Il-Ħadd, 26 ta’ Lulju, 2026
Maħruġa mill-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista
Il-PN jipprova jdawwar il-fatti għall-gwadann politiku
Il-Partit Laburista jiċħad b’mod kategoriku l-allegazzjonijiet tal-Partit Nazzjonalista li l-Prim Ministru Robert Abela tefa’ t-tort fuq il-ħaddiema tal-Enemalta.
Tul dawn l-aħħar jiem il-Prim Ministru rringrazzja pubblikament u f’aktar minn okkażjoni waħda lill-ħaddiema tal-Enemalta għall-ħidma straordinarja tagħhom f’kundizzjonijiet diffiċli.
Meta qal li l-Enemalta għandha tħaffef il-ħidma tagħha, kien qed jirreferi b’mod ċar għall-pjan ta’ investiment u għall-proġetti infrastrutturali li qed isaħħu n-network nazzjonali, mhux għall-ħaddiema li kienu fuq il-post jirrestawraw il-provvista.
Il-Partit Nazzjonalista jaf dan, iżda xorta waħda għażel li jdawwar il-kliem tal-Prim Ministru biex jibni narrattiva falza.
Din hija politika li turi għal darb’oħra fejn jinsabu l-prijoritajiet tal-Partit Nazzjonalista. Meta l-familji Maltin u Għawdxin jistennew serjetà u sens ta’ responsabbiltà, il-PN jagħżel il-gwadann politiku qabel il-ġid tal-pajjiż.
Partit Laburista fil-Gvern se jkompli jappoġġja lill-ħaddiema tal-Enemalta bil-fatti, filwaqt li jkompli jinvesti biex isaħħaħ l-infrastruttura elettrika ta’ pajjiżna u jassigura servizz dejjem aħjar għall-familji u n-negozji Maltin u Għawdxin.
Uffiċċju Komunikazzjoni
Partit Laburista