Skip to content

aħbarijiet

May 7, 2019

Toni Bezzina jkompli jnaqqar il-kredibiltà ta’ Adrian Delia

Maħruġa mill-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista  

 

Toni Bezzina jkompli jnaqqar il-kredibiltà ta’ Adrian Delia

 

Is-sentenza tal-appell fil-każ li d-deputat Nazzjonalista Toni Bezzina beda kontra l-Prim Ministru u li fi stadju ta’ appell Bezzina reġa’ tilef, tkompli tnaqqar il-kredibiltà tal-Kap tal-Oppożizzjoni, Adrian Delia.

Dan għax filwaqt li jitkellem kontinwament fuq governanza tajba Delia issa waqa’ fil-muta. Din hi karatteristika ta’ Delia li jgħid mod u jagħmel ieħor u fil-25 ta’ Mejju l-poplu jrid jiġġudika fuq hekk ukoll.

Tkellmu dwar dan id-Deputat Mexxej għal-Affarijiet tal-Partit Laburista, Chris Cardona, id-deputat Glenn Bedingfiled u l-kandidat għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew Joe Sammut.

Sammut fakkar kif is-sentenza tikkonferma kif mhux biss id-deputat Bezzina abbuża mil-pożizzjoni tiegħu biex ħaddiema tal-gvern għamlu xogħol f’każin tal-Partit Nazzjonalista, iżda agħar minn hekk għamel pressjoni fuq ħaddiema biex jiffirmaw dikjarazzjoni falza.

Id-deputat Bedingfield ta lista ta’ każi fejn Delia qal mod u għamel ieħor u tenna kif dan issa jingħaqad magħhom. Għax jitkellem fuq governanza tajba, iżda issa spiċċa qed jinħeba.

Għalhekk, qal id-Deputat Mexxej Cardona, fil-25 ta’ Mejju n-nies iridu jiġġudikaw dan ukoll. Cardona nnota kif Delia qed jibża’ li joħroġ iwieġeb il-ġurnalisti tant li lanqas il-manifest elettorali bil-proposti għall-elezzjoni tal-Kunsilli Lokali ma nieda hu. Hawn sostna kif il-Partit Laburista mill-gvern, anke jekk mhux perfett, huwa kredibbli, sinċier mal-poplu u dak li jwiegħed iwettqu.

 

Uffiċċju Komunikazzjoni

Partit Laburista  

 

Aqsam ma' ħaddieħor

Share on facebook
Share on twitter
Share on linkedin