Dikjarazzjoni irresponsabbli ta’ min ma jafx aħjar

Stqarrija
Is-Sibt, 5 ta’ Settembru, 2026

Maħruġa mill-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista

Dikjarazzjoni irresponsabbli ta’ min ma jafx aħjar

B’mod konxju jew bla ma jaf, id-dikjarazzjoni li għamel mal-ġurnalisti li kien hemm “nuqqasijiet” u “flaws” fl-investigazzjonijiet dwar il-qtil tas-Sinjura Daphne Caruana Galizia, immina mhux biss l-istituzzjoni investigattiva ta’ pajjiżna, il-Pulizija Maltija.

Iżda b’dak li qal fetaħ ukoll attakk fuq l-esperti internazzjonali jiġifieri l-Federal Bureau of Investigation tal-Istati Uniti (FBI) u l-esperti forensiċi Olandiżi. (dikjarazzjoni annessa f’filmat taħt l-istqarrija)

L-esperti barranin kienu nġabu minnufih mill-Gvern Malti biex jassistu fl-investigazzjonijiet u li kienu kruċjali biex bl-assistenza teknika tagħhom, ħames persuni nstabu ħatja u ġew ikkundannati għal sentenzi twal ta’ priġunerija.

L-appell għall-prudenza u r-responsabbiltà f’dan il-mument baqa’ jiġi injorat minn Oppożizzjoni li qed tattakka l-investigazzjonijiet li saru mill-Pulizija lokali u l-esperti barranin.

Xejn ġdid minn Oppożizzjoni li qatt ma nbidlet u li rajniha fl-aħħar sigħat tuża tgħajjir u kliem dispreġjattiv lejn min imexxi istituzzjoni importanti f’pajjiżna.

Sa issa l-Kap tal-Oppożizzjoni baqa’ ma ddistakkax ruħu.

Ir-rispett lejn is-saltna tad-dritt ma jfissirx dikjarazzjonijiet mgħaġġla mingħajr ma’ wieħed iqis il-konsegwenzi tagħhom. Ir-rispett lejn il-ħaqq u s-sewwa għandu jkun li f’dan il-mument inkomplu nagħtu l-appoġġ lejn l-istituzzjonijiet biex jibqgħu jwettqu dmirhom favur pajjiżna u l-ġustizzja.

Dikjarazzjoni ta’ Alex Borg: https://we.tl/t-Ogf2H81QqjP3t6Eg


Uffiċċju tal-Komunikazzjoni
Partit Laburista

Issieħeb mal-Partit Laburista

Għin lill-Partit Laburista permezz ta’ donazzjoni onlajn

Ingħaqad magħna billi tgħin bħala voluntier

Agħmel kuntatt mal-Uffiċċju Elettorali tal-Partit Laburista