Lanqas kapaċi jirrikonoxxu qabżiet ‘il quddiem fis-settur tal-immaniġġjar tal-iskart 

Stqarrija

Is-Sibt 7 ta’ Ottubru, 2026

Maħruġa mill-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista


Lanqas kapaċi jirrikonoxxu qabżiet ‘il quddiem fis-settur tal-immaniġġjar tal-iskart 


Il-Partit Nazzjonalista qed jarmi s-suċċess tal-poplu Malti fejn jidħol l-immaniġġjar tal-iskart. Hemm drabi fejn l-Oppożizzjoni għandha dmir tikkritika. Imma hemm ukoll drabi fejn, qabel ma tgħaġġel biex tattakka lill-Gvern, għandha tieqaf ftit u tirrikonoxxi s-suċċess tan-nies. Fil-każ tal-iskart, il-Partit Nazzjonalista għażel mod ieħor.

Fil-fissazzjoni biex jattakka lill-Gvern, il-PN spiċċa jnaqqas mill-importanza ta’ riżultati li, fl-aħħar mill-aħħar, ma humiex biss tal-Gvern jew ta’ WasteServ, imma huma fuq kollox riżultati miksuba bl-isforz ta’ eluf ta’ familji u negozji Maltin u Għawdxin li kuljum jisseparaw l-iskart tagħhom.

Iċ-ċifri huma ċari, skont il-Eurostat fl-2024, Malta rreġistrat 1,092kg ta’ skart għal kull persuna, l-inqas livell fl-Unjoni Ewropea. Fl-istess ħin, ir-rata Maltija tar-riċiklaġġ tal-plastik telgħet sew ukoll bid-distakk mal-Ewropa jonqos b’mod qawwi f’sentejn.

Dan ma jfissirx li wasalna. Lanqas WasteServ ma qalet hekk. Fil-fatt, l-istqarrija tagħha stess tirrikonoxxi li għad hemm distakk x’ jingħalaq. Imma biex wieħed ma jirrikonoxxix il-progress irid jagħlaq għajnejh għaċ-ċifri, jew ikollu interessi oħra.

L-attakki mill-PN ġejjin wara manuvri minn esponenti fil-PN stess b’interessi personali kontra kuntratt tal-proġett Waste To Energy.

Li l-kelliema tal-PN iħallu l-partigjaniżmu jmexxihom b’dan il-mod, f’bidu ta’ leġiżlatura ġdida, ma tantx jawgura tajjeb.


Uffiċċju tal-Komunikazzjoni

Partit Laburista

Issieħeb mal-Partit Laburista

Għin lill-Partit Laburista permezz ta’ donazzjoni onlajn

Ingħaqad magħna billi tgħin bħala voluntier

Agħmel kuntatt mal-Uffiċċju Elettorali tal-Partit Laburista