Il-Partit Nazzjonalista jerġa’ jgħawweġ il-fatti għax jinteressah biss mill-politika partiġġjana

Stqarrija

Il-Ġimgħa, 31 ta’ Lulju, 2026

Maħruġa mill-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista

Il-Partit Nazzjonalista jerġa’ jgħawweġ il-fatti għax jinteressah biss mill-politika partiġġjana

Il-laqgħa li saret mal-MCESD llum intalbet mill-Gvern stess. Il-Gvern tant hu konvint mill-investiment li qed jagħmel u jrid ikompli jagħmel, li għażel kif dejjem sar li jikkonsulta mal-imsieħba soċjali dwar xogħlijiet infrastrutturali, l-immaniġġjar tad-domanda u miżuri ta’ konsum responsabbli tal-enerġija b’mod miftuħ. 

Il-PN jippreferi Gvern li ma jisma’ lil ħadd u jiddeċiedi kollox minn wara skrivanija.

Il-Ministru Miriam Dalli kif dejjem isir, spjegat b’mod ċar ix-xogħol li sar, l-isfidi li għad iridu jiġu indirizzati u l-pjan konkret biex l-investiment bla preċedent fis-sistema tad-distribuzzjoni jkompli jitħaffef.

L-investiment b’saħħtu li qed isir huwa parti kbira mis-soluzzjoni. Fejn sar ix-xogħol fuq il-livell għoli u medju ta’ vultaġġ, is-sistema kienet aktar reżiljenti u l-provvista setgħet tiġi rrestawrata aktar malajr. Ix-xogħol issa qed jitkompla f’aktar lokalitajiet, fuq tliet ċentri ta’ distribuzzjoni ġodda u fuq in-network ta’ vultaġġ baxx.

Il-Gvern tant għandu fiduċja fix-xogħol li sar li kien hu stess li talab lill-Awditur Ġenerali jaġġorna l-verifika tiegħu biex tinkludi l-investiment tal-aħħar tliet snin. Min m’għandu xejn x’jaħbi jitlob l-iskrutinju – min irid biss jitfa’ d-dubju joħroġ stqarrijiet partiġġjani.

Il-PN wera kemm ma jifhem xejn fl-isfida tal-klima u l-ħtieġa tal-adattament tal-klima, għax lanqas kapaċi jirrealizza li r-rwol tal-Inġ. Abigail Cutajar bħala Kap Eżekuttiv tal-Awtorità għall-Azzjoni dwar il-Klima huwa biex ikun hemm miżuri bħala parti mill-addattament għall-klima. Il-PN qed jipprova jdawwar parteċipazzjoni teknika f’kontroversja politika għax m’għandux argument fuq is-sustanza.

Il-Gvern se jkompli jinvesti, jaċċellera x-xogħlijiet, jisma’ lill-imsieħba soċjali u jwieġeb għall-isfidi. Il-PN jista’ jkompli jfittex titlu sensazzjonali. Il-Gvern se jkompli jwettaq ix-xogħol.

Uffiċċju Komunikazzjoni

Partit Laburista

Issieħeb mal-Partit Laburista

Għin lill-Partit Laburista permezz ta’ donazzjoni onlajn

Ingħaqad magħna billi tgħin bħala voluntier

Agħmel kuntatt mal-Uffiċċju Elettorali tal-Partit Laburista