• Aħbarijiet
  • Min Aħna
    • L-Istorja Tal-Partit Laburista
    • Mexxej
    • Amministrazzjoni​
    • Grupp Parlamentari
    • MEPs
  • Malta Flimkien
  • Sħubija
  • Donazzjoni
  • KGA 2022
  • Lead
Partit Laburista
  • Aħbarijiet
  • Min Aħna
    • L-Istorja Tal-Partit Laburista
    • Mexxej
    • Amministrazzjoni​
    • Grupp Parlamentari
    • MEPs
  • Malta Flimkien
  • Sħubija
  • Donazzjoni
  • KGA 2022
  • Lead

aħbarijiet

June 16, 2019

Summit li ħalla l-frott u wera l-kapaċita’ tagħna

Is-summit bejn seba’ mexxejja ta’ pajjiżi minn nofsinhar tal-Unjoni Ewropea kien summit li ħalla l-frott u li reġa’ wera l-ħila ta’ Malta. Dan b’mod partikolari f’dawk li huma ideat għall-ġejjieni tal-Unjoni Ewropea, fost oħrajn.

Tkellem dwar dan il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista f’intervista rrekordjata fuq ONE Radio.

Tkellem dwar kif din il-laqgħa  “tat frott għaliex ninsabu lejliet li l-Unjoni Ewropea tkun qed timbarka fuq numru ta’ deċiżjonijiet, id-deċiżjoni li ħa tieħu l-UE għall-ħames snin li ġejjin, diskussjoni dwar il-baġit għas-seba’ snin li ġejjin u t-tmexxija tal-istituzzjonijiet Ewropej… għamilna progress tajjeb dwar kif ħa nkunu qed naħdmu flimkien anke għal dan is-sajf dwar l-issue tal-immigrazzjoni… it-teknoloġija u innovazzjoni.”

Kien hawn li l-Prim Ministru spjega kif fis-summit ta’ nhar il-Ġimgħa “bħala pajjiż kienet ta’ possibilta’ oħra li nuru dak li kapaċi noffru f’dak li għandu x’jaqsam mal-ideat fuq kollox…għandna kontribut b’ideat x’nagħtu.”

Tkellem  ukoll il-laqgħa bilaterali mal-President Franċiż, Emaniel Macron, laqgħa fejn ġiet deskritta mill-Prim Ministru Malti bħala “tajba ħafna fejn tkellimna dwar kif nistgħu niżviluppaw aktar ir-relazzjonijiet li huma diġa’ eċċellenti bejn Malta u Franza.”

 

Ittieħdet azzjoni, se jiġu ċċarati responsabbiltajiet u proposti bidliet

 

Fid-dawl li fl-aħħar jiem iġġarfu binjiet li maġenbhom kien hemm sit ta’ kostruzzjoni, il-Prim Ministru saħaq li ma kellux triq oħra ħlief li jwaqqaf ix-xogħolijiet kollha ta’ skavar, xogħolijiet kollha ta’ demolizzjoni.

“Id-deċiżjoni kienet waħda għalija ċara u ovvja li meta tlabt analiżi fil-ġimgħat u l-jiem li għaddew tas-sitwazzjoni legali, huwa ċar li għandna liġijiet f’pajjiżna. Jiġifieri mhux kwistjoni ta’ liġijiet. Il-liġijiet huma ċari. Ħafna min-nies isegwuhom il-liġijiet, imma mbagħad għandek numru minnhom li jippruvaw dejjem isibu xi ventilatur minfejn jgħaddu.”

Il-Prim Ministru esprima s-sodisfazzjon tiegħu li meta nforma lill-istakeholders fil-qasam tal-iżvilupp b’din id-deċiżjoni fil-laqgħa li kellu magħhom, “kollha kemm huma qablu li kif inhi s-sitwazzjoni, tajjeb li nieqfu, nieħdu perjodu ta’ riflessjoni u naraw ir-regoli l-ġodda.”

Joseph Muscat qal li l-punt prinċipali f’dan kollu hu li rridu nneħħu s-sitwazzjoni fejn il-ħmar iwaħħal f’denbu. Il-gvern ma jistax joqgħod għassa ma’ kull post. Bl-istess kejl, il-Prim Ministru tenna kif il-gvern ma jistax joqgħod jitfa’ għassa ma’ kull professur biex jara li l-operazzjonijiet mexjin kif suppost  Hawn saħaq li hemm responsabiltajiet u għalhekk jingħataw il-warrants.

Il-Prim Ministru fakkar li nhar it-Tnejn se jkunu ppubblikati bidliet dwar is-suġġett.

“Se niċċaraw iktar ir-responsabilta’ tal-perit. Il-perit jagħmel dak li jgħidulu method statement, jiġifieri jgħid lill-kuntrattur iswed fuq l-abjad kif għandu jaħdem. Jekk il-kuntrattur ma jsegwix dak il-method statement, il-kuntrattur jidħol responsabbli. Barra minn hekk, ikollok il-persuna l-oħra li huwa s-site manager, il-persuna responsabbli li tieħu ħsieb tara l-affarijiet kif isiru…Dan is-site manager irid ikun hemmhekk, jew hu/hi jew il-perit  fil-ħinijiet li jittieħdu deċiżjonijiet kruċjali. U trid tkun dokumentata li qegħdin hemmhekk. Ħalli dawn jieħdu deċiżjoni fuq il-post.”

“It-tieni proposta importanti hija li dawn is-site managers, jew ikollhom il-kwalifiċi li jikkwalifikawha bħala site manager, jew inkella l-perit tal-proġett jiċċertifika li dak il-persuna, hu jafdah bħala site manager… Minnu nnifsu, hekk il-ħmar qatt ma jista’ jwaħħal f’denbu,” kompla l-Prim Ministru.

Bidliet oħra jinkludu s-survey tal-ġeoloġija, fejn filwaqt li qabel kienet li dan it-tip ta’ studju isir biss jekk tħaffer iktar minn tliet metri, issa qed ngħidu, meta tħaffer bilfors trid tagħmlu.

Il-Prim Ministru fakkar li “sa issa, min jikser xi regola, jeħel €500. U filfatt ikollok xi nies jgħidulek b’€500, jien nibqa’ għaddej. Dik ħa tiżdied għal €10,000. Min ikollu avviż biez jieqaf għax kiser xi regola, sal-lum kien jeħel €1,200. Issa jibda jeħel €50,000.”

Il-Prim Ministru sostna wkoll li lill-pajjiż, dawn il-ġimagħtejn, tliet ġimgħat ħa jiswewh il-miljuni bħala xogħol iżda żgur mhux ħa jissogra li jmut xi ħadd biex imbagħad jieħu din l-istess azzjoni.

 

Malta Air se ssaħħaħ it-turiżmu u l-konnettivita’ ta’ pajjiżna

 

Il-Prim Ministru enfasizza li “permezz tal-Malta Air, Malta se tkun tista’ tidħol fi swieq oħra, fejn sal-lum ‘il ġurnata, ma għandniex is-saħħa li nidħlu fihom.”

Tkellem dwar kif ir-Ryan Air issa għandhom strateġija Ewropea ġdida, li minflok ikollhom kumpanija waħda kbira fl-Irlanda, qegħdin jifirxu fuq erba’ kumpaniji – waħda fl-Irlanda, waħda fil-Polonja, waħda fl-Awstrija, fl-Irlanda u Malta.

Joseph Muscat fakkar kif ir-Ryan Air diġa’ għandhom bażi b’saħħitha f’Malta u issa minn “sitt ajruplani se jżiduhom għal għaxar ajruplani u bl-iskop li jkun hemm mal-ħamsin ajruplan ieħor li qegħdin illum ‘il ġurnata f’pajjiżi oħra Ewropej, li jitneħħew mir-reġistru ta’ dawk il-pajjiżi u li jinġabu dir-reġistru Malti. Waħdu, dak iwassal investiment ta’ madwar biljun f’Malta.”

Muscat tenna li minflok ir-Ryan Air telqu għal rashom, tkellmu mal-Gvern kif jista’ jkollna sinerġiji u kif nistgħu naħdmu flimkien. U ġie deċiż li nagħmlu kumpanija flimkien, fejn tkun kumpanija tar-Ryan Air, imma jkollna golden share, jiġifieri sehem wieħed li l-valur nominali tiegħu m’huwiex kbir imma għandu sħħa kbira.

Il-Prim Ministru għamilha ċara li dan mhu se jfixkel xejn ix-xogħol tal-Air Malta. Għall-kuntrarju, ix-xogħol tal-Air Malta fis-snin li ġejjin se tkun mhux biss li tibqa’ l-linja tal-ajru ta’ Malta imma l-linja tal-ajru tal-Mediterran.

 

PN maħkum min-negattivita’ ta’ min m’għandux ideat

 

Mistoqsi dwar l-emendi fl-irwol tal-Avukat Ġenerali fost l-oħrajn, kif irrakomandat il-Kummissjoni Venezja, il-Prim Ministru kellu biss tliet kelmiet x’jgħid: “Ħawwadni ħa nifhmek.”

“Wisq nibża’ li l-Partit Nazzjonalista reġa’ nħakem totali min-negattivita’ ta’ min m’għandux ideat,” sostna l-Prim Ministru li tkellem dwar kif il-bidliet li qed isiru huma riżultat tal-pariri tal-Kummissjoni Venezja. .

Fl-intervista nnota wkoll it-tifħir internazzjonali għall-bidla proposta biex iżżid l-ugwaljanza fil-politika u tkellem ukoll dwar l-iskema Irrestawra Darek. Skema li nħatfet f’siegħa.  

Il-Prim Ministru fakkar kif il-miljuni ta’ ewro għall- din l-iskema ġejjin minn skema ta’ regolarizazzjoni li permezz tagħha mijiet ta’ nies ħallsu biex pattew għal dawk l-irregolaritajiet li jkunu saru u fl-istess ħin taw valur lill-proprjetà tagħhom.

“Permezz ta’ dawn il-flus, aħna ħriġna skema li qed ngħinu lil min mhux iwaqqa’ biex jibni imma min għandu xtara post naqra iktar antik u ngħinuh biex jirrestawrah,” temm il-Prim Ministru.

Comments Box SVG iconsUsed for the like, share, comment, and reaction icons
Partit Laburista
13 hours ago
Partit Laburista
RENEW – Attivita’ suċċess fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista.

Grazzi talli ngħaqadtu magħna! 💓

Robert Abela

RENEW – Attivita’ suċċess fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista.

Grazzi talli ngħaqadtu magħna! 💓

Robert Abela
... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 173
  • Shares: 20
  • Comments: 0

Comment on Facebook

Partit Laburista
18 hours ago
Partit Laburista
Kollox lest biex niftħu l-bibien taċ-Ċentru Nazzjonali Laburista. Ingħaqdu magħna.

Kollox lest biex niftħu l-bibien taċ-Ċentru Nazzjonali Laburista. Ingħaqdu magħna. ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 719
  • Shares: 64
  • Comments: 61

Comment on Facebook

Mhux hekk wara li armejtuna u taghituna b sieq .. Gej il bikki rega . Armi lemm qaziztu l alla tiklu wahidkom.

Grazzi tax xghol kollu li qijghad jghamel il partit pero isimghaw lilmenti tan nies gusti

Il-partit li jiġbed in-nies dejjem lejh. Qatt qabel ma kien hawn partit li żamm maġġoranza assoluta daqs illum. Grazzi għall-gvern u l-partit Laburista❤️🌹🇲🇹

Ara ma jigbdilkomx IL bieb mieghu GAHAN

Kien nofs t'nhar eccelenti. Prosit ta' l-innizjativa. U prosit lill-volontiera kollha.

Ahjar tifthu l bibien biex tiltaqu mal familjari tal vittmi tal konstruzjoni li tinsab bla kontroll.

Good morning ☀️

Good morning❤

Min Mmaqdar Rrid Jixtri Hommor

Mela l- kontra li qed jigri fil- Pieta 😆 🤣 😂

Minn hu armat u minn hu zarmat proset PL

Good morning ☀️

Good morning❤

Good morning❤

Well done!!

Good morning

Prosit u grazzi li tajtu din l-opportunita lil nies sabiex jigu l-CNL.

Suldati ta'l azzar fil kju

Tistaw tifthu il bieb tal bejd alija ghax qat mintom atarawni izjedd qass biex nerga nivota u tesera qas inhalasa iktar

Viva l Labour

Tistaw tifthu t twieqi ukoll ta ha tibdlu ftit larja ukoll. :)

Proset

Dawk laqas jivitaw darba ohra

Ma taghmilx differenza jifthu l.bibien

Grazzi u proset

View more comments

Partit Laburista
2 days ago
Partit Laburista
Open Day fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista

Iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista miftuħ għall-pubbliku s-Sibt li ġej mid-09:00 sas-13:00.

Ingħaqad magħna 🔴
... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 80
  • Shares: 107
  • Comments: 5

Comment on Facebook

Inizzjattiva sabiha li jinghata ktieb b xejn mal membership . U Dawk li hallsu online ?

XAXQA. KEM SE TITOLBUWOM DONEJXIJN?

jekk jogħġbok ħallili messaġġ fil-privat, għandi xi affarijiet xi ngħidilkom li jistgħu jkunu ta' interess għalik

View more comments

Partit Laburista
2 days ago
Partit Laburista

Photos from Partit Laburista's post ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 22
  • Shares: 6
  • Comments: 0

Comment on Facebook

Partit Laburista
3 days ago
Partit Laburista
Id-differenza bejn Robert Abela u Bernard Grech

Għal ħaddieħor, l-għajnuniet li jagħti l-Gvern mhumiex sostenibbli. Irid jipprova jaqtagħlek qalbek.

Id-direzzjoni tagħna hija ċara. Ingħaqad magħna.

Ċempel fuq 51602034 jew ibgħat SMS fuq 50619275 jew inkella ssieħeb onlajn fuq www.partitlaburista.org
... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 64
  • Shares: 41
  • Comments: 4

Comment on Facebook

God Bless

Haddiehor f' l- Opposiizzjoni kollox BABAW, Izda meta jkunu fit-TMEXXIJJA JKUNU HEMM BISS BIEX JIGU SERVUTI W MHUX BIEX JSERVU LIL POPLU MALTI.

The best

Load more

PQs

Ibgħat id-domanda parlamentari li tixtieq titressaq minn deputat tal-Partit Laburista.

Reġistru Elettorali

Biex tivvota trid tkun fir-reġistru elettorali. Iċċekja hawn jekk tinsabx fir-reġistru elettorali.

Media

Agħmel kuntatt mal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista billi tgħafas hawn.

Statut

Il-Partit Laburista huwa regolat minn statut. Ara kopja tal-istatut billi tgħafas fuq il-link hawn taħt.

Għin

lill-Partit Laburista

Sħubija

Donazzjoni

Merchandise

PQs

Ibgħat id-domanda parlamentari li tixtieq titressaq minn deputat tal-Partit Laburista.

Reġistru Elettorali

Biex tivvota trid tkun fir-reġistru elettorali. Iċċekja hawn jekk tinsabx fir-reġistru elettorali.

Media

Agħmel kuntatt mal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista billi tgħafas hawn.

Statut

Il-Partit Laburista huwa regolat minn statut. Ara kopja tal-istatut billi tgħafas fuq il-link hawn taħt.

Għin

lill-Partit Laburista

Sħubija

Donazzjoni

Merchandise

għin lill-Partit Laburista

Sħubija

Donazzjoni

Merchandise

  • Uffiċċju Elettorali
  • Manifest
  • Uffiċċju Elettorali
  • Manifest
logo

© Partit Laburista 2022

Agħti s-Suġġeriment Tiegħek

logo

© Partit Laburista 2022

Agħti s-Suġġeriment Tiegħek