Għin
lill-Partit Laburista
March 28, 2019
Tislima lill-identita’ u l-kisbiet ta’ pajjiżna
Maħruġa mill-Uffiċċju Komunikazzjoni tal-Partit Laburista
Tislima lill-identita’ u l-kisbiet ta’ pajjiżna
Fil-ġimgħa li jitfakkar il-Ħelsien ta’ pajjiżna, l-amministrazzjoni tal-Partit Laburista sellmet numru ta’ simboli li jfakkru ġrajjiet importanti jew jimmarkaw l-identità Maltija.
Immexxija mid-Deputat Prim Ministru u Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Parlament, Chris Fearne, membri tal-amministrazzjoni poġġew fjuri quddiem il-monument ta’ Dun Karm fil-Floriana li jfakkar il-lingwa Maltija u l-innu nazzjonali.
Tpoġġew ukoll fjuri fuq il-mafkar tas-Sette Giugnio li jimmarka l-bidu tal-mixja lejn id-demokrazija parlamentari.
Tislima wkoll lil Malta Indipendenti u Malta Repubblika, żewġ ġrajjiet importanti fil-mixja ta’ pajjiżna għall-Ħelsien.
Filwaqt quddiem Kastilja il-Partit Laburista sellem il-memorja ta’ Dom Mintoff l-arkitett ta’ Malta Ħielsa.
Id-Deputat Prim Ministru Fearne tkellem kif il-Partit Laburista ħass li għandu jirrikonoxxi dawn il-mumenti importanti fl-istorja ta’ pajjiżna u ta’ dak li jgħamilna Maltin.
Uffiċċju Komunikazzjoni
Partit Laburista
Ibgħat id-domanda parlamentari li tixtieq titressaq minn deputat tal-Partit Laburista.
Biex tivvota trid tkun fir-reġistru elettorali. Iċċekja hawn jekk tinsabx fir-reġistru elettorali.
Agħmel kuntatt mal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista billi tgħafas hawn.
Il-Partit Laburista huwa regolat minn statut. Ara kopja tal-istatut billi tgħafas fuq il-link hawn taħt.