Stqarrija
L-Erbgħa, 9 ta’ Settembru, 2026
Maħruġa mill-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista
Saħħa ta’ implimentazzjoni fl-ewwel mitt jum ta’ Gvern ġdid
Mitt jum minn mandat storiku li bih il-poplu eleġġa Gvern ġdid, il-Partit Laburista jkompli jħares ’il quddiem fl-implimentazzjoni tal-manifest elettorali Int Malta. Programm ta’ ħidma ambizzjuż iżda li kommessi li kif bħala moviment politiku, inwettqu dak li nwegħdu, anzi nwettqu aktar minn dak li wegħdna, issa nkomplu nimplimentaw dak li wegħdna fl-aħħar kampanja elettorali.
Il-messaġġ li għadda l-Prim Ministru Robert Abela f’mitt jum ta’ Gvern ġdid jimbotta ’l quddiem il-ħidma tagħna msejsa fuq il-valuri tal-ġustizzja soċjali f’Malta dejjem aktar progressiva, moderna u li tkun viċin in-nies, viċin tiegħek.
Dak li ħabbar dalgħodu l-Prim Ministru f’Malta innovattiva, fosthom l-opportunità li ż-żgħażagħ jirċievu assistenza legali mingħajr ħlas meta jiġu biex iwaqqfu start-up turi direzzjoni b’saħħitha li l-Gvern qed jagħti lill-pajjiż li jrid ikompli jiddiversifika l-ekonomija tiegħu. Dan apparti l-appoġġ b’saħħtu li qed jagħti lin-nies f’ħiliet ġodda fejn tidħol l-Intelliġenza Artifiċjali. Dan apparti t-tħabbira li għamel b’rabta mal-ħażna tal-enerġija, f’settur li l-Gvern qed jibqa’ jagħti stabbiltà fil-prezzijiet quddiem sfidi ġeo-politiċi.
Sfidi kellna wkoll, anki f’dawn l-ewwel mitt jum iżda nistgħu nħarsu lejn din il-leġiżlatura b’ottimiżmu biex il-familji jkomplu t-triq lejn Malta dejjem aħjar, Malta tal-livell li jmiss. F’dawn il-mitt jum diġà wrejna kif Gvern Laburista għandu saħħa fl-implimentazzjoni.
Wettaqna bidliet favur il-familji u biex aktar persuni jsiru ġenituri f’pajjiżna stess, b’riforma fil-liġi tal-IVF. Tellaqna miżuri favur aktar infurzar u dixxiplina fil-komunitajiet tagħna. Skattajna r-riforma fl-ippjanar. Tajna protezzjoni ogħla lill-persuni b’diżabilità u beda x-xogħol fuq proġetti maġġuri fil-qasam tas-saħħa. Introduċejna u saħħaħna skemi biex inti tkun tista’ ssir sid ta’ darek u anki bdejna bil-White Rocks billi tajnih il-ħarsien li jkun park nazzjonali. Dan kollu f’mitt jum ta’ Gvern ġdid Laburista.
Mitt jum ta’ Gvern bis-saħħa tan-nies li ta l-fiduċja lil dan il-moviment politiku. Għalina l-fiduċja mhiex ċens perpetwu iżda nibqgħu naħdmu għal dik il-fiduċja kuljum. L-ewwel kisbiet għandhom iservuna biss ta’ xprun biex niksbu dejjem aktar. Ħaddieħor jibqa’ jkun negattiv u jipprova jtappan din il-ħidma iżda f’sena u mhux f’mitt jum, lanqas statut ma kien kapaċi jbiddel biex jaħtar Viċi Kap.
Uffiċċju tal-Komunikazzjoni
Partit Laburista