Għin
lill-Partit Laburista
February 3, 2020
Titħallas biss jekk tmur għax-xogħol bħal kull ħaddiem ieħor
Adrian Delia li jitkellem tant fuq is-saltna tad-dritt, il-meritokrażija u l-użu għaqli tal-fondi pubbliċi ma kellux bżonn stejjer fil-gazzetti sabiex ifakkruh jgħid lid-Deputati tiegħu sabiex ‘they walk their talk’ u jidħlu għax-xogħol bħal ma jagħmel kull ħaddiem ieħor f’pajjiżna biex jaqla’ l-paga ta’ kuljum.
L-ipokrezija grassa li sfortunatament huwa mdawwar biha l-Partit Nazzjonalista mhux f’dan ir-rigward biss iżda anke f’ċirkustanzi oħra jikxef kif sal-lum, l-esponenti tal-Partit Nazzjonalista għadhom jaħsbu li huma tal-holier than thou.
Mhux ta’ b’xejn li l-poplu Malti u Għawdxi mhux qed jagħti każ lill-Oppożizzjoni.
Jekk verament xi darba qed jaspiraw li jibdew jitwemmnu, għandhom tal-inqas jibdew jemmnu lil kliemhom stess.
Ibgħat id-domanda parlamentari li tixtieq titressaq minn deputat tal-Partit Laburista.
Biex tivvota trid tkun fir-reġistru elettorali. Iċċekja hawn jekk tinsabx fir-reġistru elettorali.
Agħmel kuntatt mal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista billi tgħafas hawn.
Il-Partit Laburista huwa regolat minn statut. Ara kopja tal-istatut billi tgħafas fuq il-link hawn taħt.