Skip to content

Il-fatt li l-istqarrija tal-Partit Nazzjonalista llejla dwar is-Central Link Project hija ffirmata minn tliet deputati membri tal-aħħar gvern nazzjonalista jagħmilha waħda mingħajr ebda kredibbiltà.

David Agius, Jason Azzopardi u Edwin Vassallo kienu lkoll parti mill-gvern li ried Centra Link Project b’effett ikbar fuq l-ambjent.

Kienu wkoll parti mill-gvern li wassal għall-ikbar qerda ambjentali fl-istorja meta estenda ż-żoni ta’ żvilupp.

Il-proġett tas-Central Link, kif propost illum, huwa ambjentalment iktar sostenibbli għax naqqas l-art agrikola użata u iktar minn hekk fi tmiem tiegħu se jkun hemm iktar siġar milli hemm illum. Dan fl-istess ħin li jitnaqqas it-traffiku u għalhekk jonqsu wkoll l-emmissjonijiet.

Ta’ min ifakkar li mhux se jintmessu lanqas is-siġar fit-tela’ tas-Saqqajja kif kien hemm min prova jagħti l-impressjoni. Ironikament l-aħħar wieħed li ried jaqla’ s-siġar f’dik iż-żona huwa wkoll firmatarju tal-istess stqarrija. Dan għax sakemm inqabad Toni Bezzina ried jaqla’ s-siġar biex jibni villa għalih.

Ara kif jista’ jittieħed bis-serjetà!

Aqsam ma' ħaddieħor

Share on facebook
Share on twitter
Share on linkedin