Stqarrija
Il-Ġimgħa, 4 ta’ Settembru, 2026
Maħruġa mill-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista
Responsabbiltà u prudenza kontra aġir irresponsabbli
F’mument sensittiv l-għażla hija ċara: it-triq tal-prudenza u responsabbiltà f’dak kollu li jingħad biex bl-ebda mod ma jintuża għall-ħsara flok ġid.
Quddiem deċiżjonijiet li tat il-Qorti fl-għoti tas-sentenza b’rabta mal-verdett tal-ġuri dwar il-qtil tas-Sinjura Daphne Caruana Galizia, huwa l-impenn li qed juri l-Gvern immexxi mill-Prim Ministru Robert Abela biex titwettaq ġustizzja b’rispett lejn is-saltna tad-dritt.
Il-Partit Laburista jinnota l-irresponsabbiltà tal-Oppożizzjoni li dalgħodu ppruvat tirriduċi diskussjoni Parlamentari f’termini ta’ voti.
Differenza ċara bejn il-messaġġ kompost u ċar tal-Prim Ministru u l-Gvern u l-kummenti mgħaġġla, irresponsabbli u kunfliġenti li qed jgħaddi ħaddieħor anki waqt li għad hemm fis-seħħ terminu ta’ appell li jista’ jiġi sottomess.
Dan biex ma nsemmux allegazzjonijiet serji li għamel il-Kap tal-Oppożizzjoni u li sa issa għadu ma marx jissostanzjahom għand l-istituzzjonijiet investigattivi ta’ pajjiżna.
Kif indirizza l-Parlament il-Prim Ministru Robert Abela, l-awtoritajiet investigattivi ta’ pajjiżna qatt ma ħarsu lejn wiċċ ħadd iżda jwettqu xogħolhom skont il-ħaqq u s-sewwa.
Irridu nkomplu nħallu l-istituzzjonijiet iwettqu xogħolhom fi sfond anki ta’ riformi kbar favur it-tisħiħ tal-governanza li wettaq Gvern Laburista.
F’dan il-mument irridu nibqgħu meqjusa u nuru sens ta’ prudenza u responsabbiltà. Hekk jitlob minn kulħadd l-interess nazzjonali.
Uffiċċju tal-Komunikazzjoni
Partit Laburista