Għin
lill-Partit Laburista
April 10, 2019
Sospensjoni taparsi biex tipprova tinħeba l-firda fil-PN
Maħruġa mill-Uffiċċju Komunikazzjoni tal-Partit Laburista
Sospensjoni taparsi biex tipprova tinħeba l-firda fil-PN
Bi tmexxija ta’ Delia, il-PN hu partit maqsum iktar minn qatt qabel. Partit li spiċċa jieħu azzjonijiet finta bil-għan li jipprova jaħbi l-inkwiet intern li mhu jieqaf xejn.
Fuq naħa,għandek klikka tattakka dak kollu li ġej min-naħa tal-Kap tal-Partit u fuq in-naħa l-oħra għandek klikka li tivvinta l-iskużi u taġixxi b’mod ‘fake’ biex tipprova ssalva lill-Kap. Għalhekk saret din is-sospensjoni taparsi minn wieħed minn tnejn min-nies li għamlu l-istess ħaġa flimkien u li fuq kollox kien ilu diversi jiem jiddefendiha u jattakka lil min ikkritikaha.
B’hekk hu ċar li l-ftehim hu li din is-sospensjoni tintuża biss għalissa biex id-deputati tal-PN ma jibqgħux jitgħajjru fil-miftuħ ġimgħat qabel appuntament elettorali.
Uffiċċju Komunikazzjoni
Partit Laburista
Ibgħat id-domanda parlamentari li tixtieq titressaq minn deputat tal-Partit Laburista.
Biex tivvota trid tkun fir-reġistru elettorali. Iċċekja hawn jekk tinsabx fir-reġistru elettorali.
Agħmel kuntatt mal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista billi tgħafas hawn.
Il-Partit Laburista huwa regolat minn statut. Ara kopja tal-istatut billi tgħafas fuq il-link hawn taħt.