Il-PL jrid diskussjoni fuq il-fatti, il-PN irid jieqaf nofs triq

Stqarrija
L-Erbgħa, 29 ta’ Lulju, 2026

Maħruġa mill-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista

Il-PL jrid diskussjoni fuq il-fatti, il-PN irid jieqaf nofs triq

Il-Partit Laburista m’għandu assolutament xejn minn xiex jiddejjaq li fil-Kumitat Parlamentari dwar il-Kontijiet Pubbliċi (PAC) issir diskussjoni dwar ix-xogħol li sar fis-sistema tad-distribuzzjoni tal-elettriku.

Għall-kuntrarju, jemmen li din id-diskussjoni għandha ssir fuq il-fatti kollha u bl-aktar informazzjoni aġġornata disponibbli.

Huwa proprju għalhekk li l-Membri tal-Gvern fil-PAC talab formalment lill-Awditur Ġenerali biex jaġġorna r-rapport tiegħu, li kien jikkonċerna s-sitwazzjoni sal-2023, sabiex jinkludi wkoll il-ħidma u l-investiment li twettqu bejn l-2023 u l-2026.

F’dawn l-aħħar tliet snin sar l-akbar programm ta’ investiment li qatt sar fin-netwerk tad-distribuzzjoni tal-elettriku, b’ħidma estensiva fuq substations ġodda, cables taħt l-art, transformers u infrastruttura oħra.

Il-Partit Laburista għalhekk jilqa’ diskussjoni fil-PAC ladarba l-Awditur Ġenerali jikkonkludi dan l-aġġornament, sabiex il-Kumitat ikun jista’ jiddiskuti s-suġġett fuq stampa sħiħa u aġġornata, u mhux fuq rapport li min-natura tiegħu ma setax jinkludi dak li sar wara l-2023.

Il-Partit Laburista se jibqa’ jappoġġja kull skrutinju serju u responsabbli tal-ħidma tal-Gvern. Iżda dan għandu jkun ibbażat fuq informazzjoni kompluta, aġġornata u oġġettiva, mhux fuq nofs il-fatti.

Uffiċċju tal-Komunikazzjoni
Partit Laburista

Issieħeb mal-Partit Laburista

Għin lill-Partit Laburista permezz ta’ donazzjoni onlajn

Ingħaqad magħna billi tgħin bħala voluntier

Agħmel kuntatt mal-Uffiċċju Elettorali tal-Partit Laburista