Stqarrija
L-Erbgħa 18 ta’ Novembru, 2026
Maħruġa mill-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista
L-MEP Alex Agius Saliba jikteb formalment lill-Kummissjoni Ewropea biex tibda investigazzjoni ma’ SONY u Playstation b’rabta ma’ prattiċi kontra d-drittijiet tal-konsumatur
Aktar kmieni llum, l-MEP Alex Agius Saliba kiteb formalment lill-Kummissjoni Ewropea sabiex tibda investigazzjoni ma’ kumpaniji maġġuri fosthom SONY u Playstation sabiex naraw jekk ċertu prattiċi humiex abbażi tad-drittijiet tal-konsumaturi Ewropej fejn jidħlu logħob tal-gaming.
Bħalissa għaddejja ħafna għagħa online b’rabta mal-logħba GTA IV li ħierġa fis-suq. Bidla li qed tidħol fis-seħħ f’dan is-suq hija dwar il-mod kif il-gamers se jkunu jistgħu jaċċessaw il-prodotti ġodda. Eżempju għalkemm din il-logħba tidher li qed tinbiegħ f’forma ta’ CD, GTA IV mhijiex disponibbli bħala CD imma meta tiftaħ il-kaxxa se ssib biss code li inti trid iddaħħal u tniżżel il-logħba minfuq servers ta’ kumpanija li produċiet din il-logħba.
“Illum ‘il ġurnata teżisti mistoqsija dwar min jixtri dawn il-logħob ikunx verament l-owner tal-logħba. Meta tingħata l-code, ikollok l-aċċessibilita’ għal-logħba li tkun xtrajt kemm ‘il darba s-servers li produċew dik il-logħba jibqgħu aċċessibli. Dan apparti l-prezz għoli li tħallas biex tixtri dik il-logħba,” sostna l-MEP Agius Saliba.
Barra minn hekk, Agius Saliba emafasizza kif huwa dritt tal-konsumatur li meta jmur ġo ħanut u jixtri l-logħba tiegħu, dan ikollu label fuq il-prodott li tindikalu jekk hemmx CD jew inkella hemmx code fil-pakkett li qed tixtri mhux tbiegħ kaxxa ta’ CD, tiftaħha u ssib biss code.
“Qegħdin noħolqu monopolju li jkunu distributuri ta’ dawn il-logħob. Ħwienet tal-logħob se jispiċċaw mingħajr irwol fis-suq. Għad fadlilna ħafna kollezzjonisti li għadhom jaċċessaw logħob fuq CDs li ilhom li ħarġu snin. Din il-proċedura qed tkisser ukoll l-ownership ta’ dawn il-logħob. Jistgħu jgħaddu numru ta’ snin, il-kumpanija tiddeċiedi li twaqqaf jew titfi’ s-server tagħha u inti ma jkollokx aċċess għal dik il-logħba,” kompla Agius Saliba.
L-għan ewlieni ta’ din l-investigazzjoni hi biex naraw li fuq bażi Ewropea jkollna leġiżlazzjoni ċara li tindika l-ownership ta’ dawn il-logħob li wieħed ikun qed jixtri u kemm se jdumu aċċessibli għall-konsumaturi.
Uffiċċju tal-Komunikazzjoni
Partit Laburista