Għin
lill-Partit Laburista
July 31, 2020
Xejn ħlief imħabba
Kien propju bħal dan iż-żmien sena, meta waqt barbikju mall-ħbieb smajna karba fid-dlam. Fuq blata, abbandunat f’bajja, sibna ġeru ħelu mejjet bil-ġuħ u beżgħan. Ġbarnieh, ħadnieh d-dar, ħsilnieh u tmajnieh. L-għada ħadnieh għand il-veterinarju fejn tajnieh it-tilqim kollu neċessarju, għamilnielu ċ-ċippa u adottajnieh. Nista’ ngħid li illum ma noqogħdux mingħajru, sar parti mill-familja u huwa l-iktar wieħed imfissed! Kemm hu sabiħ li tagħti ħajja aħjar lil min jiġi abbandunat.
Sfortunatament, din hija realtà f’pajjiżna, fejn hemm min jabbanduna lill-annimali. Annimal m’huwiex rigal u għandu bżonn ħafna ħin u attenzjoni. Għalhekk nappella li min jiddeċiedi li jrabbi annimal d-dar l-ewwel jara sew għandux ħin għalih u li lest li jagħtih l-attenzjoni u l-imħabba kollha li jkollu bżonn. Hemm numru ta’ volontiera li jaħdmu fi ħdan diversi NGO’s u santwarji li jgħinu biex jiġbru dawn l-annimali mit-toroq u jippruvaw jagħtuhom ħajja aħjar u anke familja li lesta li taddottahom.
Dan il-Gvern huwa kommess li jagħti vuċi lil min ma’ għandux, tant, li qed jagħti prijorità biex itejjeb dan is-settur. Fil-fatt l-Animal Wefare rights ġew elevati minn segretarjat parlamentari għall-Ministeru. Il-mara tal-Prim Ministru Dr Lydia Abela li tħobb ħafna l-annimali qiegħda taħdem bi sħiħ f’dan il-qasam. Kellha diversi laqgħat mall-volontiera li jaħdmu f’dawn is-santwarji biex tifhem aktar ir-realtà ta’ dawn il-ħaddiema kif ukoll ta’ l-annimali. Kellha wkoll laqgħa mal-Ministru għall-Agrikoltura, Sajd u Drittijiet ta’ l-Annimali, Dr Anton Refalo fejn flimkien iddiskutew it-triq ‘il quddiem fir-rigward tad-drittijiet ta’ dawn il-krejaturi li ma jfittxu xejn ħlief imħabba. Il-Ministru Dr Anton Refalo qed jagħti wkoll minn naħa tiegħu prijorità lill- Animal Welfare. Barra il-vot ta’ €85,000 ivvutat fil-budget, nieda l-Animal Welfare Fund fejn ser jiġu mqassma €115,000 lid-diversi NGO’s biex ikunu jistgħu jużawhom għall-proġetti kapitali biex jirranġaw l-infrastruttura tas-santwarji tagħhom. L-NGO’s li jaħdmu favur l-annimali, issa qed jingħataw l-importanza li tistħoqilhom għaliex huma propju dawn in-nies li jieħdu ħsieb l-annimali li jiġu abbandunati u jippruvaw isibulhom familja li lesta li tagħtihom ħajja aħjar.
Aħna wkoll nistgħu nagħmlu l-parti tagħna billi bħal ma appellat Dr Lydia Abela nagħtu aktar donazzjonijiet, ikun hemm iktar volontiera, kif wkoll aktar adozzjonijiet.
Abigail Camilleri
LEAD Participant
Ibgħat id-domanda parlamentari li tixtieq titressaq minn deputat tal-Partit Laburista.
Biex tivvota trid tkun fir-reġistru elettorali. Iċċekja hawn jekk tinsabx fir-reġistru elettorali.
Agħmel kuntatt mal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista billi tgħafas hawn.
Il-Partit Laburista huwa regolat minn statut. Ara kopja tal-istatut billi tgħafas fuq il-link hawn taħt.