment on Facebook

Grande Il Prim ....❤

Proset Priministru w Tim Malta 🇲🇹 ❤️ GVERN LI WIEGHED IWETQU U LI JAHSEB F'KULLHADD KEMM F'MALTA KIF UKOLL F'GHAWDEX! GRAZZI MIL-QALB.

Shettghu lill pajjizna! Ja korrotti.

Nixtieq naghmel suggeriment illi l-ghajnuna li tinghata lil koppji (i.e. €1000 fis-sena) ghandha tkun tapered. Jigifieri li jibda jinghata aktar sussidju fil-bidu (per ezempju €2000 fl-ewwel sengha €1500 it-tieni sena ecc) tal-hlas lura fil-loan ghaliex l-koppji l-aktar li ghandhom bzonn huwa fil-bidu meta jibdew ihabbtu rashom dwar il-pagamenti fuq il-loan. Ukoll l-aktar li jithallas imghax huwa fil-bidu tal-loan. Aktar ma jonqos il-bilanc aktar thallas inqas imghaxijiet u generlament l-aktar li jkun hemm imghaxijiet huwa fil-bidu tal-home loan. Issa aktar ma jghaddi zmien l-ammont jibda jonqos u lill-koppja tibda tassumi aktar il-pagamenti hi. Pero il-gvern ikun ghenhom fl-aktar zmien krucjali tal-bidu taghhom!

Is-sens civiku jiddependi hafna fuq il-politika tal-individwu. Waqt li jezistu individwi injuranti nemmen hafna li dawk li ma jisseparawx ghax huma politikament motivati. Inharsu lejn x'ghamel is-Sindku ta tas-Sliema u dan huwa ezempju haj ta kif iz-zibel qieghed jintuza bhal arma kontra l-gvern. Hemm bzonn ta ligijiet aktar horox u enforcement iktar. Il-gvern irid jidher li ghandu kontroll tas-sitwazzjoni attwali!

View more comments

Partit Laburista
2 days ago
Partit Laburista
Ġbir ta' Fondi

Niltaqgħu għada. ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 43
  • Shares: 24
  • Comments: 18

Comment on Facebook

How about illegal immigration......Dak ser jitqaccat? Jew Le?

Ahjar Dal gvern ghax jihdu 450 ta xejn fix xaghar

Mohhok biex tigilet qisek Tyson u ma tiswix Kannur pulcenel kont ghandek u tipqa int trid tmexux malt mintix kapaci tmexux partit kumidjant

Nintaqaw ghada halli inkomplu nibrain washjawkom ghac cwiec imma .

🙄🙄🙄🙄🙄 ezatt hekk hu

Gvern korrott b'hekk jgheda?

U l-400,000,000 u l-600,000,000... kulhadd jithanzer!

Vouchers min tal fliexken taccettaw please? Asking for a friend😜🤡🐷

Wara li hxejtu pajjiz issa tridu titmejlu b haddiehor. Ahjar tifukaw kif ha tirangaw dak li faraktu u rovinajtu milli tifukaw kif tghadu biz zmien lopozizzjoni.

Ghax ma tmorrux tinhbew ja qabda korrotti. Kissirtu pajjiz biex joistghanew shabkom il-laburisti. Imma ma tafux tisthu.

ghejdli fejn se tkun halli ma nersaqx l hemm bendu il grieg

KUMIDJANT KOLLU

It-Times ghada!

No comment.

View more comments

Load more

PQs

Ibgħat id-domanda parlamentari li tixtieq titressaq minn deputat tal-Partit Laburista.

Reġistru Elettorali

Biex tivvota trid tkun fir-reġistru elettorali. Iċċekja hawn jekk tinsabx fir-reġistru elettorali.

Media

Agħmel kuntatt mal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista billi tgħafas hawn.

Statut

Il-Partit Laburista huwa regolat minn statut. Ara kopja tal-istatut billi tgħafas fuq il-link hawn taħt.

Għin

lill-Partit Laburista

Sħubija

Donazzjoni

Merchandise

PQs

Ibgħat id-domanda parlamentari li tixtieq titressaq minn deputat tal-Partit Laburista.

Reġistru Elettorali

Biex tivvota trid tkun fir-reġistru elettorali. Iċċekja hawn jekk tinsabx fir-reġistru elettorali.

Media

Agħmel kuntatt mal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista billi tgħafas hawn.

Statut

Il-Partit Laburista huwa regolat minn statut. Ara kopja tal-istatut billi tgħafas fuq il-link hawn taħt.

Għin

lill-Partit Laburista

Sħubija

Donazzjoni

Merchandise

għin lill-Partit Laburista

Sħubija

Donazzjoni

Merchandise

  • Uffiċċju Elettorali
  • Manifest
  • Uffiċċju Elettorali
  • Manifest
logo

© Partit Laburista 2022

Agħti s-Suġġeriment Tiegħek

logo

© Partit Laburista 2022

Agħti s-Suġġeriment Tiegħek