Stqarrija
It-Tlieta, 4 t’Awwissu, 2026
Maħruġa mill-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista
L-ebda tattiċi politiċi m’għandhom jirbħu fuq l-interessi ta’ Birkirkara
Il-Partit Laburista jinnota li s-sitwazzjoni tal-Kunsill Lokali ta’ Birkirkara se tibqa’ mdendla għal darb’oħra, minkejja kull tentattiv li qed isir biex tiżblokka l-kwistjoni tas-Sindakat ta’ din il-lokalità.
Wara l-votazzjoni li saret iktar kmieni llum, is-sitwazzjoni reġgħet spiċċat f’parità għax il-Kunsilliera Laburisti vvutaw biex jiġi elett il-Kunsillier Indipendenti Kaylocke Buhagiar, dan tal-aħħar illum astjena milli jivvota għax m’attendiex għall-vot.
Il-Kunsilliera Laburisti kemm-il darba pruvaw jilħqu qbil mal-Kunsillier Indipendenti Kaylocke Buhagiar biex jinħatar Sindku.
Il-Kunsilliera Laburisti jesprimu d-diżappunt tagħhom għal tattiċi politiċi li ma għandhom qatt jirbħu fuq l-interess tal-lokalità u r-residenti li jixirqilhom tmexxija serja u ħidma sfiqa.
Uffiċċju tal-Komunikazzjoni
Partit Laburista