L-assentiżmu tal-Oppożizzjoni mhux se jfixkel l-impenn politiku tal-Gvern favur riforma aktar ġusta fl-ippjanar

Stqarrija
Il-Tnejn, 24 t’Awwissu, 2026

Maħruġa mill-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista


L-assentiżmu tal-Oppożizzjoni mhux se jfixkel l-impenn politiku tal-Gvern favur riforma aktar ġusta fl-ippjanar

Wara li l-Gvern għamel konsultazzjoni pubblika ulterjuri dwar ir-riforma fil-proċess tal-appelli u l-Oppożizzjoni baqgħet assenti minnha, issa l-Partit Nazzjonalista irid jistaġna proċess parlamentari.


Ir-riforma fil-proċess tal-appelli fl-ippjanar se tiżgura bilanċ bejn l-interess ta’ min jappella fuq applikazzjoni ta’ żvilupp kif ukoll l-applikant. Riforma favur Sistema tal-ippjanar iktar ġusta biex appell fuq permess ta’ żvilupp ikun ifisser vera appell u għalhekk ix-xogħlijiet marbuta mal-permess jiġu sospiżi sakemm jinqata’ l-appell.

F’konsultazzjoni pubblika ulterjuri li fiha ntlaqgħet il-proposta b’saħħitha tal-Gvern dwar din ir-riforma, il-Partit Nazzjonalista għażel li ma jdaħħalx sottomissjoni uffiċjali. Issa jrid li jibda proċess ta’ konsultazzjoni distint. 

Filwaqt li Gvern Laburista jemmen f’konsultazzjoni u djalogu, daqstant ieħor jemmen li dawn għandhom isiru b’mod miftuħ kif għamel il-Gvern u mhux wieħed jistenna li tiġi fi tmiemha konsultazzjoni biex jiskatta waħda distinta fil-magħluq. Dan mhux il-mod kif issir il-politika u jitjiebu l-liġijiet.

Il-Partit Laburista jilqa’ l-impenn tal-Gvern li jwettaq din ir-riforma importanti u skattaha fl-ewwel mitt jum ta’ Gvern ġdid. 

L-istqarrija bl-Ingliż tinsab mehmuża ma’ din l-email.

Uffiċċju tal-Komunikazzjoni
Partit Laburista

Issieħeb mal-Partit Laburista

Għin lill-Partit Laburista permezz ta’ donazzjoni onlajn

Ingħaqad magħna billi tgħin bħala voluntier

Agħmel kuntatt mal-Uffiċċju Elettorali tal-Partit Laburista