Jekk Alex Borg għandu l-provi, irid jgħaddihom minnufih lill-investigaturi

Stqarrija
Il-Ħadd, 6 ta’ Settembru, 2026

Maħruġa mill-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista


Jekk Alex Borg għandu l-provi, irid jgħaddihom minnufih lill-investigaturi

Dalgħodu Alex Borg reġa’ sostna li kellu raġuni għaliex, waqt il-protesta li organizza wara l-verdett tal-Erbgħa filgħaxija, ipponta lejn Kastilja u għamel allegazzjonijiet. Gerrbu aktar is-sigħat u sa issa baqa’ ma għamel xejn.

La l-Kap tal-Oppożizzjoni qed jerġa’ jinsisti fuq din id-dikjarazzjoni, il-Partit Laburista jistenna li minnufih jgħaddi lill-investigaturi kull prova jew informazzjoni li għandu f’idejh sabiex dawn ikunu jistgħu jinvestigawha u ssir ġustizzja.

F’mument daqstant serju, ma jistax ikun hemm allegazzjonijiet għall-konvenjenza politika. Jekk ma jagħmilx dan, Alex Borg ikun qed jostakola l-ġustizzja.


Uffiċċju tal-Komunikazzjoni
Partit Laburista

Issieħeb mal-Partit Laburista

Għin lill-Partit Laburista permezz ta’ donazzjoni onlajn

Ingħaqad magħna billi tgħin bħala voluntier

Agħmel kuntatt mal-Uffiċċju Elettorali tal-Partit Laburista