• Aħbarijiet
  • Min Aħna
    • L-Istorja Tal-Partit Laburista
    • Mexxej
    • Amministrazzjoni​
    • Grupp Parlamentari
    • MEPs
  • Malta Flimkien
  • Sħubija
  • Donazzjoni
  • KGA 2022
  • Lead
Partit Laburista
  • Aħbarijiet
  • Min Aħna
    • L-Istorja Tal-Partit Laburista
    • Mexxej
    • Amministrazzjoni​
    • Grupp Parlamentari
    • MEPs
  • Malta Flimkien
  • Sħubija
  • Donazzjoni
  • KGA 2022
  • Lead

aħbarijiet

January 17, 2021

“Wassalna messaġġ b’saħħtu favur l-inklużjoni u l-abbiltajiet differenti” – Il-PM

Jumejn wara li l-Kummissarju tal-Kummissjoni għad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità, Oliver Scicluna, ġie approvat unanimament fil-Grupp Parlamentari Laburista u fl-Eżekuttiv Nazzjonali Laburista biex jiġi co-opted fil-Parlament, il-Prim Ministru u Mexxej Laburista, Robert Abela qal li din il-ġimgħa ntbagħat messaġġ b’saħħtu favur l-inklużjoni.

 

“Għall-ewwel darba bgħattna messaġġ b’saħħtu li rridu li persuni b’diżabilità jkunu qed imexxu. Dan huwa l-ewwel pass għal Oliver, għaliex minix nara biss li jkun Membru Parlamentari imma li javvanza iżjed fil-karriera politika. Dan mhux biss għax nemmen li l-Parlament irid ikun dejjem iktar rappreżentattiv tad-diversi setturi fis-soċjetà imma għax nemmen fil-kwistjoni ta’ abbiltajiet differenti.”

 

Il-Mexxej Laburista fakkar li ġimgħa ilu, il-Kap tal-Oppożizzjoni stieden Deputat prospettiv li vvutawlu eletturi Laburisti, biex jaqsam il-Kamra. Fi kliem Robert Abela, din kienet l-iktar stedina anti-demokratika li wieħed seta’ jagħmel.

 

“Qalu li l-proċess li mxejna bih biex eventwalment se ssir il-co-option ta’ Oliver Scicluna fil-Parlament hija anti-demokratika. Mela allura dan ifisser li għandna Kap tal-Oppożizzjoni anti-demokratiku u li kellna żewġ Kapijiet tal-Oppożizzjoni li ġew eletti b’mod anti-demokratiku… Sal-lum ħadd mill-Oppożizzjoni għadu ma feraħ lil Oliver, anzi ħolqu kontroversja meta suppost qegħdin isellmu l-messaġġ b’saħħtu li aħna bgħattna favur l-inklużjoni. Inħoss sens ta’ diżappunt għaliex wara l-ħatra ta’ Oliver, kellu jkollna messaġġ ta’ għaqda nazzjonali.”

 

Il-Prim Ministru saħaq li dan mhux mument ta’ pika u fakkar li dan il-Gvern qiegħed hemm biex jagħmel differenza fil-ħajja tan-nies.

 

“F’din l-aħħar sena kellna bżonn ħafna kuraġġ biex ħadna d-deċiżjonijiet. Iċċelebrajna l-ewwel sena tal-amministrazzjoni l-ġdida. Kellna minn kollox, minbarra honeymoon. Tlaqna f’perjodu ta’ instabilità politika, u wara ftit ġranet ġara dak li ħadd ma antiċipa. Minkejja dan, f’sena waħda, għamilna erba’ budgets.”

 

Il-Prim Ministru fakkar li filwaqt li dan il-Gvern ħa deċiżjonijiet fl-aqwa interess tal-poplu Malti u Għawdxi f’nofs pandemija, ħa wkoll deċiżjonijiet biex kompla jtejjeb il-kwalità tal-ħajja tan-nies, fost l-oħrajn tas-suldati.

 

“Ħaddieħor taf x’għamel din il-ġimgħa? Deputat Nazzjonalista għamel Mistoqsija Parlamentari biex jitfa f’dawl ikrah lis-suldati. Aħna f’nofs pandemija nnegozjajna l-akbar ftehim kollettiv li qatt kellha l-Armata, ħaddieħor għamel kwerela ffirmata minn Deputat Parlamentari Nazzjonalista biex jipprova jitfa’ lis-suldati l-ħabs. Għaliex? Għax kien hemm min ma jiflaħx il-ħidma li għamilna fil-qasam tal-immigrazzjoni irregolari. Din hija l-iktar sena li qatt irrilokajna immigranti minn pajjiżna… Fadal x’nagħmlu għax hija sitwazzjoni fejn il-ġimgħa d-dieħla jaf ikollna pressjonijiet kbar imma trid tkun iffukat u determinat li ssolvi l-problema. Dan huwa Gvern li mhux biss huwa deċisiv, imma li l-isfidi ma jbeżżgħuhx.”

 

Il-Prim Ministru elenka bosta kisbiet fis-sena elfejn u għoxrin, fosthom meta f’Diċembru wasal il-vaċċin kontra l-Coronavirus, meta l-Gvern kiseb l-akbar pakkett ta’ fondi mill-Unjoni Ewropea, kompla jsir ix-xogħol infrastrutturali u saru riformi kbar fil-kostituzzjoni.

 

“F’mumenti tal-pandemija meta tant kien hemm problemi, iddiskutejna l-problema tal-provvista tal-ikel. Dawn forsi ftit japprezzawhom imma r-realtà tal-pressjonijiet li kellna hija li f’mument minnhom saħansitra kellna naħsbu fl-eventwalità li l-provvista tal-ikel għal pajjiżna, tonqos għax jingħalqu l-portijiet. Ma qadniex indoqqu t-trombi imma din kienet realtà li ħsibna għaliha. F’dan kollu waqafna naħsbu f’għada? Bil-kontra, u għalhekk illum nitkellem b’ottimiżmu dwar il-ġejjieni.”

 

Robert Abela nnota li fl-2020, ġew approvati 190 proġett industrijali f’pajjiżna li bejniethom se joħolqu 1,900 impjieg ġdid b’investiment ta’ €140 miljun. B’differenza, fl-2009, Gvern Nazzjonalista kien approva 30 proġett biss.

 

Semma r-riżultati tal-ħidma tal-Gvern, fost l-oħrajn billi fl-2020 inbiegħu aktar minn tliet biljun ewro fi proprjetà, u dalgħodu bdiet tingħata t-tieni doża tal-vaċċin.

 

“Hija kwistjoni ta’ deċiżjonijiet, ta’ lil min jafda l-poplu biex imexxi l-pajjiż, jekk hux it-tim tal-COVID tal-Partit Nazzjonalista li ddeċieda li ma jiddeċiedi qatt, jew lill-awtoritajiet tas-saħħa tagħna. Jien nafda lil Chris Fearne u lil Charmaine Gauci. Jien kif nista’ nafda lil min jgħid li jkun iblah jekk jgħid il-proposti tiegħu? Din hija r-realtà tal-għażliet li jrid jagħmel il-poplu tagħna fix-xhur li ġejjin, bejn min mexxa lill-pajjiż b’mod iffukat fl-iktar perjodu diffiċli fl-istorja u min sal-lum ma jridx jgħid x’għandu x’joffri għal dan il-pajjiż.”

 

Dwar il-mekkaniżmu li se jara rappreżentanza ugwali bejn is-sessi fil-Parlament, il-Prim Ministru għamilha ċara li min se jkun qed jitla b’dan il-mekkaniżmu mhux se jkun Deputat tat-tieni kategorija. Saħaq li dan il-Gvern jemmen fl-importanza tan-nisa u ż-żgħażagħ fit-tmexxija u appella għall-kandidatura f’dan ir-rigward.

 

Bl-istess mod wiegħed li dan il-Gvern se jiddiskuti suġġetti li għal snin twal tpoġġew taħt it-tapit, bħall-ewtanażja.

 

Il-Mexxej Laburista qal li kulħadd qed jistenna l-mument biex ikollna sajf tajjeb u settur tat-turiżmu li jerġa’ jqum fuq saqajh, u qal li jinsab ottimist li se naslu.

 

“Meta tibda tara problema wara l-oħra, ikollok mumenti ta’ qtigħ il-qalb, imma l-fiduċja tan-nies iżżommok għaddej. Tgħid jien kapaċi nilqa’ għal kull sfida għax inħobb in-nies u nara l-futur ta’ kulħadd għada jkun aħjar mil-lum. Ejja ħa nkomplu nsaħħu l-wegħda li nibqgħu viċin in-nies u nemmen li għada jkun aħjar mil-lum u nuru li aħna verament il-Gvern tal-Għawdxin u l-Maltin kollha.”

 

Comments Box SVG iconsUsed for the like, share, comment, and reaction icons
Partit Laburista
9 hours ago
Partit Laburista
1️⃣,2️⃣3️⃣6️⃣ membru ġdid jew li ġedded is-sħubija tiegħu mal-Partit Laburista f’jumejn. 

Issieħeb magħna billi ċċempel fuq 51602034 jew ibgħat SMS fuq 50619275 jew inkella ssieħeb onlajn fuq www.partitlaburista.org

1️⃣,2️⃣3️⃣6️⃣ membru ġdid jew li ġedded is-sħubija tiegħu mal-Partit Laburista f’jumejn.

Issieħeb magħna billi ċċempel fuq 51602034 jew ibgħat SMS fuq 50619275 jew inkella ssieħeb onlajn fuq www.partitlaburista.org
... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 58
  • Shares: 61
  • Comments: 1

Comment on Facebook

Partit Laburista
15 hours ago
Partit Laburista
RENEW

Ingħaqad magħna! ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 51
  • Shares: 62
  • Comments: 0

Comment on Facebook

Partit Laburista
1 day ago
Partit Laburista
Ir-ruħ soċjali tal-Partit Laburista

It-twemmin soċjalista tagħna qatt mhu se jħallina nkunu indifferenti. Għalhekk għandek tingħqad magħna s-Sibt li ġej fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista. ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 58
  • Shares: 46
  • Comments: 7

Comment on Facebook

Proset Priministru w Tim Malta 🇲🇹 GHAL DAK KOLLU LI QED TAGHMLU GHAL Malta 🇲🇹 👌 GVERN Tar- RIFORMI, TA' VERU GHAX MA JIBZAX JEHODHOM.

Tajjeb

socjalista ??? din xi tkun dil kelma ?? grazzi rajtha qalbek

PAROLI FIL VOJT U FEJN THARES TARA L HBIP TAL HBIP.

Hadd ma jaqa lura imma malta waqet lura ghax mill hazin ghall ghar

Ghadu Partit Socjalista,fil Verita m ghadux..

Dr Abela il bank ghandu il policies tieghu jigiefiri u mhux ha jiehu riskju kbir biex issellef flus lil nies mhux daqsek stabli.

View more comments

Partit Laburista
2 days ago
Partit Laburista
Robert Abela

Robert Abela ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 119
  • Shares: 93
  • Comments: 3

Comment on Facebook

Great picture Alfred Sant

Partit Laburista
2 days ago
Partit Laburista
Robert Abela

Robert Abela ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 644
  • Shares: 144
  • Comments: 51

Comment on Facebook

Prosit lil prim ministru, li qed jaghmel xoghol tajjeb hafna, imma nahseb minnu l isfel, hemm bzonn li jistmaw iktar lil min dejjem kien wara l partit biex illum jinsabu fejn qedin, ghax mid dehera, qed jonqsu l membri. U din se tirrifletti l quddiem.

Tinsewx toruhom ir raba sular

Well done to our Prime minister Robert Abela 👏👏❤️❤️

Kif tiskadili t tessera ma nergax ingeddida zgur li le ! Morru aqdu lin Nazzjonalisti kif ghamiltu qabel lelezzjoni ha tigbru l voti min hemm.

Luana Borg nies jihdu flats ,min partit ihor juru ic cwivet

Ajma hej. Kic gidep bhas soltu. Gidep. Anke l ihor Bendu ta. Gidep bis min Boby u Bendu. Hxejtuwh pajis. Zewg partijti tahxu lil Malta u lin nis.

Prosit lil mexxej Dr Robert Abela, lill-Amministrazzjoni tal-Partit u lil volontiera kollha.

Well done 👍

Issa jhallass lil min qdejtu mil koxxa. Hadd wara hadd tasal ta kullhadd. Jien meta fittixt lajnuna ma sibt lil hadd. Titnejku bin nies min ghalikom tridu.iggifuli lemm

done

Dak li gralkom hallejtu lil l-isviluppaturi jaghlu li ir-riedu mintoff biss hu hatt ghall haddiem

Prosit

Iridu jkeċċu nies mi djar, u jriduna nhallsu tessera. No

Prosit

Ghal hbieb tal hbieb biss!!!

Re New = Abort

Ara jistghux flok flus jghatu bottijiet u fliexken tal-plastik. Mhux fil-magni imma... Minn hemm. Kulhadd jiġi bil-boroz tal-fliexken u bottijiet...

Prosit dr abela u team tieghu

Prosit

ghandhom bzonn il flus ghax naqsulhom il bhahen

Proset Priministru w Tim Malta 🇲🇹 GHAL BIDLA TA' RIFORMI KBAR LI WETTAQTU.

Iktar moqdijien l ex nazzjonalisti,li gew mal lejber biex jakwistaw u jhaxnu bwiethom,milli moqdijien inthom il laburisti ta triq

Proset

Arani fuq quddim se nkun

Erfawli post quddiem.

View more comments

Load more

PQs

Ibgħat id-domanda parlamentari li tixtieq titressaq minn deputat tal-Partit Laburista.

Reġistru Elettorali

Biex tivvota trid tkun fir-reġistru elettorali. Iċċekja hawn jekk tinsabx fir-reġistru elettorali.

Media

Agħmel kuntatt mal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista billi tgħafas hawn.

Statut

Il-Partit Laburista huwa regolat minn statut. Ara kopja tal-istatut billi tgħafas fuq il-link hawn taħt.

Għin

lill-Partit Laburista

Sħubija

Donazzjoni

Merchandise

PQs

Ibgħat id-domanda parlamentari li tixtieq titressaq minn deputat tal-Partit Laburista.

Reġistru Elettorali

Biex tivvota trid tkun fir-reġistru elettorali. Iċċekja hawn jekk tinsabx fir-reġistru elettorali.

Media

Agħmel kuntatt mal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista billi tgħafas hawn.

Statut

Il-Partit Laburista huwa regolat minn statut. Ara kopja tal-istatut billi tgħafas fuq il-link hawn taħt.

Għin

lill-Partit Laburista

Sħubija

Donazzjoni

Merchandise

għin lill-Partit Laburista

Sħubija

Donazzjoni

Merchandise

  • Uffiċċju Elettorali
  • Manifest
  • Uffiċċju Elettorali
  • Manifest
logo

© Partit Laburista 2022

Agħti s-Suġġeriment Tiegħek

logo

© Partit Laburista 2022

Agħti s-Suġġeriment Tiegħek